Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – Ocean Capital Administration et vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-420/11 u T-56/12) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Awtorità ta’ res judicata – Konsegwenzi ta’ annullament tal-miżuri restrittivi għal entità miżmuma jew ikkontrollata minn entità irrikonoxxuta bħala li hija involuta fil-proliferazzjoni nukleari – Aġġustament ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ocean Capital Administration GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness tas-sentenza (Kawża T-420/11); IRISL Maritime Training Institute (Téhéran, l-Iran); Kheibar Co. (Téhéran); Kish Shipping Line Manning Co. (Kish Island, l-Iran); IRISL Multimodal Transport Co. (Téhéran) (Kawża T-56/12) (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Taher, solicitor, u M. Lester, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u, fil-Kawża T-420/11, P. Plaza García u, fil-Kawża T-56/12, M.-M. Joséphidès, aġenti)

Suġġett

Fil-Kawża T-420/11, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 26), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), safejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, fil-Kawża T-56/12, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament Nru 267/2012, safejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Huma annullati, safejn dawn jikkonċernaw lil Ocean Capital Administration GmbH u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness ta’ din is-sentenza:id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.Huma annullati, safejn dawn jikkonċernaw lil IRISL Maritime Training Institute, Kheibar Co., Kish Shipping Line Manning Co. u IRISL Multimodal Transport Co. :id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;ir-Regolamen

t ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri r

estrittivi kontra l-Iran;ir-Regolament Nru 267/2012.L-effetti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħa

ssar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni  par la décision 2011/299 u bid-Deċiżjoni 2011/783, għandhom jibqgħu inoltrati fir-r

igward, minn naħa, ta’ Ocean Capital Administration u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness ta’ din is-sentenza u, min-naħa l-oħra, ta’ IRISL Maritim

e Training Institute, Kheibar, Kish Shipping Line Manning u IRISL Multimodal Transport, sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolament Nru 

267/2012.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn naħa, minn Ocean Capital Administration u l-35 rikorrenti l-oħra li is

imhom jidher fl-anness ta’ d

in is-sentenza u, min-naħa l-oħra minn IRISL Maritime Training Institute, Kheibar, Kish Shipping Line Manning et IRISL Multimodal Transport.