Language of document : ECLI:EU:T:2015:660





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 – Pannonhalmi Főapátság vs Il-Parlament

(Kawża T‑453/14)

“Rikors għal annullament – Petizzjoni indirizzata lill-Parlament dwar il-proprjetà tal-kastell Lónyay à Rusovce (is-Slovakkja) – Petizzjoni ddikjarata inammissibbli – Obbligu ta’ motivazzjoni – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Kawża quddiem il-Qorti Ġenerali – Possibbiltà li jiġi miċħud fil-mertu r-rikors mingħajr deċiżjoni preliminari dwar l-ilment ta’ inammissibbiltà mqajjem mill-konvenut (ara l-punt 13)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni ta’ għeluq mingħajr segwiu adottata mill-Kummissjoni tal-petizzjonijiet tal-Parlament – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (Artikolu 227 TFUE u 296 TFUE; Regoli interni tal-Parlament Ewropew, Artikolu 201(8)) (ara l-punti 14-19)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-petizzjonijiet tal-Parlament, tas-16 ta’ April 2014, li permezz tagħha din il-Kummissjoni ddikjarat inammissibbli l-petizzjoni magħmula mir-rikorrenti fis-26 ta’ Ġunju 2013, minħabba li ma kinitx taqa’ taħt l-oqsma ta’ attività tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent tar-Repubblika Slovakka u tal-Ungerija.