Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Pannonhalmi Főapátság vs Il-Parlament

(Kawża T-453/14)1

[“Rikors għal annullament – Petizzjoni indirizzata lill-Parlament dwar il-proprjetà tal-kastell Lónyay à Rusovce (Is-Slovakkja) – Petizzjoni ddikkjarata inammissibbli – Obbligu ta’ motivazzjoni – Rikors manifestament infondat fid-dritt”]

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság (Pannonhalma, l-Ungerija) (rappreżentant: D. Sobor, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Pospíšilová Padowska u T. Lukácsi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-petizzjonijiet tal-Parlament, tas-16 ta’ April 2014, li permezz tagħha din il-Kummissjoni ddikkjarat inammissibbli l-petizzjoni magħmula mir-rikorrenti fis-26 ta’ Ġunju 2013, minħabba li ma kinitx taqa’ taħt l-oqsma ta’ attività tal-Unjoni Ewropea.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság hija kkundannata għall-ispejjeż.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent tar-Repubblika Slovakka u tal-Ungerija.

____________

1     ĠU C 303, 8.9.2014.