Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2015 – Laboratoroires CTRS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-452/14) 1

[“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Prodotti mediċinali orfni – Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Cholic Acid FGK (magħruf bħala Kolbam) – Indikazzjonijiet terapewtiċi – Esklużività kummerċjali – Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru°141/2000”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoroires CTRS (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Vickers, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, P. Mihaylova u A. Sipos, aġenti)

Suġġett

Preliminarjament, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2375, tal-4 ta’ April 2014, li tirrigwarda awtorizzazzjoni, f’każijiet eċċezzjonali, tat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Cholic Acid FGK – Cholic Acid” skont ir-Regolament (KE) Nru°726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 6508, tal-11 ta’ Settembru 2014, li tittrasferixxi u temenda l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq mogħtija f’ċirkustanzi eċċezzjonali permezz tad-Deċiżjoni C (2014) 2375 għall-prodotti mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Kolbam – Cholic Acid”, sa fejn hija tindika, essenzjalment, li t-tqegħid fis-suq ta’ dan il-prodott mediċinali huwa awtorizzat għall-indikazzjonijiet terapewtiċi tal-prodott mediċinali Orphacol, jew, sussidjarjament, titlob l-annullament tal-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni.DispożittivDeċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2375, tal-4 ta’ April 2014, li tirrigwarda awtorizzazzjoni, f’każijiet eċċezzjonali, tat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Cholic Acid FGK – Cholic Acid” skont ir-Regolament (KE) Nru°726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 6508, tal-11 ta’ Settembru 2014, li tittrasferixxi u temenda l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq mogħtija f’ċirkustanzi eċċezzjonali permezz tad-Deċiżjoni C (2014) 2375 għall-prodotti mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Kolbam – Cholic Acid”, hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Laboratoires CTRS.ASK Pharmaceuticals GmbH għ

andha tbati

l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 ĠU C 253, 4.8.2014.