Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Sumitomo Electric Industries u J-Power Systems vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-450/14) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ksur uniku u kontinwat – Prova tal-ksur – Tul tal-parteċipazzjoni – Iddistakkar pubbliku – Kalkolu tal-ammont tal-multa – Gravità tal-ksur – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sumitomo Electric Industries Ltd (Osaka, il-Ġappun) u J-Power Systems Corp. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Hansen, L. Crocco, J. Ruiz Calzado u S. Völcker, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, H. van Vliet uJ. Norris-Usher, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqhom.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sumitomo Electric Industries Ltd u J-Power Systems Corp. huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 303, 8.9.2014.