Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (l-Awstrija) fit-12 ta’ Marzu 2024 – TQ vs Mr Green Limited
(Kawża C-198/24, Mr Green)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: TQ
Konvenut: Mr Green Limited
Domanda preliminari
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbixxi proċedura ta’ Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet [li jistabbilixxi proċedura ta’ ordni Ewropea għas-sekwestru kawtelatorju ta’ kontijiet bankarji] sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f’materji ċivili u kummerċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjonijiet tad-debitur li jmorru lura għal tliet snin jew iktar u/jew l-ostakoli għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni fl-Istat Membru tad-debitur ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni?
____________
1 ĠU 2014, L 189, p. 59.