Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – ETAD vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-419/11) 1

(“Għajnuna tal-Istat – Annullament tal-att ikkontestat – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Etaireia Akiniton Dimosiou AE (ETAD), li qabel kienet Ellinika Touristika Akinita AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Frangakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, H. van Vliet u M. Konstantinidis, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-partijiet rikorrenti: Elliniko Kazino Kerkyras AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Frangakis, avukat)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal- partijiet rikorrenti: Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA Loutraki AE Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE (Loutraki, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/716/UE, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09) mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (ĠU L 285, p. 25).

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Etaireia Akiniton Dimosiou AE (ETAD) u ta’ Elliniko Kazino Kerkyras AE.

Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 282, 24.09.2011.