Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-449/14) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ksur uniku u kontinwat – Illegalità tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni – Terminu raġonevoli – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prinċipju ta’ responsabbiltà personali – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa – Prova suffiċjenti tal-ksur – Tul tal-ksur – Multi – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nexans France SAS (Courbevoie, Franza) u Nexans SA (Courbevoie) (rappreżentant: G. Forwood, avukat, M. Powell, A. Rogers u A. Oh, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Giolito, H. van Vliet u A. Biolan, sussegwentement minn C. Giolito u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn de B. Doherty, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqhom.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nexans France SAS u Nexans SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 282, 25.8.2014.