Language of document : ECLI:EU:C:2022:43

KONKLUŻJONIJIET TAL‑AVUKAT ĠENERALI

PITRUZZELLA

ippreżentati fl‑20 ta’ Jannar 2022 (1)

Kawżi magħquda C37/20 u C601/20

WM (C37/20)

Sovim SA (C601/20)

vs

Luxembourg Business Registers

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu, il-Lussemburgu))

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu – Direttiva (UE) 2015/849 – Artikolu 30(5) u (9) – Reġistru tas-sjieda benefiċjarja – Direttiva (UE) 2018/843 – Artikolu 1(15)(c) u (g) – Aċċess ta’ kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja – Validità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7 u 8 – Prinċipju ta’ trasparenza – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 5(1)(a) sa (c) u (f) – Derogi mill-aċċess għar-reġistru tas-sjieda benefiċjarja – Kundizzjonijiet – Kunċetti ta’ ‘ċirkustanzi eċċezzjonali’, ta’ ‘riskju’ u ta’ ‘riskju sproporzjonat’ – Prova”






1.        Liema hu l-bilanċ ġust bejn, minn naħa, ir-rekwiżit ta’ trasparenza għal dak li jirrigwarda s-sjieda benefiċjarja u l-istrutturi ta’ kontroll tal-kumpanniji, li għandu rwol fundamentali fil-kuntest tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, u min-naħa l-oħra, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati, jiġifieri s-sjieda benefiċjarja, u b’mod partikolari, id-drittijiet tagħhom għall-ħajja privata u għall-protezzjoni ta’ data personali?

2.        Din hija, essenzjalment, il-kwistjoni fundamentali li titqajjem lill-Qorti tal-Ġustizzja fiż-żewġ kawżi oġġett ta’ dawn il-konklużjonijiet li jirrigwardaw żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqin mit-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu).

3.        Dawn iż-żewġ talbiet jirrigwardaw il-validità u l-interpretazzjoni tal-Artikolu 30(5) u (9) tad-Direttiva (UE) 2015/849 (2), kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/843 (3) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2015/849”). Din id-direttiva stabbilixxiet sistema ta’ aċċess pubbliku għar-reġistri tas-sjieda benefiċjarja tal-kumpanniji u entitajiet legali oħra inkorporati fit-territorju tal-Istati Membri, li bħala prinċipju, tagħti l-possibbiltà lil kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali li jkollu aċċess għal ċerta informazzjoni li tirrigwarda s-sjieda benefiċjarja kontenuta f’dawn ir-reġistri mingħajr ma jkun neċessarju li jipprova xi interess.

4.        Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-validità ta’ din is-sistema fid-dawl tad-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u għall-protezzjoni ta’ data personali, stabbiliti rispettivament fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). Hija tistaqsi wkoll dwar il-validità u dwar il-portata tas-sistema ta’ eċċezzjonijiet għall-imsemmi aċċess pubbliku, stabbilita mill-imsemmija direttivi.

5.        F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba wkoll tieħu pożizzjoni dwar l-interazzjoni bejn l-imsemmija sistema ta’ aċċess pubbliku u diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 (4).

I.      Ilkuntest ġuridiku

A.      Iddritt talUnjoni

1.      IdDirettivi 2015/849 u 2018/843

6.        Skont il-premessa 2 tad-Direttiva 2015/849, “[i]s-saħħa, l-integrità u l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tal-istituzzjonijiet finanzjarji u l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi jistgħu jkunu mhedda b’mod serju bl-isforzi tal-kriminali u l-assoċjati tagħhom biex jaħbu l-oriġini tar-rikavat kriminali jew biex jinkanalaw flus legali jew illegali għal finijiet terroristiċi”. Għalhekk, huwa neċessarju, skont il-premessa 12 ta’ din id-direttiva, “li tiġi identifikata kwalunkwe persuna fiżika li teżerċita sjieda jew kontroll fuq entità ġuridika”.

7.        Skont il-premessa 14 tad-Direttiva 2015/849, “[i]l-ħtieġa għal informazzjoni preċiża u aġġornata dwar is-sid benefiċjarju hija fattur importanti fil-lokalizzazzjoni ta’ kriminali li inkella jkunu jistgħu jaħbu l-identità tagħhom wara struttura korporattiva. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li l-entitajiet inkorporati fit-territorju tagħhom f’konformità mal-liġi nazzjonali jiksbu u jżommu informazzjoni adegwata, preċiża u attwali dwar is-sjieda benefiċjarja tagħhom, flimkien ma’ informazzjoni bażika bħall-isem u l-indirizz tal-kumpannija u l-prova ta’ inkorporazzjoni u s-sjieda legali. Bil-ħsieb tat-titjib tat-trasparenza sabiex jiġi miġġieled l-użu ħażin ta’ entitajiet ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tiġi rreġistrata f’reġistru ċentrali li tinsab barra mill-kumpannija, f’konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni […]”

8.        F’dan il-kuntest, l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2015/849 jiddefinixxi l-kunċett ta’ “sid benefiċjarju” għall-finijiet ta’ din id-direttiva bħala “persuna jew persuni fiżiċi li huma s-sid jew li għandhom l-kontroll finali tal-klijent jew il-persuna jew persuni fiżiċi li f’isimhom tkun qed titwettaq transazzjoni jew attività u tinkludi:

a)      fil-każ ta’ entitajiet korporattivi:

i)      il-persuna fiżika/persuni fiżiċi li hija s-sid jew li għandha l-kontroll finali ta’ entità ġuridika permezz ta’ sjieda diretta jew indiretta ta’ perċentwal suffiċjenti tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot jew interess ta’ sjieda f’dik l-entità […]” (5)

9.        Skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2015/849 (6):

“1.      L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet korporattivi u dawk ġuridiċi oħrajn inkorporati fit-territorju tagħhom ikunu meħtieġa jiksbu u jżommu informazzjoni adegwata, preċiża u attwali dwar is-sjieda benefiċjarja tagħhom, inklużi d-dettalji tal-interessi benefiċjarji miżmuma. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur ta’ dan l-Artikolu jkun suġġett għal miżuri jew sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.

[…]

3.      L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinżamm f’reġistru ċentrali f’kull Stat Membru […]

4.      L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-informazzjoni miżmuma fir-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3 tkun adegwata, preċiża u attwali, u jimplimentaw mekkaniżmi għal dan il-għan. […]

5.      L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tkun aċċessibbli fil-każijiet kollha għal:

a)      awtoritajiet kompetenti u l-[Unitajiet ta’ Intelligence Finanzjarja (UIF)], mingħajr ebda restrizzjoni;

b)      entitajiet marbutin b’obbligu, fil-qafas tad-diliġenza dovuta tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu II;

c)      kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali.

Il-persuni msemmija fil-punt (c) għandhom jaċċessaw tal-inqas l-isem, ix-xahar u s-sena tat-twelid, u l-pajjiż tar-residenza u tan-nazzjonalità tas-sid benefiċjarju kif ukoll in-natura u l-livell tal-interess benefiċjarju miżmum.

L-Istati Membri jistgħu, skont kundizzjonijiet li jiġu stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali, jipprovdu aċċess għal informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju. Dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tinkludi għall-inqas id-data tat-twelid jew id-dettalji ta’ kuntatt skont ir-regoli tal-protezzjoni tad-data.

5a      L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħtu aċċess għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 3, bil-kundizzjoni ta’ reġistrazzjoni online u l-ħlas ta’ tariffa, li m’għandhiex teċċedi l-ispejjeż amministrattivi mġarrba biex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli, inklużi l-ispejjeż taż-żamma u tal-iżviluppi tar-reġistru.

[…]

9.      F’ċirkostanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu stipulati fil-liġi nazzjonali, fejn l-aċċess imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni, jew fejn is-sid benefiċjarju jkun minorenni jew ma jkunx kapaċi f’termini legali għal xi raġuni oħra, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjoni minn tali aċċess għall-informazzjoni kollha jew parti minnha fuq is-sjieda benefiċjarja fuq bażi ta’ każ b’każ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-eżenzjonijiet jingħataw fuq evalwazzjoni ddettaljata tan-natura eċċezzjonali taċ-ċirkostanzi. Id-drittijiet għal rieżami amministrattiv tad-deċiżjoni ta’ eżenzjoni u għal rimedju ġudizzjarju effikaċi għandhom ikunu garantiti. Stat Membru li jkun ta eżenzjonijiet għandu jippubblika data statistika annwali dwar in-numru ta’ eżenzjonijiet mogħtija u r-raġunijiet iddikjarati u jirrapporta d-data lill-Kummissjoni [Ewropea].

L-eżenzjonijiet mogħtija bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, jew għall-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fil-punt (3)(b) tal-Artikolu 2(1) li jkunu uffiċjali pubbliċi.

[…]”

10.      Skont l-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2015/849 (7), “[l]-ipproċessar ta’ data personali taħt din id-Direttiva huwa soġġett għar-[RGDP]”.

11.      Skont l-Artikolu 43(1) tad-Direttiva 2015/849“[l]-ipproċessar tad-data personali abbażi ta’ din id-Direttiva għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun ikkunsidrat bħala kwistjoni ta’ interess pubbliku skont ir-[RGPD]”.

2.      IrRGPD

12.      L-Artikolu 5 tar-RGPD, intitolat “Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta’ data personali”, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:

“1.      Id-data personali għandha:

a)      tkun ipproċessata legalment, ġustament u b’mod trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data (‘legalità, ġustizzja u trasparenza’);

b)      tinġabar għal finijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u ma għandhiex tiġi pproċessata ulterjorment b’mod inkompatibbli ma’ dawk il-finijiet; […] (‘limitazzjoni tal-fini’);

c)      tkun adegwata, rilevanti, u limitata għal dak li hu meħtieġ b’rabta mal-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata (‘minimizzazzjoni tad-data’);

[…]

f)      tiġi pproċessata b’mod li jiżgura sigurtà xierqa tad-data personali, inkluża l-protezzjoni mill-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta’ miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa (‘integrità u kunfidenzjalità’)”.

13.      L-Artikolu 25(2) ta’ dan ir-regolament, intitolat “Protezzjoni ta’ data mid-disinn u b’mod awtomatiku”, jipprevedi fil-paragrafu (2) tiegħu:

“Il-kontrollur għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiżgura li, b’mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss data personali li mhijiex meħtieġa għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar. Dak l-obbligu japplika għall-ammont ta’ data personali miġbura, il-livell ta’ pproċessar tagħha, il-perijodu tal-ħażna tagħha u l-aċċessibbiltà tagħha. B’mod partikolari, tali mekkaniżmi għandhom jiżguraw li b’mod awtomatiku d-data personali ma ssirx aċċessibbli mingħajr l-intervent tal-individwu għal numru indefinit ta’ persuni fiżiċi.”

14.      Ir-RGPD jinkludi Kapitolu V, intitolat “Trasferimenti ta’ data personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali”, li jinkludi l-Artikoli 44 sa 50 ta’ dan ir-regolament. L-Artikolu 44 intitolat “Prinċipju ġenerali għal trasferimenti”, jipprevedi:

“Kwalunkwe trasferiment ta’ data personali li tkun qed tiġi pproċessata jew hija maħsuba li tiġi pproċessata wara trasferiment lejn pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali għandu jseħħ biss jekk, soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, il-kontrollur u l-proċessur ikunu f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati f’dan il-Kapitolu, inkluż għal trasferimenti ulterjuri ta’ data personali mill-pajjiż terz jew minn organizzazzjoni internazzjonali lejn pajjiż terz ieħor jew lejn organizzazzjoni internazzjonali oħra. Id-dispożizzjonijiet kollha f’dan il-Kapitolu għandhom jiġu applikati sabiex jiġi żgurat li ma għandux jiddgħajjef il-livell ta’ protezzjoni tal-persuni fiżiċi ggarantit minn dan ir-Regolament.”

15.      L-Artikolu 49 tal-imsemmi regolament, intitolat “Derogi għal sitwazzjonijiet speċifiċi”, jipprevedi:

“1.      Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-adegwatezza skont l-Artikolu 45(3), jew salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 46, inklużi regoli korporattivi vinkolanti, trasferiment jew sett ta’ trasferimenti ta’ data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandu jseħħ biss b’waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

[…]

g)      it-trasferiment isir minn reġistru li skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru huwa maħsub biex jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku u li huwa miftuħ għall-konsultazzjoni jew mill-pubbliku inġenerali inkella minn kwalunkwe persuna li tista’ turi interess leġittimu, iżda biss sa fejn jiġu sodisfatti fil-każ partikolari l-kondizzjonijiet stipulati mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru għall-konsultazzjoni.

[…]”

B.      Iddritt Lussemburgiż

16.      Il-loi du 13 janvier 2019 instituant un Registre des bénéficiaires effectifs (Mémorial A 15) (il-Liġi tat‑13 ta’ Jannar 2019 li Tistabbilixxi Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja (Mémorial A 15), iktar ’il quddiem, il-“Liġi tat‑13 ta’ Jannar 2019”) tipprovdi, fl-Artikolu 3 tagħha, li serje sħiħa ta’ informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ entitajiet irreġistrati għandha tiġi rreġistrata u tinżamm fir-Reġistru tas-sjieda benefiċjarja. Din l-informazzjoni tinkludi l-isem, il-kunjom/ijiet, in-nazzjonalità/jiet, il-ġurnata, ix-xahar u s-sena tat-twelid, il-post tat-twelid, il-pajjiż ta’ residenza u l-indirizz privat preċiż jew l-indirizz professjonali preċiż.

17.      L-Artikolu 15 tal-Liġi tat‑13 ta’ Jannar 2019 jipprevedi:

“(1)      Entità rreġistrata jew sid benefiċjarju jistgħu jitolbu, każ b’każ u fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li ġejjin, abbażi ta’ talba debitament immotivata mressqa lill-amministratur, li l-aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 jiġi limitat għall-awtoritajiet nazzjonali biss, għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll għall-marixxalli u għan-nutara fil-kwalità tagħhom ta’ uffiċjali pubbliċi, meta dan l-aċċess jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, ħtif, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni, jew fejn is-sid benefiċjarju jkun minorenni jew ma jkunx kapaċi f’termini legali għal xi raġuni oħra.

(2)      L-amministratur jillimita provviżorjament l-aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 għall-awtoritajiet nazzjonali biss sa minn meta jirċievi t-talba san-notifika tad-deċiżjoni tiegħu, u f’każ ta’ rifjut tat-talba, għal żmien addizzjonali ta’ ħmistax-il jum. F’każ ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ rifjut, il-limitazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni tinżamm sakemm id-deċiżjoni ta’ rifjut ma tkunx tista’ tiġi kkontestata.

[…]”

II.    Ilfatti li wasslu għallkawżi, ilproċeduri filkawżi prinċipali u ddomandi preliminari

A.      IlKawża C37/20

18.      WM huwa s-sid benefiċjarju ta’ grupp ta’ 35 kumpannija kummerċjali u tal-kumpannija ċivili immobiljari YO. Kull waħda minn dawn il-kumpanniji ressqet quddiem il-Luxembourg Business Registers (iktar ’il quddiem “LBR”), l-amministratur tar-Reġistru tas-sjieda benefiċjarja fil-Lussemburgu, talba skont l-Artikolu 15(1) tal-Liġi tat‑13 ta’ Jannar 2019 intiża sabiex l-aċċess għall-informazzjoni li tirrigwarda lil WM bħala sid benefiċjarju ta’ dawn il-kumpanniji jkun limitat biss għall-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet indikati f’din id-dispożizzjoni, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe persuni oħra. F’dawn it-talbiet, WM argumenta li l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tal-Liġi tat‑13 ta’ Jannar 2019 tesponi lil WM u lill-familja tiegħu b’mod ikkaratterizzat, reali u attwali għal riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, ħtif, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni.

19.      LBR ċaħad dawn it-talbiet kollha. B’mod partikolari, dik li tirrigwarda l-kumpannija ċivili immobiljari YO kienet miċħuda b’deċiżjoni tal‑20 ta’ Novembru 2019.

20.      WM ippreżenta azzjoni ġudizzjarja kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju (8). WM isostni li l-funzjoni tiegħu ta’ mandatarju soċjali tal-kumpanniji li għalihom intalbet il-limitazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni twasslu sabiex ikollu jiċċaqlaq ta’ sikwit lejn pajjiżi b’sistemi politiċi instabbli u kkaratterizzati mill-presenza ta’ kriminalità importanti. Dan jikkawża riskju sinjifikattiv ta’ ħtif, sekwestru, vjolenza u anki ta’ mewt. Dan ir-riskju jikber jekk persuni b’intenzjonijiet ħżiena jistgħu jkunu jafu li huwa s-sid benefiċjarju ta’ waħda jew oħra minn dawn l-entitajiet ġuridiċi kkonċernati, peress li din l-kwalità twassal għall-preżunzjoni li huwa l-proprjetarju ta’ dawn l-entitajiet.

21.      Mill-banda l-oħra, LBR isostni li s-sitwazzjoni ta’ WM ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Liġi tat‑13 ta’ Jannar 2019 li jiġġustifikaw limitazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni li tirrigwarda l-kwalità tiegħu ta’ sid benefiċjarju fil-kumpanniji inkwistjoni. LBR jargumenta b’mod partikolari li l-involviment ta’ WM fl-attivitajiet ta’ dawn il-kumpanniji kien magħruf sewwa, peress li dan l-involviment kien l-oġġett ta’ diversi riferimenti fl-istampa u jista’ faċilment jinstab bi tfittxija sempliċi fuq l-internet.

22.      Il-qorti tar-rinviju hija mitluba tiddeċiedi jekk WM jissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 15(1) tal-Liġi tat‑13 ta’ Jannar 2019 sabiex l-aċċess għall-informazzjoni li tirrigwarda l-kwalità ta’ sid benefiċjarju tal-kumpannija ċivili immobiljari YO jkun limitat. Hija tirrileva li din id-dispożizzjoni tittrasponi l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849 fid-dritt Lussemburgiż, u għandha dubji dwar l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tal-imsemmija direttiva.

23.      Dawn id-dubji jirrigwardaw, il-kunċetti ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali” u ta’ “riskju”, previsti fl-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-kriterju tal-“[i]sproporzjon” tar-riskju li jiġġustifika l-limitazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni.

24.      F’dan il-kuntest, it-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:

“1)      Il-kunċett ta’ ‘ċirkustanzi eċċezzjonali’

a)      L-Artikolu 30(9) tad-[Direttiva 2015/849], sa fejn jissuġġetta l-limitazzjoni ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar [is-sjieda] il-benefiċjarji […] għal ‘ċirkostanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu stipulati fil-liġi nazzjonali’, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza li dritt nazzjonali jiddefinixxi l-kunċett ta’ ‘ċirkustanzi eċċezzjonali’ biss bħala ekwivalenti għal ‘riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni’, liema kunċetti jikkostitwixxu diġà kundizzjoni għall-applikazzjoni tal-limitazzjoni ta’ aċċess mit-tfassil [ta’ din id-dispożizzjoni]?

b)      Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-paragrafu (a) tal-ewwel domanda, u fil-każ fejn id-dritt nazzjonali ta’ transpożizzjoni ma jkunx iddefinixxa l-kunċett ta’ ‘ċirkustanzi eċċezzjonali’ minbarra permezz ta’ riferiment għall-kunċetti ineffettivi ta’ ‘[għal] riskju sproporzjonat, [għal] riskju ta’ frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni#, l-Artikolu 30(9) [tad-Direttiva 2015/849] għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-qorti nazzjonali tinjora l-kundizzjoni ta’ ‘ċirkustanzi eċċezzjonali’, jew għandha tissupplimenta għan-nuqqas tal-leġiżlatur nazzjonali billi tiddefinixxi l-portata tal-kunċett ta’ ‘ċirkustanzi eċċezzjonali’ permezz ta’ interpretazzjoni ġudizzjarja? F’dan l-aħħar każ, peress li din hija skont it-termini tal-Artikolu 30(9) [ta’ din id-direttiva] kundizzjoni li l-kontenut tagħha huwa ddeterminat mid-dritt nazzjonali, huwa possibbli li l-Qorti tal-Ġustizzja […] tiggwida lill-qorti nazzjonali fil-kompitu tagħha? Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal din l-aħħar domanda, liema huma l-linji gwida li għandhom jiggwidaw lill-qorti nazzjonali fid-determinazzjoni tal-kontenut tal-kunċett ta’ ‘ċirkustanzi eċċezzjonali’?

2)      Il-kunċett ta’ ‘riskju’

a)      L-Artikolu 30(9) tad-[Direttiva 2015/849], sa fejn jissuġġetta l-limitazzjoni ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar [is-sjieda] benefiċjarji […] għal ‘riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni’, għandu jiġi interpretat bħala li jagħmel riferiment għal ġabra ta’ tmien każijiet, li l-ewwel wieħed minnhom jikkorrispondi għal riskju ġenerali suġġett għall-kundizzjoni ta’ sproporzjon u s-seba’ l-oħra għal riskji speċifiċi li ma humiex suġġetti għall-kundizzjoni ta’ sproporzjon jew bħala li jagħmel riferiment għal ġabra ta’ seba’ każijiet li kull wieħed minnhom jikkorrispondi għal riskju speċifiku suġġett għall-kundizzjoni ta’ sproporzjon?

b)      L-Artikolu 30(9) tad-[Direttiva 2015/849], sa fejn jissuġġetta l-limitazzjoni ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar [is-sjieda] benefiċjarji […] għal ‘riskju’, għandu jiġi interpretat bħala li jillimita l-evalwazzjoni tal-eżistenza u tal-portata ta’ dan ir-riskju għar-rabtiet biss li għandu [s-sid] benefiċjarju […] mal-entità ġuridika li fir-rigward tagħha huwa jitlob b’mod speċifiku l-limitazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kwalità tiegħu bħala [sid] benefiċjarju […] jew għandu jiġi interpretat bħala li jimplika t-teħid inkunsiderazzjoni tar-rabtiet li għandu [s-sid] benefiċjarju […] inkwistjoni ma’ entitajiet ġuridiċi oħra? Fil-każ li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni rabtiet ma’ entitajiet ġuridiċi oħra, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-kwalità ta’ [sid] benefiċjarju […] fir-rigward ta’ entitajiet ġuridiċi oħra jew għandha tittieħed inkunsiderazzjoni kull rabta miżmuma ma’ entitajiet ġuridiċi oħra? Fil-każ li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rabtiet kollha miżmuma ma’ entitajiet ġuridiċi oħra, l-evalwazzjoni tal-eżistenza u tal-portata tar-riskju hija affettwata min-natura ta’ din ir-rabta?

c)      L-Artikolu 30(9) tad-[Direttiva 2015/849], sa fejn jissuġġetta l-limitazzjoni ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar [is-sjieda] benefiċjarji […] għal ‘riskju’, għandu jiġi interpretat bħala li jeskludi l-benefiċċju tal-protezzjoni li jirriżulta minn limitazzjoni ta’ aċċess meta din l-informazzjoni, flimkien ma elementi oħra ppreżentati [mis-sid] benefiċjarju […] għall-ġustifikazzjoni tal-eżistenza u tal-portata tar-‘riskju’ inkors, tkun faċilment aċċessibbli minn terzi permezz ta’ mezzi ta’ informazzjoni oħra?

3)      Il-kunċett ta’ ‘riskju sproporzjonat’

Liema interessi diverġenti għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 30(9) tad-[Direttiva 2015/849], sa fejn jissuġġetta l-limitazzjoni ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar [sid] benefiċjarju […] għal riskju ‘sproporzjonat’?”

B.      IlKawża C601/20

25.      Sovim SA hija kumpannija ta’ responsabbiltà limitata stabbilita u li għandha s-sede soċjali tagħha fil-Lussemburgu.

26.      Fit‑12 ta’ Awwissu 2019, Sovim ressqet talba skont l-Artikolu 15 tal-Liġi tat‑13 ta’ Jannar 2019 quddiem il-LBR, intiża sabiex tillimita l-aċċess għall-informazzjoni relattiva għas-sid benefiċjarju tagħha rreġistrata fih.

27.      Fis‑6 ta’ Frar 2020, LBR irrifjuta li jilqa’ din it-talba.

28.      Għalhekk, fl‑24 ta’ Frar 2020, Sovim ippreżentat rikors quddiem it-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu), li fih hija titlob, prinċipalment, li l-Artikolu 12 tal-Liġi tat‑13 ta’ Jannar 2019, li jipprovdi li l-aċċess għal ċerta informazzjoni rreġistrata fir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja huwa miftuħ għal kulħadd, u/jew l-Artikolu 15 ta’ din il-liġi ma jiġux applikati u li l-informazzjoni pprovduta minnha skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija liġi ma tkunx pubblikament aċċessibbli.

29.      Fl-ewwel lok, Sovim issostni li l-fatt li jingħata aċċess pubbliku għall-identità u għad-data personali tas-sid benefiċjarju jmur kontra d-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja, kif ukoll għad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, rispettivament. Fil-fatt, fil-fehma ta’ din il-kumpannija, id-Direttiva 2015/849, li abbażi tagħha ġiet introdotta l-Liġi tat‑13 ta’ Jannar 2019 fil-leġiżlazzjoni Lussemburgiża, hija intiża sabiex tidentifika s-sjieda benefiċjarja ta’ kumpanniji użati bi skop ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll tiżgura s-sigurtà tar-relazzjonijiet kummerċjali u l-fiduċja fis-swieq. Madankollu, ma huwiex stabbilit kif l-aċċess tal-pubbliku mingħajr l-inqas kontroll tal-aċċess għad-data kontenuta fir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja jippermetti li jintlaħqu dawn l-għanijiet. Fit-tieni lok, Sovim targumenta li l-aċċess tal-pubbliku għad-data personali kontenuta fir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja jikkostitwixxi ksur ta’ diversi dispożizzjonijiet tar-RGPD.

30.      Sussidjarjament, Sovim titlob lill-qorti tar-rinviju tikkonstata li f’dan il-każ, jeżisti riskju sproporzjonat fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 15 tal-Liġi tat‑13 ta’ Jannar 2019, u għalhekk, tordna lil-LBR jillimita l-aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din il-liġi. Din il-kumpannija ssostni, f’dan ir-rigward, li s-sid benefiċjarju tagħha huwa suġġett għal riskju sproporzjonat ikkaratterizzat, reali u attwali, peress li jeżisti riskju ta’ ħtif tas-sid benefiċjarju u tal-familja tiegħu, peress li jmorru jew jirrisjedu fil-kontinent Afrikan.

31.      F’dan il-kuntest, skont il-qorti tar-rinviju, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-aċċess għal ċerta data li tinsab fir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja għall-pubbliku ġenerali huwiex kompatibbli mal-Karta kif ukoll mar-RGPD.

32.      F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:

“1)      L-Artikolu 1(15)(c) tad-[Direttiva 2018/843], fis-sens li jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jagħtu l-informazzjoni fuq sjieda benefiċjarja aċċessibbli fil-każijiet kollha minn kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali mingħajr ġustifikazzjoni ta’ interess leġittimu, huwa validu

(a)      fid-dawl tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ggarantit mill-Artikolu 7 tal-[Karta], interpretat skont l-Artikolu 8 tal-[Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, (iktar ’il quddiem il-‘KEDB’)] b’teħid inkunsiderazzjoni tal-għanijiet indikati b’mod partikolari fil-premessi 30 u 31 tad-Direttiva 2018/843 li jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; u

(b)      fid-dawl tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali ggarantit mill-Artikolu 8 tal-Karta sa fejn huwa intiż b’mod partikolari jiżgura l-ipproċessar ta’ data personali b’mod legali, ġust u trasparenti fir-rigward tal-persuna kkonċernata, li jiġu llimitati l-għanijiet tal-ġbir u tal-ipproċessar u li tiġi mminimizzata d-data?

2(a)      L-Artikolu 1(15)(g) tad-Direttiva 2018/843 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali, li għalihom dan jirreferi, li fihom l-Istati Membri jistgħu jipprevedu derogi mill-aċċess għall-informazzjoni kollha jew parti minnha fuq is-sjieda benefiċjarja, meta l-aċċess tal-pubbliku ġenerali jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat ta’ frodi, ħtif, rikatti, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni, jeżistu biss meta tiġi prodotta prova ta’ riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, ħtif, rikatti, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni li huwa eċċezzjonali, li fil-fatt jaffettwa l-persuna stess tas-sid benefiċjarju, li jista’ jitqies bħala ċar, reali u attwali?

2(b)      Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 1(15)(g) tad-Direttiva 2018/843 interpretat b’dan il-mod huwa validu fid-dawl tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta u tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali ggarantit mill-Artikolu 8 tal-Karta?

3(a).      L-Artikolu 5(1)(a) tar-[RGDP] li jimponi li l-ipproċessar tad-data għandu jsir b’mod legali, ġust u trasparenti fir-rigward tal-persuna kkonċernata għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix

- li data personali ta’ sid benefiċjarju inkluża f’reġistru ta’ sjieda benefiċjarja, stabbilit skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2015/849, kif emendat skont l-Artikolu 1(15) tad-Direttiva 2018/843, tkun aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali mingħajr kontroll jew ġustifikazzjoni min-naħa tal-pubbliku u mingħajr ma l-persuna kkonċernata (sid benefiċjarju) tkun tista’ tikseb informazzjoni dwar min kellu aċċess għal din id-data personali li tikkonċernaha; jew

- li l-persuna responsabbli għall-ipproċessar ta’ tali reġistru ta’ sjieda benefiċjarja tagħti aċċess għad-data personali tas-sjieda benefiċjarja lil numru illimitat u indeterminabbli ta’ persuni?

(b)      L-Artikolu 5(1)(b) tar-[RGPD] li jimponi l-limitazzjoni tal-għanijiet għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li d-data personali ta’ sid benefiċjarju inkluża f’reġistru ta’ sjieda benefiċjarja, stabbilit skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2015/849, kif emendat bl-Artikolu 1(15) tad-Direttiva 2018/843, tkun aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali mingħajr ma l-persuna responabbli għall-ipproċessar ta’ din id-data tkun tista’ tiggarantixxi li l-imsemmija data tintuża biss għall-għan li għalih din tkun inġabbret, jiġifieri, essenzjalment, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, meta l-pubbliku ġenerali ma huwiex responsabbli għar-rispett ta’ dan l-għan?

(c)      L-Artikolu 5(1)(c) tar-[RGPD] li jimponi l-minimizzazzjoni tad-data għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, permezz ta’ reġistru ta’ sjieda benefiċjarja stabbilit skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2015/849, il-pubbliku ġenerali jkollu aċċess minbarra għall-isem, għax-xahar u għas-sena tat-twelid, għan-nazzjonalità u għall-pajjiż ta’ residenza ta’ sid benefiċjarju kif ukoll għan-natura u għall-estent tal-interessi miżmuma minnu, ikollu aċċess ukoll għad-data tat-twelid u għall-post tat-twelid tiegħu?

(d)      L-Artikolu 5(1)(f) tar-[RGPD] li jimponi li l-ipproċessar ta’ data għandu jsir b’tali mod li tiġi żgurata sigurtà xierqa tad-data personali, inkluża l-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali, b’tali mod li jiġu ggarantiti l-integralità u l-kunfidenzjalità ta’ din id-data ma jipprekludix l-aċċess illimitat u inkundizzjonat, mingħajr impenn ta’ kunfidenzjalità tad-data personali ta’ sjieda benefiċjarja disponibbli fir-reġistru ta’ sjieda benefiċjarja stabbilit skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2015/849,?

(e)      L-Artikolu 25(2) tar-[RGPD] li jiggarantixxi l-protezzjoni tad-data b’mod awtomatiku li abbażi tiegħu, b’mod partikolari, b’mod awtomatiku d-data personali ma tistax tkun aċċessibbli għal numru indeterminat ta’ persuni fiżiċi mingħajr l-intervent tal-persuna fiżika kkonċernata, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix

- li reġistru ta’ sjieda benefiċjarja stabbilit skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2015/849, kif emendat bl-Artikolu 1(15) tad-Direttiva 2018/843, ma jeżiġix l-inklużjoni fis-sit internet tal-imsemmi reġistru tal-persuni mill-pubbliku ġenerali li jikkonsultaw id-data personali ta’ sid benefiċjarju; jew

- li l-ebda informazzjoni dwar il-konsultazzjoni ta’ data personali ta’ sid benefiċjarju inkluża f’tali reġistru ma tingħata lill-imsemmi sid benefiċjarju; jew

- li l-ebda restrizzjoni fir-rigward tal-estent u tal-aċċessibbiltà tad-data personali inkwistjoni ma tkun applikabbli fir-rigward tal-għan tal-ipproċessar tagħha?

(f)      L-Artikoli 44 sa 50 tar-[RGPD] li jissuġġettaw għal kundizzjonijiet stretti t-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiż terz għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li tali data ta’ sid benefiċjarju inkluża f’reġistru ta’ sjieda benefiċjarja stabbilit skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2015/849, tkun aċċessibbli fil-każijiet kollha minn kull membru tal-pubbliku ġenerali mingħajr ġustifikazzjoni ta’ interess leġittimu u mingħajr limitazzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-post fejn dan il-pubbliku jkun jinsab?”

III. Analiżi

33.      Is-sitt domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju fil-kuntest taż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari tagħha jistgħu, essenzjalment, jinġabru fi tliet gruppi.

34.      L-ewwel grupp ta’ domandi (jiġifieri l-ewwel domanda u s-subdomanda (b) tat-tieni domanda, ippreżentati fil-Kawża C‑610/20) huwa intiż sabiex jivverifika l-validità – fid-dawl tad-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni ta’ data personali, stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta – tas-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja u għas-sistema ta’ derogi tagħha, kif stabbiliti mill-Artikolu 30(5)(c) u (9) tad-Direttiva 2015/849.

35.      It-tieni grupp ta’ domandi (jiġifieri t-tielet domanda ppreżentata fil-Kawża C‑601/20), huwa intiż sabiex jivverifika l-kompatibbiltà tal-imsemmija sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ma’ diversi dispożizzjonijiet tar-RGPD.

36.      It-tielet grupp ta’ domandi (jiġifieri, id-domandi kollha ppreżentati fil-Kawża C‑37/20, kif ukoll is-subdomanda (a) tat-tieni domanda ppreżentata fil-Kawża C‑601/20) jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, relattiv għas-sistema ta’ derogi mill-imsemmija sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni tas-sjieda benefiċjarja.

37.      Qabel ma nirrispondi għal dawn id-domandi, inqis li huwa opportun li jsiru xi kunsiderazzjonijiet preliminari. L-ewwel, ser nifformula xi rimarki ta’ natura ġenerali li jirrigwardaw il-prinċipju ta’ trasparenza fid-dritt tal-Unjoni, prinċipju li jgawdi rwol fundamentali f’dawn il-kawżi. It-tieni, ser nippreżenta l-karatteristiċi prinċipali tas-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra, stabbilita mid-Direttiva 2015/849. It-tielet, ser nifformula xi kunsiderazzjonijiet rigward ir-relazzjonijiet bejn id-Direttivi 2015/849 u r-RGPD.

A.      Osservazzjonijiet preliminari

1.      Fuq ilprinċipju ta’ trasparenza

38.      Id-demokrazija hija “il-governanza tal-awtorità pubblika fil-pubbliku”. Din id-definizzjoni tad-demokrazija, mogħtija mill-filosofu politiku awtorevoli Norberto Bobbio (9), turi r-relazzjoni ta’ interpenetrazzjoni bejn id-demokrazija u t-trasparenza. Fit-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri, ġiet imposta progressivament l-idea li l-attività tal-awtorità pubblika għandha tkun irregolata mit-trasparenza u l-limiti ta’ din tal-aħħar għandhom ikunu assolutament eċċezzjonali (gvern bħal “dar tal-ħġieġ”).

39.      Kuntrarju għat-trasparenza tal-awtorità pubblika huwa s-sigriet tal-isfera privata, protett mir-rikonoxximent ta’ dritt fundamentali li l-għan tiegħu huwa s-sigriet tal-ħajja privata, issa stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta. Dan id-dritt, speċjalment wara l-affermazzjoni tat-teknoloġiji diġitali, estenda permezz tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, stabbilit ukoll fil-Karta, fl-Artikolu 8. Mad-dikotomija kunċettwali pubbliku-privat tikkorrispondi dik ta’ trasparenza-kunfidenzjalità tal-ħajja privata.

40.      Madankollu, fil-kumpanniji kumplessi tal-lum, il-linja ta’ demarkazzjoni bejn l-isfera pubblika u dik privata mhux dejjem hija ċara. Fil-fatt, dejjem iktar u iktar frekwenti jkun hemm interferenzi u sovrappożizzjonijiet bejn dawn it-tnejn. B’mod partikolari, ċertu aġir privat jista’, min-natura tiegħu, ikollu riperkussjonijiet importanti fuq id-dimensjoni pubblika, jew minħabba r-rwol pubbliku żgurat minn dak li jimplimentah, jista’ jkun rilevanti għall-pubbliku ta’ soċjetà demokratika u r-relazzjonijiet tagħha (medja, partiti politiċi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili) li jeżerċitaw kontroll estiż fuq l-azzjoni tal-awtorità pubblika.

41.      Għalhekk, għal raġunijiet ta’ natura oġġettiva jew suġġettiva, jista’ jkun hemm interess ġenerali li ċerti aspetti li jaqgħu fl-isfera privata ta’ individwu, ikunu magħrufa. Għaldaqstant, il-każijiet ta’ kunflitt bejn il-kunfidenzjalità tal-ħajja privata u l-protezzjoni ta’ data personali, minn naħa, u l-bżonn ta’ trasparenza, min-naħa l-oħra, jimmultiplikaw, u jeħtieġu operazzjonijiet delikati ta’ kejl ibbilanċjat.

42.      F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat li l-prinċipju ta’ trasparenza għandu rwol dejjem iktar importanti fid-dritt tal-Unjoni u kien ukoll stabbilit fil-livell tad-dritt primarju, billi jidħol fl-Artikoli 1 u 10 TUE, kif ukoll fl-Artikolu 15 TFUE (10). Fil-kuntest tad-dritt tal-Unjoni, dan il-prinċipju huwa kkonkretizzat qabelxejn fir-rekwiżiti ta’ trasparenza istituzzjonali u proċedurali li jirrigwardaw attivitajiet ta’ natura pubblika, bħall-attività leġiżlattiva jew amministrattiva. F’din il-perspettiva, it-trasparenza tikkontribwixxi sabiex issaħħaħ il-prinċipji tad-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet fundamentali kif iddefiniti fl-Artikolu 6 TUE u fil-Karta (11). Il-Qorti tal-Ġustizzja stess irrikonoxxiet il-konnessjoni bejn it-trasparenza u d-demokrazija, billi fil-ġurisprudenza tagħha ddeskriviet l-iskop tal-prinċipju ta’ trasparenza bħala li jikkonsisti li jagħti liċ-ċittadini l-ikbar aċċess possibbli għall-informazzjoni, fid-dawl tat-tisħiħ tan-natura demokratika tal-istituzzjonijiet u tal-amministrazzjoni (12).

43.      Madankollu, it-twessiegħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trasparenza, b’mod partikolari wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (13), estenda l-importanza tiegħu f’oqsma, bħal dak tar-regolament tas-swieq finanzjarji, li fihom dan il-prinċipju jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra fenomeni bħall-korruzzjoni jew it-terroriżmu, li peress li jistgħu jikkompromettu d-demokrazija, jistgħu jipperikolaw dan il-valur bażiku tal-Unjoni, stabbilit fl-Artikolu 2 TUE.

44.      Barra minn hekk, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja turi eżempji ta’ sitwazzjonijiet ta’ interferenza bejn iż-żewġ dikotomiji fuq imsemmija, sfera pubblika/sfera privata u rekwiżiti ta’ trasparenza/kunfidenzjalità tal-ħajja privata.

45.      Għalhekk, fis-sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert (C‑92/09 u C‑93/09, EU:C:2010:662), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-pubblikazzjoni permezz tal-internet ta’ data nominattiva relattiva għall-benefiċjarji ta’ għajnuniet agrikoli kif ukoll tal-ammonti preċiżi li rċevew minnhom kienet xierqa sabiex iżżid t-trasparenza għal dak li jirrigwarda l-użu ta’ dawn l-għajnuniet. Hija indikat li tali informazzjoni mqiegħda għad‑dispożizzjoni taċ-ċittadini ssaħħaħ il-kontroll pubbliku dwar l-użu tal‑ammonti allokati u tikkontribwixxi għall-aħjar użu tal-fondi pubbliċi (14).

46.      Sentenza reċenti oħra, mogħtija mill-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja (15), kienet tirrigwarda liġi Ungeriża li, fost oħrajn, kienet timponi fuq ċerti kategoriji ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jibbenefikaw minn sostenn barrani, obbligi ta’ żvelar pubbliku fir-rigward tal-informazzjoni relattiva għall-persuni li jagħtu sostenn barrani kif ukoll għal dawn l-għajnuniet finanzjarji. F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-liġi inkwistjoni kienet tintroduċi restrizzjonijiet diskriminatorji u inġustifikati u li tikser l-Artikolu 63 TFUE, kif ukoll l-Artikoli 7, 8 u 12 tal-Karta.

47.      F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet espressament, li peress li ċerti organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkollhom, fid-dawl tal-għanijiet li huma għandhom u tal-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom, influwenza importanti fuq il-ħajja pubblika u fuq id-dibattitu pubbliku, għalhekk l-għan li tiżdied it-trasparenza tal-għajnuna finanzjarja mogħtija lil tali organizzazzjonijiet jista’ jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali (16).

48.      Kif juru l-eżempji mogħtija, it-trasparenza, tipika tas-settur pubbliku, tista’ taħt ċerti kundizzjonijiet, tirrigwarda ċerti attivitajiet – u d-data konnessa magħhom – ta’ suġġetti privati, li għal diversi raġunijiet, jikkontestaw interessi fundamentali tal-komunità. Dan l-iżvilupp ma huwiex sorprendenti jekk wieħed jikkunsidra li t-trasparenza hija “mezz” użat, lil hinn mill-perimetru tas-setgħat pubbliċi, sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali. Il-kwistjoni ta’ natura kostituzzjonali li tqum f’dawn il-kawżi tirrigwarda l-mod li bih huwa possibbli li jkunu rikonċiljati r-rekwiżiti ta’ trasparenza mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u b’mod speċifiku tad-drittijiet għall-protezzjoni tal-ħajja privata u għall-protezzjoni ta’ data personali.

2.      Fuq issistema ta’ aċċess pubbliku għallinformazzjoni li tirrigwarda ssjieda benefiċjarja ta’ kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra stabbilita fidDirettiva 2015/849

49.      Għandhom jiġu preżentati fil-qosor l-elementi prinċipali tas-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni li tirrigwarda s-sjieda benefiċjarja ta’ kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra li hija l-oġġett tad-domandi preliminari f’dawn il-kawżi.

50.      Kif jirriżulta mill-Artikolu 1 u mill-premessa 5 tagħha d-Direttiva 2015/849 hija intiża sabiex tipprevjeni t-theddid li jista’ jaffettwa l-integrità, il-funzjonament tajjeb, ir-reputazzjoni u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja li jirriżulta mill-użu ta’ din is-sistema għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjanament tat-terroriżmu (17). Għal dan il-għan, hija tistabbilixxi qafas legali globali u effiċjenti ta’ ġlieda kontra l-ġbir ta’ proprjetà jew flus għal skopijiet terroristiċi, billi timponi fuq l-Istati Membri li jidentifikaw, jifhmu u jimmitigaw ir-riskji marbutin mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (18).

51.      F’dan il-kuntest, in-neċessità li jkun hemm informazzjoni preċiża u aġġornata dwar is-sid benefiċjarju ta’ kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra inkorporati fit-territorju tal-Istati Membri – kif stabbilit fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2015/849 – għandha rwol determinanti sabiex jiġu identifikati kriminali, li inkella jistgħu jaħbu l-identità tagħhom wara struttura ta’ kumpannija (19).

52.      Skont l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2015/849 is-sjieda benefiċjarja huma kwalunkwe persuna jew persuni fiżiċi li huma s-sid jew li għandhom l-kontroll finali tal-klijent u/jew il-persuna jew persuni fiżiċi li f’isimhom tkun qiegħda titwettaq tranżazzjoni jew attività.

53.      Huwa għalhekk li l-Artikolu 30(1) u (3) tad-Direttiva 2015/849 jimponi li l-Istati Membri jiżguraw rispettivament, minn naħa, li l-kumpanniji jew entitajiet ġuridiċi oħra inkorporati fit-territorju tagħhom (20) ikollhom l-obbligu jiksbu u jżommu informazzjoni adegwata, preċiża u attwali dwar is-sjieda benefiċjarja tagħhom u min-naħa l-oħra, li din l-informazzjoni tinżamm f’reġistru ċentrali f’kull Stat Membru. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jispeċifikawx eżattament liema informazzjoni li tirrigwarda s-sid benefiċjarju għandha tiġi kkomunikata lill-imsemmi reġistru ċentrali, u tħalli lil kull Stat Membru l-fakultà li jiddeterminaha.

54.      Għal dak li jirrigwarda l-aċċess għal din l-informazzjoni, l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, fil-verżjoni oriġinali tiegħu, kien jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tkun aċċessibbli dejjem għall-awtoritajiet kompetenti u għall-Unitajiet ta’ Intelligence Finanzjarja, mingħajr ebda restrizzjoni (punt a), għall-entitajiet marbutin bl-obbligu, fil-kuntest tad-diliġenza fir-rigward tal-klijentela (punt b) u għal kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li kapaċi turi interess leġittimu (punt c).

55.      Mill-premessa 2 tad-Direttiva 2018/843, jirriżulta li fid-dawl ta’ “xejriet emerġenti ġodda, b’mod partikolari fir-rigward tal-mod ta’ kif il-gruppi terroristiċi jiffinanzjaw u jwettqu l-operazzjonijiet tagħhom”, kien meqjus neċessarju li jittieħdu “miżuri ulterjuri biex tiġi żgurata trasparenza ikbar fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, ta’ entitajiet korporattivi jew ġuridiċi oħrajn”. Kif jirriżulta mill-premessa 5 tad-Direttiva 2018/843 dawn il-miżuri addizzjonali li jemendaw id-Direttiva 2015/849 għandhom madankollu “jsiru bil-kunsiderazzjoni dovuta għad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll l-osservanza u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità”.

56.      Għalhekk, fil-perspettiva tal-promozzjoni ta’ livell ogħla ta’ trasparenza għal dak li jirrigwarda s-sjieda benefiċjarja, il-verżjoni oriġinali tal-Artikolu 30(5)(c) tad-Direttiva 2015/849, ġiet emendata bid-Direttiva 2018/843, fis-sens li l-possibbiltà ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja hija issa possibbli għal “kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali” mingħajr il-ħtieġa ta’ prova ta’ xi interess.

57.      B’mod iktar preċiż, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali huwa awtorizzat “jaċċessa[…] tal-inqas l-isem, ix-xahar u s-sena tat-twelid, in-nazzjonalità u l-pajjiż tar-residenza tas-sid benefiċjarju kif ukoll in-natura u l-livell tal-interess benefiċjarju miżmum”. Barra minn hekk, skont it-tielet subparagrafu ta’ dan l-Artikolu 30(5), l-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess “għal informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju”, b’din l-informazzjoni addizzjonali tinkludi “għall-inqas id-data tat-twelid jew id-dettalji ta’ kuntatt skont ir-regoli tal-protezzjoni tad-data”.

58.      Għal dak li jirrigwarda l-modalitajiet ta’ aċċess għal din id-data, id-Direttiva 2018/843 introduċiet fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2015/849 Artikolu 5a li jagħti l-fakultà lill-Istati Membri jiddeċiedu li jikkundizzjonaw it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni miżmuma fir-reġistri nazzjonali għal reġistrazzjoni online u għall-pagament ta’ tariffa, li ma teċċedix l-ispejjeż amministrattivi marbuta mat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni.

59.      Madankollu, l-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, ma huwiex mingħajr limitu. Fil-fatt, id-Direttiva 2015/849, fl-Artikolu 30(9) tagħha, tagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li jipprovdu derogi mill-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja. Fil-verżjoni emendata tiegħu mid-Direttiva 2018/843, il-paragrafu 9 tal-imsemmi artikolu jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu derogi fir-rigward tal-aċċess għall-imsemmija informazzjoni f’ċirkustanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu stabbiliti fid-dritt nazzjonali, meta l-aċċess mill-entitajiet suġġetti għall-obbligu jew mill-pubbliku ġenerali jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat, għal riskju ta’ frodi, ħtif, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni, jew fejn is-sid benefiċjarju jkun minorenni jew ma jkunx kapaċi f’termini legali għal xi raġuni oħra.

60.      Kif jirriżulta mill-premessi 30 (21), 31 (22), 32 (23) u 33 (24) tad-Direttiva 2018/843, l-emendi introdotti minnha fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2015/849 – u b’mod partikolari l-previżjoni tal-possibbiltà ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja għal “kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali” mingħajr il-ħtieġa ta’ prova ta’ xi interess – kienu intiżi sabiex jippromwovu livell ogħla ta’ trasparenza għal dak li jirrigwarda s-sjieda benefiċjarja u l-istrutturi ta’ kontroll tal-impriżi, bil-għan prinċipali li jiġi stabbilit ambjent bi probabbiltà anqas li jintuża għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (25). L-istabbiliment ta’ trasparenza ferm ikbar kien intiż ukoll sabiex ikollu bħala effett sekondarju pożittiv it-titjib tal-fiduċja fis-swieq finanzjarji (26).

61.      Minkejja li l-emendi introdotti fid-Direttiva 2015/849 mid-Direttiva 2018/843 kienu intiżi għall-għan primarju fuq imsemmi tal-promozzjoni ta’ livell ogħla ta’ trasparenza, il-premessa 34 (27) ta’ din l-aħħar direttiva tirrikonoxxi, madankollu, b’mod espliċitu, li huwa neċessarju li jinstab bilanċ ġust bejn, minn naħa, l-interess tal-pubbliku ġenerali għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, u min-naħa l-oħra, id-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati.

62.      Huwa għalhekk, kif jirriżulta mill-premessa 36 (28) tad-Direttiva 2018/843, bil-għan li jiġi żgurat approċċ proporzjonat u bilanċjat u li jiżgura, b’mod partikolari, id-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni ta’ data personali, li d-Direttiva 2015/849 ipprevediet id-derogi mill-iżvelar, permezz tar-reġistri, ta’ informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja u mill-aċċess tal-pubbliku ġenerali għal tali informazzjoni, bil-kundizzjonijiet fuq imsemmija previsti fl-Artikolu 30(9) ta’ din id-direttiva.

3.      Fuq irrelazzjoni bejn idDirettivi 2015/849 u 2018/843 u rRGPD

63.      It-tieni grupp ta’ domandi, imsemmi fil-punt 35 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jiġifieri dawk magħmula fil-kuntest tat-tielet domanda preliminari fil-Kawża C‑601/20, huwa fformulat b’mod li jistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa l-validità tas-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, stabbilita mid-Direttiva 2015/849, fid-dawl ta’ diversi dispożizzjonijiet tar-RGPD.

64.      F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher opportun li jsiru, preliminarjament, xi kunsiderazzjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn dawn l-atti tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri, minn naħa d-Direttivi 2015/849 u 2018/843 u min-naħa l-oħra, ir-RGPD.

65.      F’dan ir-rigward, għandu qabelxejn, jiġi rrilevat li dawn huma atti tad-dritt derivat, li fil-ġerarkija tas-sorsi tad-dritt tal-Unjoni, jinsabu fl-istess grad.

66.      Issa, mill-ġurisprudenza jirriżulta li meta żewġ atti tad-dritt derivat tal-istess livell ma jinkludux dispożizzjoni li tipprevedi espressament għall-prevalenza ta’ wieħed fuq l-ieħor, jeħtieġ li tiġi żgurata applikazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn l-atti li tkun kompatibbli ma’ dik tal-ieħor u li għalhekk tkun tippermetti applikazzjoni koerenti (29).

67.      F’dan il-każ, jeżistu rabtiet espliċiti bejn l-atti inkwistjoni. Ir-rabta l-iktar diretta hija stabbilita fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2015/849, li jipprovdi, fil-verżjoni emendata mid-Direttiva 2019/2177, li “l-ipproċessar ta’ data personali taħt din id-Direttiva huwa soġġett għar-[RGPD]”. Il-premessa 38 tad-Direttiva 2018/843, tesponi wkoll li r-RGPD “japplika għall-ipproċessar ta’ data personali skont din id-Direttiva” u li “l-benefiċjarji jenħtieġ li jkunu informati dwar id-drittijiet tagħhom skont il-qafas legali attwali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, kif stipulat fir-[RGPD]”. L-Artikolu 43 tad-Direttiva 2015/849, jinkludi wkoll riferiment għar-RGPD.

68.      Minkejja l-użu tal-kelma “soġġett” fl-imsemmi Artikolu 41(1) (30), dawn ir-rabtiet ma jidhirx, fil-fehma tiegħi, li jipprovdu prevalenza tar-RGPD fuq id-Direttivi 2015/849 u 2018/843 (31), b’tali mod li r-RGPD għandu, bħala tali, jikkostitwixxi parametru ta’ legalità għall-evalwazzjoni tal-validità tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn id-direttivi.

69.      Mill-banda l-oħra, dawn ir-rabtiet huma, espressjoni ta’ rekwiżit ta’ koordinazzjoni bejn, minn naħa, l-ipproċessar ta’ data personali li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-imsemmija direttivi, u min-naħa l-oħra, il-qafas legali ġenerali fid-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data stabbilit mir-RGPD.

70.      Barra minn hekk, dan il-qafas legali maħluq mir-RGPD jimplimenta – b’mod partikolari (esklużivament) fl-Artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-regolament – ir-rekwiżiti li jirriżultaw mid-dritt fundamentali għall-protezzjoni ta’ data personali protett mill-Artikolu 8 tal-Karta u b’mod partikolari dawk espressament previsti mill-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu (32).

71.      Minn dan isegwi li, sabiex tkun konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 8 tal-Karta, is-sistema tal-ipproċessar ta’ data dwar is-sjieda benefiċjarja, stabbilita mid-Direttiva 2015/849, għandha tkun interpretata b’mod koerenti mad-dispożizzjonijiet tar-RGPD, b’konformità ma’ dak li huwa previst b’mod espliċitu fl-Artikolu 41(1) ta’ din id-direttiva.

72.      Barra minn hekk, ir-rekwiżiti li jirriżultaw mir-regoli tar-RGPD għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-leġiżlatur nazzjonali, meta jirregolaw u japplikaw is-sistema fil-qasam tal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-ħasil tal-flus u għall-finanzjament tat-terroriżmu stabbilita mid-direttivi fuq imsemmija, u b’mod speċifiku, is-sistema tal-ipproċessar ta’ data dwar is-sjieda benefiċjarja li jipprevedu dawn iż-żewġ direttivi.

73.      Għalhekk, huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandhom jiġu analizzati d-domandi preliminari magħmulin mill-qorti tar-rinviju.

B.      Fuq ilvalidità talArtikolu 30(5)(c) u (9) tadDirettiva 2015/849, [lewwel domanda u s-subdomanda (b) tattieni domanda filKawża C601/20]

74.      Permezz tal-ewwel domanda magħmula fil-Kawża C‑601/20, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 30(5)(c) tad-Direttiva 2015/849, fis-sens li jimponi fuq l-Istati Membri li jirrendu l-informazzjoni dwar s-sjieda benefiċjarja aċċessibbli għal kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali mingħajr ġustifikazzjoni ta’ interess leġittimu, huwiex validu fid-dawl tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali ggarantiti, mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta rispettivament.

75.      Permezz tas-subdomanda (b) tat-tieni domanda tagħha magħmula fl-istess kawża, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, li jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri jipprovdu derogi mill-aċċess, b’mod partikolari, ta’ kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja huwiex validu fid-dawl tal-imsemmija drittijiet fundamentali stabbiliti mill-Karta.

76.      Fil-fehma tiegħi, dawn iż-żewġ domandi li jirrigwardaw il-validità ta’ żewġ paragrafi tal-istess artikolu tad-Direttiva 2015/849, għandhom jiġu analizzati flimkien. Fil-fatt, dawn iż-żewġ domandi jirrigwardaw żewġ aspetti tal-istess sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, kif stabbilita minn din id-direttiva, li l-validità tagħhom għandha, fil-fehma tiegħi, tiġi evalwata bħala ħaġa waħda. Fil-fatt, inqis li sabiex tkun tista’ tingħata risposta lill-ewwel domanda magħmula fil-Kawża C‑601/20, li tirrigwarda l-ftuħ tal-aċċess għall-imsemmija informazzjoni għall-pubbliku ġenerali mingħajr ġustifikazzjoni ta’ xi interess, wieħed ma jistax jevita li jieħu inkunsiderazzjoni s-sistema ta’ derogi prevista fl-Artikolu 30(9) tal-imsemmija direttiva. Għalhekk, iż-żewġ domandi huma marbuta.

77.      Preliminarjament, nosserva wkoll, li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-ewwel domanda fil-Kawża C‑601/20 ma hijiex intiża sabiex tikkontesta l-komunikazzjoni u ż-żamma ta’ data dwar is-sjieda benefiċjarja f’reġistru ċentrali, u lanqas is-sistema ta’ aċċess għal din l-informazzjoni fiha nnifisha, kif prevista fl-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849. L-imsemmija domanda tirrigwarda biss l-emenda tal-Artikolu 30(5)(c) tad-Direttiva 2015/849, li tirriżulta mid-Direttiva 2018/843. Għalhekk, hija tirrigwarda biss it-tneħħija tar-rekwiżit, previst fil-verżjoni oriġinali ta’ din id-dispożizzjoni, li kull persuna jew organizzazzjoni, għandha turi “interess leġittimu” sabiex tkun tista’ taċċedi għall-imsemmija data dwar is-sjieda benefiċjarja, u għalhekk, l-introduzzjoni tal-possibbiltà ta’ aċċess għal tali informazzjoni minn “kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali” mingħajr il-ħtieġa ta’ prova ta’ xi interess.

1.      Iddrittijiet protetti millArtikoli 7 u 8 talKarta u lkundizzjonijiet li għandu jissodisfa lindħil f’dawn iddrittijiet

78.      Għal dak li jirrigwarda d-drittijiet fundamentali previsti miż-żewġ domandi għall-evalwazzjoni ta’ validità, għandu jitfakkar li l-Artikolu 7 tal-Karta jiggarantixxi lil kull persuna d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tiegħu, tad-domiċilju tiegħu u tal-komunikazzjonijiet tiegħu. Fir-rigward tal-Artikolu 8(1) tal-Karta, dan jirrikonoxxi b’mod espliċitu lil kull persuna d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardaha. Skont ġurisprudenza stabbilita, dawn id-drittijiet, li jirrigwardaw kwalunkwe informazzjoni marbuta ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli, huma strettament marbuta, peress li l-aċċess għal data personali ta’ persuna fiżika bil-għan li tinżamm jew li tintuża jaffettwa d-dritt fundamentali ta’ din il-persuna għar-rispett tal-ħajja privata tagħha (33).

79.      Madankollu, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta ma jidhrux li huma prerogattivi assoluti, iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-dawl tal-funzjoni tagħhom fis-soċjetà (34). L-Artikolu 8(2) tal-Karta jawtorizza għalhekk l-ipproċessar ta’ data personali jekk jiġu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Din id-dispożizzjoni tipprovdi li d-data personali għandha tiġi pproċessata “b’mod ġust għal finijiet determinati u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi”.

80.      Kull limitazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, kif ukoll għad-dritt għall-ħajja privata, għandha barra minn hekk, tosserva l-preskrizzjonijiet tal-Artikolu 52(1) tal-Karta. Għalhekk, din il-limitazzjoni għandha tkun prevista mil-liġi, tosserva l-kontenut essenzjali tal-imsemmija drittijiet, tissodisfa effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew tirrispondi għall-bżonnijiet ta’ protezzjoni ta’ drittijiet u libertajiet ta’ oħrajn u tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

81.      L-evalwazzjoni ta’ miżura li tillimita l-imsemmija drittijiet għandha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-importanza tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 3, 4, 6 u 7 tal-Karta u dik tal-għanijiet ta’ protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali u tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja fil-kontribut għall-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet ta’ oħrajn (35).

82.      Barra minn hekk, l-Artikolu 52(3) tal-Karta huwa intiż sabiex jiżgura l-koerenza neċessarja bejn id-drittijiet kontenuti fiha u d-drittijiet korrispondenti ggarantiti mill-KEDB, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni bħala limitu ta’ protezzjoni minima (36). Id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta, jikkorrispondi għal dak iggarantit fl-Artikolu 8 tal-KEDB u għandu, konsegwentement, jingħata l-istess sens u l-istess portata (37).

83.      Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandhom jiġu eżaminati l-imsemmija żewġ domandi għall-evalwazzjoni ta’ validità.

2.      Fuq leżistenza ta’ ndħil fiddrittijiet stabbiliti millArtikoli 7 u 8 talKarta u fuq ilgravità tiegħu

84.      Sabiex tiġi evalwata l-validità tad-dispożizzjoniijiet tad-Direttiva 2015/849 ikkontestati mill-qorti tar-rinviju, għandu, qabelxejn, jiġi vverifikat jekk operazzjonijiet bħal dawk previsti minn dawn id-dispożizzjonijiet jistgħux jiksru d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta u jikkostitwixxu ndħil f’dawn id-drittijiet. Jekk dan huwa l-każ, għandu jiġi ddeterminat ukoll il-livell ta’ gravità ta’ dan l-indħil (38).

85.      Għal dak li jirrigwarda, qabelxejn, l-eżistenza ta’ ndħil, għandu l-ewwel, jiġi rrilevat li r-rispett tad-dritt għall-ħajja privata fid-dawl tal-ipproċessar ta’ data personali, irrikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, jirrigwarda kull informazzjoni li tirrigwarda persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (39), li huwa l-każ f’dan il-każ, peress li s-sjieda benefiċjarja tal-kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra, kif iddefiniti fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2015/849, huwa persuni fiżiċi identifikabbli.

86.      It-tieni, għandu jiġi rrilevat ukoll li l-informazzjoni li tirrigwarda s-sjieda benefiċjarja li għaliha għandu aċċess il-pubbliku ġenerali, li hija elenkata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, u li ssemmiet fil-punt 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet hija data personali (40). F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-fatt li din l-informazzjoni taqa’ fil-kuntest ta’ attività professjonali ma huwiex tali li jneħħilha l-kwalità ta’ data personali (41).

87.      Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta li sabiex jiġi ddeterminat jekk data personali għandhiex tkun koperta mill-protezzjoni prevista mid-dritt tal-Unjoni, huwa irrilevanti jekk l-informazzjoni prevista hijiex ta’ sensittività partikolari jew le. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja, diġà ddeċidiet, li sabiex tiġi kkaratterizzata l-eżistenza ta’ ndħil fid-dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta, ma huwiex importanti jekk l-informazzjoni dwar il-ħajja privata kkonċernata tippreżentax natura sensittiva jew jekk il-persuni interessati jkunux sofrew eventwali inkonvenjenzi minħabba dan l-indħil (42).

88.      Fit-tielet lok, kif irrilevaw il-partijiet kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, operazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni previsti fl-Artikolu 30(5)(c) tad-Direttiva 2015/849 – jiġifieri t-tqegħid għad-dispożizzjoni u l-iżvelar lill-pubbliku, mill-organu responsabbli miż-żamma ta’ reġistru, ta’ data personali bħal dik imsemmija dwar is-sjieda benefiċjarja fil-punt 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet– huma operazzjonijiet li jistgħu jiksru d-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. Dawn l-operazzjonijiet jikkostitwixxu, għalhekk, indħil fid-drittijiet iggarantiti mill-Artikolu 7 tal-Karta (43). Huma jikkostitwixxu wkoll indħil fid-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali ggarantit mill-Artikolu 8 tal-Karta peress li jikkostitwixxu pproċessar ta’ data personali (44), li jaqa’ taħt l-Artikolu 8(2) tal-Karta (45), li minnu huwa responsabbli l-imsemmi organu (46).

89.      Barra minn hekk, f’dan il-każ, ladarba titqiegħed għad-dispożizzjoni, din id-data tista’ tiġi kkonsultata mill-membri tal-pubbliku ġenerali li jaċċedu għall-informazzjoni kontenuta u magħmula aċċessibbli fir-reġistru, u jekk ikun il-każ, tinżamm u tixxerred minn dawn il-persuni (47). Dan l-aċċess jikkostitwixxi ndħil addizzjonali fid-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta (48). Sa mill-mument li fih jaċċedi għad-data kontenuta fir-reġistru, il-membru tal-pubbliku ġenerali jista’ wkoll jiġi kkunsidrat kontrollur, kif ukoll minħabba pproċessar sussegwenti (49).

90.      Għalhekk hemm lok li jiġi konkluż li operazzjonijiet bħal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjonijiet tal-Artikolu 30(5)(c) tad-Direttiva 2015/849, jikkostitwixxu ndħil fid-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta.

91.      Imbagħad, għal dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-gravità ta’ dan l-indħil, għandu, fl-ewwel lok, jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, in-numru ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati kkonċernati mill-indħil ma huwiex illimitat, indefinit u indifferenzjat, iżda għall-kuntrarju huwa limitat (50). Fil-fatt, il-persuni fiżiċi identifikabbli bħala sjieda benefiċjarja ta’ kumpanniji jew entitajiet ġuridiċi oħra, fis-sens tad-definizzjoni msemmija fil-punt 85 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jikkostitwixxu grupp ta’ individwi speċifiku. Dawn l-individwi huma ddeterminati minħabba r-rwol tagħhom fil-kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra, jiġifieri l-pożizzjoni tagħhom ta’ sjieda benefiċjarja ta’ dawn l-entitajiet. Barra minn hekk, din id-determinazzjoni sseħħ skont għanijiet imfittxija (51) mill-obbligu ta’ komunikazzjoni lir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja tad-data inkwistjoni. Għalhekk, teżisti relazzjoni bejn il-persuni kkonċernati (jiġifieri, is-sjieda benefiċjarja) u l-iskop tal-ipproċessar.

92.      Madankollu, għandu jiġi rrilevat ukoll, fit-tieni lok, li l-modalitajiet ta’ pproċessar tad-data inkwistjoni, li jagħtu lok għal indħil, jiġifieri t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ din id-data lill-pubbliku, mingħajr, bħala prinċipju, ebda barriera għall-aċċess, jistgħu potenzjalment jippermettu tixrid ta’ livell għoli ta’ din id-data.

93.      Issa, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2015/849 jħallu lil-leġiżlatur nazzjonali ċertu marġni ta’ manuvra għal dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-modalitajiet ta’ aċċess tal-pubbliku ġenerali għad-data dwar is-sjieda benefiċjarja, kif ukoll il-proċeduri li għandhom isegwu għal dan il-għan. F’tali kuntest, il-portata tal-indħil fid-drittijiet fundamentali inkwistjoni jista’ jvarja skont il-mod kif inhu żgurat l-aċċess tal-pubbliku.

94.      Għalhekk, f’ċerti Stati Membri, il-Lussemburgu, il-pajjiż inkwistjoni f’dawn il-kawżi, dan l-aċċess jista’ jsir permezz ta’ proċeduri awtomatizzati, peress li d-data dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra hija disponibbli fuq l-internet. Issa huwa ċar li tali modalità ta’ aċċess, jiġifieri l-possibbiltà ta’ aċċess għal din id-data b’mod liberu fuq l-internet tista’ tagħti lok għal tixrid massimu ta’ din id-data. Tali modalità ta’ pproċessar ta’ data tista’ għalhekk, tirrendi possibbli tixrid ta’ livell għoli ta’ din id-data (52).

95.      Fit-tielet lok, fir-rigward ta’ data prevista mill-indħil, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li iktar ma jkunu numerużi l-kategoriji ta’ data oġġett tal-aċċess, iktar l-indħil jista’ jiġi kklassifikat bħala “gravi” (53).

96.      Issa, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849 jirrizulta li, f’dan il-każ – mingħajr ħsara għall-kwistjoni tal-marġni ta’ manuvra mħolli lill-Istati Membri, kwistjoni diskussa fil-punti 105 u 107 iktar ’l isfel –, din id-data tikkorrispondi għal żewġ kategoriji: minn naħa, serje ta’ data relattiva għall-identità ċivili tas-sjieda benefiċjarja (l-isem, ix-xahar u s-sena tat-twelid kif ukoll in-nazzjonalità) u għall-pajjiż ta’ residenza tagħhom mingħajr speċifikazzjoni oħra; min-naħa l-oħra, data relattiva għan-natura u għall-estensjoni ta’ interessi benefiċjarji miżmuma. L-informazzjoni l-oħra kontenuta fir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja ma hijiex ikkonċernata mill-operazzjonijiet li jikkostitwixxu l-indħil imsemmi fil-punti 88 u 89 ta’ dawn il-konklużjonijiet li huwa l-oġġett tad-domandi preliminari f’din il-kawża.

97.      Fir-rigward tal-ewwel kategorija ta’ data, din hija serje limitata ta’ data li mingħajr dubju tippermetti l-individwalizzazzjoni ta’ persuna, iżda li tikkostitwixxi data li tista’ tissejjaħ “ta’ kuntatt” (54) u ta’ identifikazzjoni, u mhux data biex ngħidu hekk “ikkwalifikata”, li tirrigwarda essenzjalment il-ħajja privata u intima jew li tippermetti l-istabbiliment ta’ profil fidil, preċiż u eżawrjenti tal-identità privata tal-persuna kkonċernata (55). Minkejja li din id-data tippermetti li tiġi identifikata b’ċertu livell ta’ preċiżjoni l-persuna inkwistjoni, jiġifieri s-sid benefiċjarju, hija ma tippermettix, fil-fehma tiegħi, li jinsiltu konklużjonijiet partikolarment preċiżi fir-rigward tal-ħajja privata tal-persuni li d-data tagħhom hija kkonċernata (56).

98.      Fir-rigward tat-tieni kategorija ta’ data, din hija data ta’ natura ekonomika, li tiżvela n-natura tal-interessi benefiċjarji miżmuma fil-kumpannija jew entità – bħal pereżempju, iż-żamma ta’ ishma jew azzjonijiet – u l-estensjoni ta’ dawn l-interessi, li tista’ tkun espressa pereżempju f’termini ta’ perċentwali ta’ ishma fl-entità. Issa, minkejja li tali data tippermetti ċertament li tiġi ddeterminata l-portata tal-interessi tas-sid benefiċjarju fil-kumpannija jew l-entità ġuridika inkwistjoni, u għandha għalhekk ċertu sinjifikattiv ekonomiku, hija ma tippermettix madankollu, fil-fehma tiegħi, l-istess bħall-ewwel kategorija ta’ data, li jinsiltu konklużjonijiet preċiżi dwar il-ħajja privata tal-persuni kkonċernati (57).

99.      Id-data li tirrigwarda s-sjieda benefiċjarja, li hija aċċessibbli minn kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali tidher għalhekk li hija ta’ natura inqas sensittiva minn ċerti kategoriji oħra ta’ data personali (58).

100. Madankollu, fl-osservazzjonijiet tagħha, Sovim argumentat li l-aċċess liberu tal-pubbliku għad-data prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849 jippermetti l-evalwazzjoni tal-patrimonju tal-persuna interessata u jippermetti li jiġu identifikati l-preferenzi tagħha dwar in-natura u l-estensjoni tal-investimenti tagħha. Waqt is-seduta, Sovim argumentat ukoll li l-aċċess għal din id-data jippermetti li jsiru operazzjonijiet ta’ intelliġenza ekonomika għall-finijiet ta’ tfassil ta’ profil.

101. F’dan ir-rigward, nirrileva li minkejja li ċertament, l-aċċess għal data dwar in-natura u l-estensjoni ta’ interessi benefiċjarji miżmuma f’kumpannija jippermettu l-kisba ta’ ċerta informazzjoni dwar il-patrimonju ta’ persuna, madankollu huma rilevanti żewġ kunsiderazzjonijiet. Minn naħa, ġeneralment l-investimenti f’kumpanniji jikkostitwixxu biss parti mill-patrimonju ta’ persuna, peress li dan il-patrimonju jkun normalment kompost minn serje ddifferenzjata ta’ investimenti li jinkludu tipi oħra ta’ investiment, bħal investimenti fi strumenti finanzjarji jew investimenti immobiljari. L-aċċess biss għad-data dwar l-investimenti f’kumpanniji tippermetti għalhekk li wieħed jikseb ġeneralment viżjoni limitata tal-patrimonju ta’ persuna. Min-naħa l-oħra, sakemm l-interessi benefiċjarji li n-natura u l-estensjoni tagħhom huma żvelati ma jirrigwardawx kumpanniji li l-valur tagħhom huwa, b’xi mod, pubbliku, imkien ma tidher evidenti, mingħajr informazzjoni oħra, id-determinazzjoni tal-valur preċiż ta’ kumpannija jew ta’ investiment permezz taż-żamma ta’ ishma f’din il-kumpannija. Għaldaqstant, anki jekk bl-aċċess għall-imsemmija data wieħed jista’ jikseb l-imsemmija viżjoni limitata tal-patrimonju ta’ persuna, dan ġeneralment ma jippermettix li jinsiltu konklużjonijiet preċiżi għal dak li jirrigwarda l-kwantifikazzjoni ta’ dan il-patrimonju.

102. Fil-fehma tiegħi, kunsiderazzjonijiet simili japplikaw għar-riskju li l-aċċess għal din l-informazzjoni jippermetti li jitfassal profil ekonomiku ta’ individwu. Minkejja li ċertament l-aċċess għad-data msemmija fil-punt 98 ta’ dawn il-konklużjonijiet tippermetti l-identifikazzjoni tal-oqsma (jew tal-inqas ta’ wħud minn dawn l-oqsma) li fihom individwu jagħmel investimenti, madankollu, dan l-aċċess ma jippermettix neċessarjament li jinsiltu konklużjonijiet preċiżi dwar il-profil ta’ investiment ta’ dan l-individwu. Dwar dan il-punt, nirrileva, barra minn hekk, li l-modalitajiet konkreti li permezz tagħhom jitwettaq l-aċċess tal-pubbliku għar-reġistru għandhom effett f’dan ir-rigward u jistgħu jippermettu l-limitazzjoni ulterjuri ta’ dan ir-riskju. Għalhekk, nosserva li fil-Lussemburgu, it-tfittxija fuq l-internet relattiva għad-data inkwistjoni tista’ titwettaq esklużivament b’referenza għall-entità ġuridika u mhux għall-persuna tas-sid benefiċjarju. L-assenza ta’ possibbiltà li ssir tfittxija fuq il-persuna fir-reġistru tippermetti l-limitazzjoni ulterjuri ta’ eventwali riskju ta’ tfassil ta’ profil ekonomiku tal-persuna kkonċernata.

103. Fid-dawl ta’ dan, nirrileva wkoll li data preċiża dwar in-natura u l-estensjoni tal-interessi benefiċjarji miżmuma f’kumpannija jew entità ġuridika oħra jista’ jkollha sinjifikattiv ekonomiku u kummerċjali indipendenti, sa fejn, f’ċerti każijiet, hija tista’ tippermetti li wieħed jifhem l-istruttura effettiva ta’ kontroll ta’ ċerti kumpanniji li tista’ ma tkunx ċara abbażi ta’ informazzjoni provenjenti minn sorsi ta’ informazzjoni oħra.

104. Bħala konklużjoni, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li, it-tqegħid għad-dispożizzjoni u l-iżvelar lill-pubbliku, mill-organu responsabbli miż-żamma ta’ reġistru, ta’ data bħal dik imsemmija fil-punt 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar is-sjieda benefiċjarja, kif ukoll l-aċċess tal-pubbliku għal din id-data, jikkostitwixxu mingħajr dubji ndħil fid-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. Madankollu, inqis li minkejja l-fatt li, fil-kuntest tal-marġni ta’ manuvra mħolli mid-Direttiva 2015/849 lill-Istati Membri fir-rigward tal-modalitajiet ta’ pproċessar tad-data personali inkwistjoni, ma huwiex eskluż li jkun hemm tixrid ta’ livell għoli ta’ din id-data, minħabba l-portata pjuttost limitata ta’ data personali oġġett tal-indħil u tan-natura tagħha mhux partikolarment sensittiva, l-effetti potenzjalment dannużi, għall-persuni kkonċernati mill-indħil inkwistjoni, jistgħu jiġu kkunsidrata bħala moderati. L-imsemmi ndħil fid-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta li jirriżulta mill-operazzjonijiet imsemmija fil-punti 88 u 89 ta’ dawn il-konklużjonijiet, ma għandux għalhekk, f’għajnejja, natura ta’ gravità partikolari, peress li data ta’ tali portata u natura ma tippermettix, waħedha, il-kisba ta’ informazzjoni preċiża dwar il-persuni kkonċernati u għalhekk ma taffettwax direttament u b’saħħa l-intimità tal-ħajja privata tagħhom.

105. Madankollu, hemm lok li jiġi rrilevat ukoll li t-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, iħallu marġni ta’ manuvra lill-Istati Membri fir-rigward tad-data li tista’ tkun aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali. Fil-fatt, minn naħa, l-imsemmi tieni subparagrafu jipprovdi li kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali huwa awtorizzat ikollu aċċess “tal-inqas” għad-data hemm indikata, li jagħti x’jifhem li l-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess għal data addizzjonali. Min-naħa l-oħra, it-tielet subparagrafu jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu, f’kundizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati mid-dritt nazzjonali, jagħtu aċċess għal “informazzjoni addizzjonali” li tippermetti l-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju, li tinkludi, għall-inqas, id-data tat-twelid jew id-dettalji ta’ kuntatt, b’konformità mar-regoli fil-qasam tal-protezzjoni tad-data.

106. Għalhekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni ħalla marġni ta’ manuvra lill-Istati Membri sabiex jestendu l-kwantità ta’ data dwar is-sjieda benefiċjarja li għaliha l-pubbliku ġenerali jista’ jkollu aċċess, u għalhekk mar lil hinn mid-data indikata fil-lista prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, u mfakkra fil-punt 96 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

107. Madankollu, huwa ċar li din il-possibbiltà li tiġi estiża l-kwantità ta’ data dwar is-sjieda benefiċjarja aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali tista’ potenzjalment tagħti lok għal iktar indħil fid-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta lil dawn il-persuni. Minbarra l-kwistjoni tan-natura indeterminata ta’ data addizzjonali li tista’ tiżdied mill-Istati Membri mal-lista ta’ data aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali msemmija fl-imsemmi tieni subparagrafu u indikata fil-punt 96 ta’ dawn il-konklużjonijiet (59), nirrileva li l-għoti ta’ aċċess lill-pubbliku għad-dettalji ta’ kuntatt preċiżi ta’ persuna (mifhuma bħala l-indirizz ta’ residenza jew ta’ domiċilju), kif previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, jista’ fil-fehma tiegħi jinvolvi, għall-kuntrarju ta’ dak li kkonkludejt fil-punt 104 ta’ dawn il-konklużjonijiet, indħil gravi fil-ħajja privata ta’ persuna. Għalhekk, il-possibbiltà li l-Istati Membri jirrendu aċċessibbli data addizzjonali għandha tkun l-oġġett ta’ analiżi xierqa.

3.      Fuq ilġustifikazzjoni ta’ ndħil

108. Peress li s-sistema ta’ aċċess pubbliku stabbilita mid-Direttiva 2015/849, tagħti lok għal indħil fid-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, għandu jiġi vverifikat jekk dawn il-limitazzjonijiet għall-imsemmija drittijiet jistgħux jiġu ġġustifikati b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet u tal-prinċipji msemmija fil-punti 79 u 80 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

a)      Fuq losservanza tarrekwiżit li kwalunkwe limitazzjoni għalleżerċizzju taddrittijiet stabbiliti flArtikoli 7 u 8 talKarta għandha tkun prevista milliġi

109. L-ewwel waħda mill-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfatti mil-limitazzjonijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, prevista kemm fl-Artikolu 8(2) tagħha, kif ukoll, b’mod ġenerali fl-Artikolu 52(1) tagħha, teħtieġ li tali limitazzjonijiet ikunu “previsti mil-liġi”.

110. Skont ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja (60), ispirata mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (61), ir-rekwiżit li kwalunkwe limitazzjoni għall-eżerċizzju ta’ dritt fundamentali għandha tkun “prevista mil-liġi” ma jirrigwardax biss l-oriġini “legali” tal-indħil iżda jimplika wkoll li l-bażi legali li tippermetti dan l-indħil għandha tiddefinixxi hija stess, b’mod ċar u preċiż, il-portata tiegħu. Fir-rigward tal-“kwalità tal-liġi” u, għalhekk, tal-aċċessibbiltà u l-prevedibbiltà tal-miżura inkwistjoni, dan it-tieni aspett li tkopri l-espressjoni “prevista mil-liġi” fis-sens kemm tal-Artikolu 52(1) tal-Karta kif ukoll tal-Artikolu 8(2) tagħha u tal-Artikolu 8 tal-KEDB ma huwiex intiż biss sabiex jiżgura l-osservanza tal-prinċipju ta’ legalità u protezzjoni xierqa mill-arbitrarjetà (62), iżda jirrispondi wkoll għal eżiġenza ta’ ċertezza legali.

111. F’dan il-każ, nirrileva, l-ewwel, li l-obbligu impost fuq l-organu li jżomm ir-reġistru ta’ sjieda benefiċjarja li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ċerta data dwar is-sjieda benefiċjarja li huwa ġabar u ħażen, kif ukoll il-possibbiltà mogħtija lill-pubbliku ġenerali li jaċċedi b’mod liberu għal din id-data, huma bbażati fuq l-Artikolu 30(5)(c) tad-Direttiva 2015/849, kif ukoll fuq id-dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ttrasponiet din ir-regola.

112. It-tieni, kemm id-direttivi inkwistjoni, jiġifieri d-Direttiva 2015/849 u d-Direttiva 2018/843, kif ukoll il-liġi nazzjonali ta’ traspożizzjoni kienu ppubblikati f’ġurnali uffiċjali aċċessibbli għal kulħadd. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza tal-bażi legali li tiġġustifika l-limitazzjonijiet inkwistjoni jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ssodisfatti (63).

113. It-tielet, nikkonstata li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, jipprevedi b’mod ċar u preċiż lista ta’ data miġbura u maħżuna li l-organu responsabbli miż-żamma tar-reġistru għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku li jista’ jaċċedih.

114. Madankollu, din il-konstatazzjoni ssir, mingħajr ħsara għall-possibbiltà mħollija lill-Istati Membri li jirrendu aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali data addizzjonali permezz tal-użu tal-kliem “tal-inqas” fit-tieni subparagrafu kif ukoll permezz tat-tielet subparagrafu tal-imsemmi Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849. Fil-fatt, minkejja li huwa minnu li l-aċċess tal-pubbliku għad-“data addizzjonali” li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu skont l-imsemmija dispożizzjoni tat-tielet subparagrafu, għandu huwa wkoll ikun previst mid-dritt nazzjonali, għandu jkun konformi mar-regoli fil-qasam tal-protezzjoni ta’ data u għandu l-għan esklużiv li jippermetti l-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju, xorta jibqa’ l-fatt li din id-dispożizzjoni hija komparabbli għal dispożizzjoni msejħa “test liberu” (64) intiża sabiex tinkludi, minbarra dik elenkata preċiżament fil-lista kontenuta fl-imsemmi tieni subparagrafu, serje ta’ informazzjoni addizzjonali li ma hijiex eżattament stabbilita u lanqas determinabbli.

115. Issa, fejn l-indħil fid-drittijiet fundamentali stabbiliti mill-Karta jsibu s-sors tagħhom f’att leġiżlattiv tal-Unjoni, huwa l-leġiżlatur tal-Unjoni li għandu jistabbilixxi, f’konformità mal-kriterji ta’ ċarezza u preċiżjoni indikati fil-ġurisprudenza msemmija fil-punt 110 ta’ dawn il-konklużjonijiet (65), l-ambitu eżatt ta’ dan l-indħil. Minn dan isegwi li, meta l-istrument magħżul minn dan il-leġiżlatur huwa direttiva, din ma tistax, fil-fehma tiegħi, tiġi delegata lill-Istati Membri, meta jittrasponuh fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, id-determinazzjoni tal-elementi li jiddefinixxu l-portata tal-indħil, bħal pereżempju, fil-każ ta’ limitazzjonijiet għad-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, in-natura u l-firxa tad-data personali suġġetta għall-ipproċessar.

116. F’dan il-każ, bl-adozzjoni tad-Direttivi 2015/849 u 2018/843, il-leġiżlatur tal-Unjoni stess illimita d-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. L-indħil li din id-direttiva tippermetti fl-imsemmija drittijiet ma jistax għalhekk jiġi kkunsidrat bħala konsegwenza tal-għażla tal-Istati Membri (66), minkejja l-marġni diskrezzjonali li minnu jgawdu fil-mument tat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali, iżda jsib il-bażi legali tiegħu fiż-żewġ direttivi stess. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa l-leġiżlatur tal-Unjoni li għandu, b’konformità mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 110 ta’ dawn il-konklużjonijiet, kif ukoll mal-istandards għolja ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali kontenuti b’mod partikolari fil-Karta, biex jidentifika b’mod ċar u preċiż l-ambitu u n-natura tad-data personali li tikkostitwixxi s-suġġett tal-ipproċessar. Tali identifikazzjoni tikkostitwixxi, fil-fatt, operazzjoni essenzjali, li għaliha kull bażi legali li tintroduċi miżura li tillimita l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta għandha neċessarjament tipproċedi bl-iktar mod ċar u preċiż possibbli (67).

117. Konsegwentement, għandu jiġi konkluż li f’dan il-każ, il-bażi legali li tippermetti l-indħil, jiġifieri d-Direttiva 2015/849, tiddefinixxi hija stess, b’mod ċar u preċiż, il-portata tal-limitazzjoni għad-drittijiet fundamentali kkonċernati, għal dak li jirrigwarda biss id-data aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali kif ddeterminata b’mod preċiż fil-lista kontenuta fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849. Mill-banda l-oħra, il-previżjoni, f’dan it-tieni subparagrafu u fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu 5 tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrendu aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali data addizzjonali, li ma hijiex preċiżament iddeterminata, ma tissodisfax din il-kundizzjoni.

118. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jsegwi li, huwa biss fir-rigward tal-lista ta’ data kontenuta fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849 li l-limitazzjonijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta inkwistjoni huma previsti mil-liġi b’konformità mal-Artikolu 52 tal-Karta.

119. Għal dak li jirrigwardaw, b’mod speċiku, ir-rekwiżiti previsti mill-Artikolu 8(2) tal-Karta, fil-punt 70 ta’ dawn il-konklużjonijiet ġie rrilevat li dawn huma kkonkretizzati, b’mod partikolari, fl-Artikoli 5 u 6 tar-RGPD.

120. Ir-rekwiżit relattiv għal-legalità tal-ipproċessar, jiġifieri r-rekwiżit li d-data inkwistjoni għandha tkun ipproċessata abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew skont bażi leġittima oħra prevista mil-liġi (68), huwa previst fl-Artikolu 5(1)(a) ta’ dan ir-regolament (69) u huwa kkonkretizzat fl-Artikolu 6 tar-RGPD li jipprovdi lista eżawrjenti u limitattiva ta’ każijiet li fihom ipproċessar ta’ data personali jista’ jiġi kkunsidrat bħala legali. Għalhekk, sabiex ikun jista’ jiġi kkunsidrat leġittimu, ipproċessar għandu jaqa’ taħt wieħed mill-każijiet previsti fl-imsemmi Artikolu 6 (70).

121. F’dan ir-rigward, fil-fehma tiegħi huma rilevanti żewġ kunsiderazzjonijiet.

122. Fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li l-ipproċessar ta’ data personali li ssir mill-organu responsabbli miż-żamma tar-reġistru tas-sjieda benefiċjarja fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 30(5)(c) tad-Direttiva 2015/849, jissodisfa diversi raġunijiet ta’ leġittimazzjoni previsti fl-Artikolu 6 tar-RGPD (71).

123. Fil-fatt, dan l-ipproċessar jissodisfa l-ewwel, ir-raġuni prevista fl-Artikolu 6(c) tar-RGPD, dwar l-osservanza ta’ obbligu legali, peress li l-imsemmi organu huwa suġġett għall-obbligu li jwettaq tali pproċessar li jirriżulta mil-liġi, kif indikat fil-punt 111 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

124. It-tieni, l-imsemmi pproċessar jissodisfa r-raġuni prevista fl-Artikolu 6(e) tar-RGPD relattiv għat-twettiq ta’ kompitu ta’ interess pubbliku li għandu l-organu (72). Fil-fatt, billi jżomm ir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja u billi jeżerċita l-funzjonijiet previsti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2015/849 għal dak li jirrigwarda dan ir-reġistru, dan l-organu jipparteċipa fit-twettiq tal-għan ta’ interess ġenerali previst minn din id-direttiva, jiġifieri l-ġlieda u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu (73). Barra minn hekk, mill-Artikolu 43(1) tad-Direttiva 2015/849, jirriżulta li l-ipproċessar ta’ data personali abbażi ta’ din id-direttiva għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, previst minnha, huwa kkunsidrat bħala kwistjoni ta’ interess pubbliku skont ir-RGPD.

125. It-tielet, tal-istess ipproċessar jissodisfa, r-raġuni prevista fl-Artikolu 6(f) tar-RGPD relattiv għat-twettiq ta’ interess leġittimu mfittex mill-kontrollur jew mill-partijiet terzi li għandhom aċċess għal din id-data. Fil-fatt, billi jippermetti aċċess għal din id-data, l-imsemmi organu jippermetti lil dawn it-terzi jikkontribwixxu għall-għan fuq imsemmi.

126. Fit-tieni lok, nirrileva li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, li la l-Artikolu 5 u lanqas l-Artikolu 6 tar-RGPD ma jipprojbixxu b’mod ġenerali u assolut li, skont leġiżlazzjoni nazzjonali, awtorità pubblika jew organu responsabbli skont il-liġi miż-żamma ta’ reġistru bħar-reġistru tas-sjieda benefiċjarja jkunu awtorizzati, jew saħansitra mġiegħla, jikkomunikaw data personali lill-pubbliku meta din il-komunikazzjoni hija neċessarja għat-twettiq tal-kompitu ta’ interess pubbliku jew taqa’ taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika (74).

127. Minn dan isegwi li l-Artikoli 5 u 6 tar-RGPD ma jipprekludux “per se” ż-żamma ta’ reġistru li jinkludi data personali li tkun aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, jiġifieri għal numru illimitat u indeterminat ta’ persuni, mingħajr kontroll u ġustifikazzjoni u mingħajr ma l-persuna kkonċernata tista’ tkun taf min aċċeda din id-data. Il-kwistjoni li tqum hija pjuttost dik tal-proporzjonalità ta’ tali approċċ, fid-dawl tal-għan ta’ interess ġenerali mfittex u b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ gravità tal-indħil fid-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati.

128. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, l-ipproċessar li jirriżulta mill-Artikolu 30(5)(c) tad-Direttiva 2015/849 huwa legali skont l-Artikolu 8(2) tal-Karta u l-Artikoli 5(1)(a) u (6) tar-RGPD.

b)      Fuq irrispett tal-kontenut essenzjali taddrittijiet stabbiliti flArtikoli 7 u 8 talKarta

129. Kwalunkwe restrizzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali għandha mhux biss tkun ibbażata fuq bażi legali suffiċjentement preċiża, iżda wkoll tirrispetta l-kontenut essenzjali ta’ dawn id-drittijiet. Ir-rekwiżit, stabbilit fl-Artikolu 52(1) tal-Karta, li kwalunkwe limitazzjoni għad-drittijiet jew libertajiet iggarantiti mill-Karta għandha tirrispetta l-kontenut essenzjali tagħhom jimplika li, meta dan jiġi ppreġudikat minn indħil, ebda għan leġittimu ma jista’ jiġġustifikah. Għalhekk, l-indħil jiġi deċiż li jmur kontra l-Karta mingħajr il-ħtieġa li jiġi eżaminat jekk huwiex xieraq u neċessarju għat-twettiq tal-għan imfittex (75).

130. F’dan ir-rigward, jirriżulta kemm mill-formulazzjoni tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-evalwazzjoni dwar l-eżistenza ta’ ndħil fil-kontenut essenzjali tad-dritt fundamentali inkwistjoni għandha ssir qabel, u indipendentement, mill-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżura inkwistjoni, u li għalhekk dan huwa test bl-awtonomija proprja tiegħu (76).

131. Għalhekk, f’dan il-każ, fil-fehma tiegħi, il-limitazzjonijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta inkwistjoni, li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ data msemmija fil-lista prevista mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, ma jagħtux lok għal ksur tal-kontenut essenzjali ta’ dawn id-drittijiet.

132. Fil-fatt, għal dak li jirrigwarda d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, kif jirriżulta mill-punti 96 sa 104 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-indħil li jirriżulta mill-ipproċessar imsemmi fil-punt preċedenti, ma jippermettix li tinkiseb informazzjoni preċiża dwar il-persuni kkonċernati u għalhekk ma jaffettwax direttament u b’saħħa l-intimità tal-ħajja privata tagħhom. Minn dan isegwi li l-limitazzjonijiet ta’ dan id-dritt li jirriżultaw mis-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja stabbilita mid-Direttiva 2015/849, ma jistgħux jiġi kkunsidrati li jaffettwaw il-kontenut essenzjali tad-dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta (77).

133. Għal dak li jirrigwarda d-dritt għal protezzjoni ta’ data personali, iggarantit fl-Artikolu 8 tal-Karta, l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra fil-ġurisprudenza tagħha li l-kontenut essenzjali ta’ dan id-dritt, huwa ppreservat meta l-għanijiet tal-ipproċessar ikunu limitati u meta l-ipproċessar ikun akkumpanjat b’regoli intiżi sabiex jiżguraw, b’mod partikolari, is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-integrità tad-data, kif ukoll sabiex jipproteġiha mill-aċċess u l-ipproċessar illegali (78).

134. F’dan ir-rigward, għandu qabelxejn, jiġi rrilevat li l-għanijiet li jiġġustifikaw l-ipproċessar ta’ data dwar is-sjieda benefiċjarja tal-kumpanniji fil-kuntest tas-sistema stabbilita mill-Artikolu 30 tad-Direttiva 2015/849, huma stabbilit. Fil-fatt, l-ipproċessar ta’ din l-informazzjoni huwa ġġustifikat esklużivament sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali indikati f’din id-direttiva u, għal dak li jirrigwarda l-aċċess tal-pubbliku għal din id-data, imsemmija fil-punt 138 et seq. iktar ’l isfel, u b’mod partikolari, dak tal-ġlieda u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

135. Imbagħad, mill-Artikolu 41 tad-Direttiva 2015/849, kif ukoll mill-premessa 38 tad-Direttiva 2018/843 jirriżulta li r-RGPD japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq fil-kuntest tas-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja stabbilita minn dawn iż-żewġ direttivi. Kif irrilevat fil-punti 65 u 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet, dawn għandhom jiġu interpretati b’mod koerenti mar-RGPD. Issa, ir-RGPD jipprovdi regoli intiżi sabiex jiżguraw, b’mod partikolari, is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-integrità ta’ data, kif ukoll sabiex jipproteġi din id-data mill-aċċess u l-ipproċessar illegali.

136. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-limitazzjonijiet għad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, iggarantit fl-Artikolu 8 tal-Karta, li jirriżultaw mis-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benenfiċjarja stabbilita mid-Direttiva 2015/849, lanqas jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jaffettwaw il-kontenut essenzjali ta’ dan id-dritt fundamentali.

137. Mill-banda l-oħra, għal dak li jirrigwarda l-“informazzjoni addizzjonali” imsemmija fil-punti 105 sa 107, kif ukoll 114 u 116 ta’ dawn il-konklużjonijiet, peress li din ma hijiex preċiżament iddefinita, ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk il-limitazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali inkwistjoni li jirriżultaw mis-sistema ta’ aċċess pubbliku għal din id-data tistax taffettwa l-kontenut essenzjali tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta.

c)      Fuq lgħanijiet ta’ interess ġenerali mfittxija missistema ta’ aċċess pubbliku għallinformazzjoni dwar issjieda benefiċjarja

138. Sabiex ikunu jistgħu jiġu ġġustifikati b’konformità mal-Artikolu 52(1) tal-Karta, il-limitazzjonijiet għad-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta għandhom jissodisfaw għanijiet ta’ interess ġenerali.

139. F’dan ir-rigward, nirrileva li d-Direttiva 2018/843 tesponi b’mod pjuttost dettaljat, fil-premessi 4, kif ukoll 30 sa 38 (79), il-motivazzjonijiet li wasslu lil-leġiżlatur tal-Unjoni jemenda s-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, kif inizjalment prevista fid-Direttiva 2015/849.

140. Kif diġà ssemma fil-punti 50 u 60 ta’ dawn il-konklużjonijiet, minn dawn il-premessi jirriżulta li l-imsemmija sistema taqa’ taħt l-għan prinċipali tad-Direttiva 2015/849, stabbilit fl-Artikolu 1(1) tagħha, jiġifieri l-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. F’dan il-kuntest, l-emendi introdotti mid-Direttiva 2018/843 kienu intiżi sabiex jippromwovu livell ogħla ta’ trasparenza għal dak li jirrigwarda s-sjieda benefiċjarja u l-istrutturi ta’ kontroll tal-impriżi, bil-għan prinċipali li jiġi stabbilit ambjent bi probabbiltà inqas li jintuża għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (80). F’dawn iċ-ċirkustanzi, sa fejn id-Direttiva 2018/843 hija intiża mhux biss sabiex tidentifika l-ħasil tal-flus u tinvestiga f’dan il-qasam, iżda wkoll sabiex tipprevjenih, it-titjib tat-trasparenza huwa intiż sabiex jikkostitwixxi deterrent b’saħħtu (81).

141. F’dan il-kuntest, il-premessa 30 tad-Direttiva 2018/843 issemmi ċertu numru ta’ għanijiet speċifiċi previsti mis-sistema ta’ aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja. Għalhekk, tali aċċess huwa intiż, l-ewwel, sabiex jippermetti kontroll ikbar tal-informazzjoni mis-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-istampa jew l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. It-tieni lok, huwa jikkontribwixxi sabiex jippreserva l-fiduċja fl-integrità tat-tranżazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji. It-tielet, jikkontribwixxi fil-ġlieda kontra l-użu abbużiv ta’ kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra u arranġamenti ġuridiċi għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu, kemm billi jiffaċilita l-investigazzjonijiet kif ukoll permezz ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ reputazzjoni, peress li kull min jista’ jikkonkludi tranżazzjonijiet ikun konxju dwar l-identità tas-sjieda benefiċjarja. Ir-raba’, huwa intiż sabiex jiffaċilita d-disponibbiltà f’waqtha u effiċjenti ta’ informazzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, involuti fil-ġlieda kontra tali reati. Il-ħames, huwa intiż sabiex jgħin fl-investigazzjonijiet dwar il-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu.

142. L-għan materjali fundamentali tal-miżura inkwistjoni – jiġifieri l-emenda tal-Artikolu 30(5)(c) tad-Direttiva 2015/849, li tirriżulta mid-Direttiva 2018/843, li neħħiet ir-rekwiżit li kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni, turi “interess leġittimu” sabiex tkun tista’ taċċedi għad-data dwar is-sjieda benefiċjarja – huwa, għalhekk, li żżid it-trasparenza sabiex tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

143. F’dan ir-rigward, nirrileva, fl-ewwel lok, li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu tikkostitwixxi għan leġittimu li għalih l-Istati Membri ssuġġettaw ruħhom kemm fuq livell internazzjonali (82) kif ukoll fuq livell tal-Unjoni u li jista’ jiġġustifika ostakolu għal drittijiet protetti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (83).

144. Fit-tieni lok, l-għan tal-miżura mfakkar fil-punt 142 iktar ’il fuq huwa marbut mal-prinċipju ta’ trasparenza, li kif ġie rrilevat fil-punti 38 sa 48 ta’ dawn il-konklużjonijiet għandu portata ta’ dritt primarju.

145. Fit-tielet lok, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-għan ta’ prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu huwa marbut mal-għan ta’ protezzjoni tal-ordni pubbliku (84). B’mod koerenti għal din il-ġurisprudenza, għandu jiġi kkunsidrat li l-miżura inkwistjoni tfittex l-għan ta’ prevenzjoni ta’ reati kriminali serji (il-ħasil tal-flus) u l-prevenzjoni ta’ theddid serju kontra is-sigurtà pubblika (it-terroriżmu), għanijiet li skont il-ġurisprudenza huma ta’ natura li jiġġustifikaw indħil anki serju fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta (85).

d)      Fuq losservanza talprinċipju ta’ proporzjonalità

146. Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, limitazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ dritt fundamentali rrikonoxxut minnha jistgħu jsiru biss jekk josservaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

147. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ proporzjonalità jeħtieġ, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu xierqa sabiex jitwettqu l-għanijiet leġittimi mfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni u ma jeċċedux il-limiti ta’ dak li hu xieraq u neċessarju għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet (86).

1)      Fuq ladegwatezza talmiżura sabiex twettaq l-għan imfittex

148. Qabelxejn tqum il-kwistjoni dwar jekk il-miżura inkwistjoni mfakkra fil-punt 142 iktar ’il fuq hijiex xierqa sabiex twettaq l-għanijiet imfittxija u msemmija fil-punti 140 sa 142 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

149. F’dan ir-rigward, ma jidhirx li huwa kkontestat li aċċess wiesa’ għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, bħal dak stabbilit mill-imsemmija miżura jista’ jesponi iktar eventwali użu abbużiv ta’ kumpanniji jew entitajiet oħra u arranġamenti ġuridiċi għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu u li tali aċċess jikkostitwixxi mezz xieraq sabiex joħloq ambjent bi probabbiltà inqas li jintuża għal tali attivitajiet.

150. Minn dan isegwi li l-imsemmi aċċess wiesa’ jikkostitwixxi mezz kumplimentarju ta’ dissważjoni ta’ tali aġir li huwa xieraq sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu (87).

2)      Fuq innatura strettament neċessarja talindħil

151. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-protezzjoni tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata fil-livell tal-Unjoni teħtieġ, li d-derogi mill-protezzjoni ta’ data personali u l-limitazzjonijiet tagħha jitwettqu fil-limitu ta’ dak li huwa strettament neċessarju (88).

152. Dan ir-rekwiżit ta’ neċessità ma huwiex issodisfat meta l-għan ta’ interess ġenerali mfittex jista’ raġonevolment jintlaħaq b’mod daqstant effikaċi b’mezzi oħra li jippreġudikaw inqas id-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati, b’mod partikolari d-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali ggarantiti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, peress li d-derogi u r-restrizzjonijiet għall-prinċipju tal-protezzjoni ta’ tali data għandhom isiru fil-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju (89).

153. Barra minn hekk, għan ta’ interess ġenerali ma jistax jintlaħaq mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li huwa għandu jkun irrikonċiljat mad-drittijiet fundamentali kkonċernati mill‑miżura, u dan billi jinstab bilanċ bejn, minn naħa waħda, l-għan ta’ interess ġenerali, u min-naħa l‑oħra, id-drittijiet inkwistjoni (90).

154. B’mod iktar partikolari, il-proporzjonalità ta’ limitazzjoni għad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta għandha tiġi evalwata billi titqies il-gravità tal-indħil li tali limitazzjoni ġġib magħha u billi jiġi vverifikat li l‑importanza tal-għan ta’ interess ġenerali mfittex minn din il‑limitazzjoni hija proporzjonata ma’ din il-gravità (91).

155. Sabiex tissodisfa r-rekwiżit ta’ proporzjonalità, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni li tinkludi l-indħil għandha tipprevedi regoli ċari u preċiżi li jirregolaw il-portata u l-applikazzjoni tal-miżura inkwistjoni u li jimponu rekwiżiti minimi, b’tali mod li l‑persuni, li d-data personali tagħhom tkun ikkonċernata, ikollhom garanziji suffiċjenti li jippermettu li din id-data tiġi protetta b’mod effettiv kontra r‑riskji ta’ abbuż. Hija għandha tindika f’liema ċirkustanzi u taħt liema kundizzjonijiet tista’ tittieħed miżura li tipprevedi l-ipproċessar ta’ tali data, u b’hekk jiġi ggarantit li l-indħil ikun limitat għal dak li huwa strettament neċessarju. In-neċessità li jkun hemm tali garanziji hija iktar u iktar importanti meta d-data personali tkun suġġetta għal ipproċessar awtomatizzat, b’mod partikolari meta jkun hemm riskju sinjifikattiv ta’ aċċess illegali għal din id-data (92).

156. Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandha tiġi vverifikata n-natura strettament neċessarja tal-indħil inkwistjoni.

i)      Fuq lestensjoni talinformazzjoni żvelata

157. Qabelxejn tqum il-kwistjoni tan-natura strettament neċessarja tal-ipproċessar inkwistjoni – sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali mfittxija – fid-dawl tat-tipi ta’ data li huma żvelati u li għalihom il-pubbliku ġenerali għandu aċċess. Fil-fatt, fost l-elementi li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis sabiex tevalwa n-natura proporzjonata ta’ miżura li tinvolvi ndħil fid-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, hemm in-natura xierqa, rilevanti u mhux eċċessiva tad-data personali pproċessata (93).

158. Barra minn hekk, il-kundizzjoni relatata man-neċessità tal-ipproċessar għandha tiġi eżaminata flimkien mal-prinċipju msejjaħ tal-“minimizzazzjoni tad-data”, stabbilit fl-Artikolu 5(1)(c) tar-RGPD, li jipprovdi li d-data personali għandha tkun “adekwat[a], rilevanti u mhux eċċessiv[a] għall-finijiet li għalih [t]inġab u/jew [t]iġi iktar ipproċessat[a]” (94). Il-qorti tar-rinviju tinvoka b’mod espliċitu din id-dispożizzjoni tar-RGPD fis-subdomanda (c) tat-tielet domanda tagħha fil-Kawża C‑601/20.

159. Kif diġà ġie rrilevat, parti biss mid-data personali pprovduta mill-kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra lir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja skont l-Artikolu 30(1) u (3) tad-Direttiva 2015/849, hija aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali. Mingħajr ħsara għall-“informazzjoni addizzjonali” msemmija fil-punti 105 sa 107, kif ukoll 114 u 116 ta’ dawn il-konklużjonijiet, din hija d-data indikata fil-lista kontenuta fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 tal-imsemmi Artikolu 30, data li ssemmiet fil-punt 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Data oħra li tista’ tinżamm f’dan ir-reġistru u li hija aċċessibbli għall-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, bħal pereżempju fil-Lussemburgu, in-numru ta’ identità nazzjonali u l-indirizz preċiż, ma humiex aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali. Ħlief għal dak li jirrigwarda l-imsemmija “informazzjoni addizzjonali”, id-data oġġett tal-ipproċessar hija għalhekk identifikata b’mod ċar u preċiż, kif teħtieġ il-ġurisprudenza (95).

160. Madankollu għandu jiġi mistoqsi jekk din id-data tistax tiġi kkunsidrata bħala mhux eċċessiva fid-dawl tal-għanijiet imfittxija mis-sistema ta’ aċċess pubbliku stabbilita mid-Direttiva 2015/849.

161. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-premessa 34 tad-Direttiva 2018/843 tipprovdi espressament l-osservanza tar-rekwiżit ta’ minimizzazzjoni ta’ data meta tistabbilixxi li “[i]s-sett ta’ data li jrid ikun magħmul disponibbli lill-pubbliku jenħtieġ li jkun limitat, definit b’mod ċar u eżawrjenti, u jenħtieġ li jkun ta’ natura ġenerali, b’tali mod li jkun imminimizzat il-preġudizzju potenzjali għas-sidien benefiċjarji. Fl-istess ħin, informazzjoni magħmula disponibbli lill-pubbliku jenħtieġ li ma tiddifferenzjax ruħha b’mod sinifikanti mid-data miġbura fil-preżent. Sabiex tkun limitata l-interferenza mad-dritt tar-rispett għall-ħajja privata tagħhom b’mod ġenerali u tal-protezzjoni tad-data personali tagħhom b’mod partikolari, din l-informazzjoni jenħtieġ li essenzjalment tkun marbuta mal-istatus tas-sidien benefiċjarji […] u jenħtieġ li tikkonċerna b’mod strett l-isfera ta’ attività ekonomika li fiha joperaw is-sidien benefiċjarji […]”.

162. Kif ġie rrilevat fil-punti 96 sa 98 ta’ dawn il-konklużjonijiet, id-data aċċessibbli għall-pubbliku tikkorrispondi għal żewġ kategoriji, intiżi rispettivament għall-identifikazzjoni tal-persuna tas-sid benefiċjarju u għan-natura u l-estensjoni tal-interessi benefiċjarji miżmuma minnha.

163. Fir-rigward tal-ewwel kategorija ta’ data, inqis li l-indikazzjoni tal-isem, u tax-xahar u tas-sena tat-twelid tista’ tiġi kkunsidrata bħala s-sett minimu u suffiċjenti ta’ data li tippermetti l-identifikazzjoni b’mod preċiż tal-persuna tas-sid benefiċjarju. Fir-rigward tan-nazzjonalità (96) u tal-pajjiż ta’ residenza, din id-data tippermetti, minn naħa, li tiġi ppreċiżata din l-identifikazzjoni, u min-naħa l-oħra, tipprovdi kjarifiki dwar in-natura lokali jew le tal-investiment jew tas-sehem, li tidher informazzjoni rilevanti u neċessarja sabiex jiġu ddeterminati l-eventwali riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

164. Fir-rigward tat-tieni kategorija ta’ data, jidhirli wkoll li l-indikazzjoni tan-natura u tal-portata tal-interessi benefiċjarji miżmuma tikkostitwixxi sett minimu u suffiċjenti ta’ data li tippermetti l-identifikazzjoni tal-portata tal-investiment jew tas-sehem, li hija wkoll rilevanti għall-evalwazzjoni tar-riskji ta’ użu abbużiv ta’ kumpanniji jew entitajiet ġuridiċi oħra għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu.

165. Għal dak li jirrigwarda l-“informazzjoni addizzjonali” fuq imsemmija, li l-Istati Membri jistgħu jirrendu aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali b’applikazzjoni tal-marġni ta’ manuvra mħolli lilhom mit-tieni u mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, l-ewwel nett, kif innotat fil-punti 114 sa 116 ta’ dawn il-konklużjonijiet ma hijiex identifikata b’mod ċar u preċiż. Hija għalhekk ma tissodisfax ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 155 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Barra minn hekk, hija lanqas tidher neċessarja, għall-finijiet tal-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju. Fil-fatt, il-persuna tas-sid benefiċjarju tista’ tiġi identifikata, b’konformità mal-prinċipju ta’ minimizzazzjoni ta’ data, abbażi tal-informazzjoni indikata fil-lista kontenuta fl-imsemmi tieni subparagrafu (97).

ii)    Fuq lestensjoni talpersuni li għandhom aċċess għaddata dwar issjieda benefiċjarja u fuq issistema ta’ aċċess għal din iddata

166. Tqum imbagħad il-kwistjoni tan-natura strettament neċessarja, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali mfittxija, tal-possibbiltà li l-pubbliku ġenerali jaċċedi għad-data inkwistjoni, jiġifieri numru illimitat u mhux determinabbli ta’ persuni. Ma’ din il-kwistjoni, tintrabat dik tan-natura strettament neċessarja tal-previżjoni ta’ aċċess għall-imsemmija data mingħajr kontroll u ġustifikazzjoni. Din it-tieni kwistjoni, li tirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ aċċess ta’ terzi, tirriżulta direttament mit-tneħħija mid-Direttiva 2018/843 tan-neċessità li tintwera, għall-finijiet tal-imsemmi aċċess, l-eżistenza ta’ interess leġittimu, kif kien inizjalment previst fil-verżjoni oriġinali tal-Artikolu 30(5)(c) tad-Direttiva 2015/849. Il-qorti tar-rinviju tinvoka dawn il-kwistjonijiet kollha fil-kuntest tas-subdomanda (a) tat-tielet domanda tagħha fil-Kawża C‑601/20.

167. Għal dak li jirrigwarda, qabelxejn, il-kwistjoni tal-aċċess minn numru illimitat u mhux determinabbli ta’ persuni għad-data inkwistjoni, nirrileva li din hija konsegwenza inerenti għall-għażla li tiġi stabbilita sistema ta’ aċċess pubbliku għal reġistru. Fil-fatt, kull reġistru pubbliku huwa aċċessibbli, potenzjalment, minn numru illimitat u mhux determinabbli ta’ persuni. F’dan ir-rigward, mill-punti 126 u 127 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jirriżulta li skont il-ġurisprudenza, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix per se ż-żamma ta’ reġistru li jinkludi data personali li tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

168. Madankollu, kif ġie rrilevat fil-punt 77 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-ewwel domanda fil-Kawża C‑601/20 ma hijiex intiża sabiex tikkontesta l-għażla tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jistabbilixxi reġistru ta’ sjieda benefiċjarja li jkun pubbliku, jiġifieri aċċessibbli minn terzi u mhux mill-awtoritajiet pubbliċi biss. Din id-domanda tirrigwarda esklużivament il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal dan ir-reġistru mit-terzi, jiġifieri t-tneħħija mid-Direttiva 2018/843 tan-neċessità li tintwera l-eżistenza ta’ interess leġittimu għall-finijiet tal-imsemmi aċċess.

169. Madankollu, fl-osservazzjonijiet tagħha, Sovim tikkontesta n-natura neċessarja tal-aċċess mill-pubbliku ġenerali għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. B’mod iktar speċifiku, Sovim targumenta li l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja la hija utli u lanqas neċessarja, għal dawn il-finijiet, għaliex huma l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti, li għandhom mezzi sinjifikattivi u għodod legali għad-dispożizzjoni tagħhom, li jiżguraw din il-ġlieda. Madankollu, fil-fehma tiegħi, dan l-argument imur kontra l-fatt li s-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, filwaqt li hija kumplimentarja għall-kompiti ta’ identifikazzjoni u repressjoni tal-imsemmija attivitajiet kriminali mill-awtoritajiet, tfittex preċiżament l-għan tal-prevenzjoni ta’ dawn l-attivitajiet. Kif jirriżulta mill-premessi 30 sa 33 tad-Direttiva 2018/843 (98) u kif ġie rrilevat fil-punti 1409 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet, hija t-tfittxija ta’ dan l-għan ta’ prevenzjoni li ggwida lil-leġiżlatur tal-Unjoni fir-riforma tal‑2018.

170. Issa, f’dan il-kuntest, jekk l-għan imfittex huwa dak li jiġi stabbilit ambjent bi probabbiltà inqas li jintuża għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu u jekk il-mezz magħżul huwa it-tisħiħ tal-livell ta’ trasparenza dwar is-sjieda benefiċjarja sabiex jiġi żgurat kontroll akbar tal-informazzjoni mis-soċjetà ċivili, jidher neċessarju li jiġi stabbilit, għal dawn l-għanijiet, reġistru pubbliku dwar is-sjieda benefiċjarja li jkun aċċessibbli għal terzi. Dawn it-terzi jinkludu b’mod partikolari (iżda mhux esklużivament) l-istampa u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (99), jiġifieri dawk li huma msejħa l-“awżiljarji demokratiċi” (100) u li jgawdu rwol fundamentali sabiex jiġi żgurat il-kontroll tas-soċjetà ċivili fuq attivitajiet li jista’ jkollhom impatt fuq interessi essenzjali tal-komunità (101). Tali għan ma jidhirx li jista’ jitwettaq permezz ta’ mezzi oħra (102).

171. Madankollu, b’konformità mal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 152 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-analiżi tan-neċessità stretta tal-indħil inkwistjoni jimplika l-eżami dwar jekk dan l-għan ta’ prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, imwettaq permezz tat-tisħiħ tal-livell ta’ trasparenza, jistax jintlaħaq ukoll b’mod inqas restrittiv għad-drittijiet tal-persuni kkonċernati mill-garanzija ta’ aċċess għal kwalunkwe membru tal-pubbliku mingħajr kontroll u ġustifikazzjoni. B’mod iktar preċiż, għandu jiġi vverifikat jekk dan l-għan jistax jintlaħaq billi l-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja jiġi limitat biss, kif kien il-każ qabel ir-riforma tal‑2018, għall-persuni li jistgħu juru l-eżistenza ta’ interess leġittimu li jaċċedu għal din id-data. Din hija t-tieni kwistjoni msemmija fil-punt 165 ta’ dawn il-konklużjonijiet, dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess.

172. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li mill-analiżi tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni (103) – li takkumpanja l-proposta ta’ direttiva li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2018/843 (104) –, jirriżulta li l-applikazzjoni tal-kriterju tal-interess leġittimu, li d-definizzjoni tiegħu fil-verżjoni inizjali fis-seħħ tad-Direttiva 2015/849 kienet imħollija lid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, kienet tat lok għal limitazzjonijiet eċċessivi tal-possibbiltà ta’ aċċess għar-reġistru tas-sjieda benefiċjarja u għal nuqqas ta’ uniformità fil-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal dan ir-reġistru fl-Unjoni.

173. B’mod iktar preċiż, l-Istati Membri kienu esponew diffikultajiet fid-definizzjoni tal-kunċett ta’ interess leġittimu u sabiex jiddeterminaw il-kategoriji ta’ persuni u organizzazzjonijiet li kellhom ikunu f’pożizzjoni li juru interess leġittimu għal dak li jirrigwarda l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Kif irrilevat il-Kummissjoni waqt is-seduta, din id-diffikultà fid-definizzjoni tal-imsemmija kunċett wasslet, f’ċerti każijiet, għal limitazzjoni eċċessiva tal-aċċess għall-informazzjoni kontenuta fir-reġistru.

174. L-applikazzjoni tal-kriterju ta’ “l-interess leġittimu” kien għamel ukoll ikkumplikat u kajman l-aċċess “intra-Unjoni” għar-reġistru, jiġifieri l-aċċess ta’ entitajiet suġġetti ta’ Stati Membri oħra u unitajiet ta’ intelligence finanzjarja ta’ Stati Membri oħra. B’mod partikolari, sabiex taċċedi għar-reġistru ta’ Stat Membru, unità ta’ intelligence finanzjarja ta’ Stat Membru ieħor kellha titlob l-aċċess lill-unità tal-Istat Membru inkwistjoni, li seta’ jirrendi l-proċedura ħafna itqal u kajmana.

175. Din l-analiżi tal-impatt irrilevat li, mill-banda l-oħra, il-ftuħ sħiħ tar-reġistru, bit-tneħħija tal-kundizzjoni li wieħed juri minn qabel interess leġittimu sabiex jaċċedi għalih, kellha tirrendi l-aċċess iktar sempliċi, rapidu, inqas kumpless u iktar koerenti fil-livell tal-Unjoni.

176. Fil-fehma tiegħi, dawn il-kunsiderazzjonijiet juru biċ-ċar, li jekk sabiex jintlaħaq l-għan ta’ prevenzjoni, imsemmi fil-punti 140 sa 142 u 170 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-miżura inkwistjoni tfittex li tilħaq il-livell massimu ta’ trasparenza possibbli fir-rigward tad-data inkwistjoni u li tnaqqas għal minimu l-ostakoli għall-aċċess għal din id-data li jistgħu jipprekludu aċċess effikaċi u rapidu għaliha, kemm mill-membri tal-pubbliku, kif ukoll mill-persuni jew organizzazzjonijiet oħra interessati li jaċċedu għaliha, allura huwa neċessarju li titneħħa l-kundizzjoni bbażata fuq li wieħed juri minn qabel interess leġittimu għall-finijiet tal-imsemmi aċċess (105). Ladarba l-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja hija, b’mod ġenerali, fattur ewlieni fil-lokalizzazzjoni tal-kriminali (106), hekk biss, permezz tal-imsemmija tneħħija, li seta’ jiġi żgurat li ma jkunx hemm ostakolu għall-aċċess għal din id-data u jintlaħaq il-livell massimu ta’ trasparenza possibbli.

177. Minn dan isegwi li sabiex jintlaħaq l-imsemmi għan ta’ prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu permezz tat-tisħiħ tal-livell ta’ trasparenza fir-rigward tas-sjieda benefiċjarja tal-kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra, it-tneħħija tal-kundizzjoni li wieħed juri l-interess leġittimu donnha kienet strettament neċessarja.

178. Kunsiderazzjonijiet analogi japplikaw, fil-fehma tiegħi, għal element ieħor tas-sistema ta’ aċċess pubbliku stabbilita mid-Direttiva 2015/849, jiġifieri ċ-ċirkustanza – esposta mill-qorti tar-rinviju fil-kuntest tal-ewwel inċiż tas-subdomanda (a) u tas-subdomanda (e) tat-tielet domanda tagħha magħmula fil-Kawża C‑601/20 –, li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tkun aċċessibbli mingħajr ma l-persuna kkonċernata tista’ tkun taf min kellu aċċess għad-data personali li tirrigwardaha.

179. Fil-fatt, kif ġustament irrilevat il-Kummissjoni, il-komunikazzjoni lis-sid benefiċjarju, fir-rigward speċjalment jekk din il-komunikazzjoni hija awtomatika, tal-aċċess għall-informazzjoni li tirrigwardah jista’ potenzjalment ikollha effett dissważiv għall-aċċess għal din l-informazzjoni, u tippreġudika għalhekk l-għan ta’ prevenzjoni permezz tat-tisħiħ tal-livell ta’ trasparenza. Fil-fatt, kif ġie rrilevat waqt is-seduta, ma huwiex eskluż li, f’ċerti każijiet, persuni li jfittxu li jaċċedu għal din l-informazzjoni sabiex jinvestigaw dwar aġir kriminali, bħal pereżempju ġurnalisti, jistgħu jkunu esposti għal ritaljazzjoni potenzjali. Barra minn hekk, il-previżjoni ta’ tali komunikazzjoni lill-persuna kkonċernata tista’ wkoll tqiegħed fil-periklu eventwali attivitajiet ta’ investigazzjoni billi tavża lil din il-persuna. Minn dan isegwi li dan l-element tas-sistema ta’ aċċess pubbliku jidher ukoll neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ prevenzjoni msemmi fil-punti 140 sa 142 u 170 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

180. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat ukoll li skont l-Artikolu 14(5)(c) tar-RGPD, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta meta d-data personali ma tkunx miġbura mingħand il-persuna kkonċernata, ma japplikawx, b’mod partikolari, meta “il-kisba jew l-iżvelar hu espressament stabbilit mil-liġi tal-Unjoni […] li għaliha hu soġġett il-kontrollur u li tipprevedi miżuri adatti għall-protezzjoni tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data”. Ġustament, din id-dispożizzjoni tapplika meta d-dritt tal-Unjoni jipprovdi sistema ta’ aċċess pubbliku għal reġistru li jinkludi ċerta data personali, bil-kundizzjoni sakemm din is-sistema tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità (107).

181. Għalhekk, nirrileva li kif jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 30(5a) tad-Direttiva 2015/849 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkundizzjonaw it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistri tas-sjieda benefiċjarja għal reġistrazzjoni online. Mill-premessa 36 tad-Direttiva 2018/843 jirriżulta li din ir-reġistrazzjoni tista’ tkun prevista “sabiex jidentifikaw kwalunkwe persuna li titlob informazzjoni mir-reġistru”. Kif ser ikun diskuss f’iktar dettall fil-punti 204 sa 208 iktar ’l isfel, il-komunikazzjoni ex post ta’ din l-identità tista’ tkun neċessarja sabiex tippermetti lill-persuna interessata, jiġifieri s-sid benefiċjarju, jipproċessa eventwali abbuż li jirriżulta minn eventwali użu abbużiv tad-data li tirrigwardah.

iii) Fuq issistema ta’ derogi prevista millArtikolu 30(9) tadDirettiva 2015/849

182. Kif irrilevajt fil-punt 76 ta’ dawn il-konklużjonijiet in-natura proporzjonali tal-limitazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta li jirriżultaw mis-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni kontenuta fir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja prevista fl-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, tista’ tiġi evalwata biss bit-teħid inkunsiderazzjoni tas-sistema ta’ derogi għal dan l-aċċess stabbilita mill-paragrafu 9 ta’ dan l-artikolu. Il-qorti tqajjem il-kwistjoni tal-validità ta’ din is-sistema ta’ derogi fid-dawl tal-imsemmija drittijiet fundamentali fis-subdomanda (b) tat-tieni domanda magħmula fil-Kawża C‑601/20.

183. Skont l-imsemmi Artikolu 30(9) “[f’]ċirkostanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu stipulati fil-liġi nazzjonali, fejn l-aċċess imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni, jew fejn is-sid benefiċjarju jkun minorenni jew ma jkunx kapaċi f’termini legali għal xi raġuni oħra, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjoni minn tali aċċess għall-informazzjoni kollha jew parti minnha fuq is-sjieda benefiċjarja fuq bażi ta’ każ b’każ”.

184. Mill-premessa 36 tad-Direttiva 2018/843 jirriżulta li dawn id-derogi huma previsti “bl-għan li jkun żgurat approċċ proporzjonat u bbilanċjat u biex ikunu ggarantiti d-drittijiet għal ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali” (108).

185. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li d-dispożizzjoni tal-istess Artikolu 30(9), donnha tirrikonoxxi marġni diskrezzjonali lill-Istati Membri meta tuża l-kliem “jistgħu jipprovdu”. Dan il-kliem donnu jagħti lill-Istati Membri fakultà sempliċi li jipprovdu derogi fir-rigward tal-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja.

186. Madankollu, għandu jiġi rrilevat li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, peress li t-traspożizzjoni ta’ direttiva mill-Istati Membri taqa’ fi kwalunkwe każ fis-sitwazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 51 tal-Karta, fejn l-Istati Membri jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, il-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali previst fil-Karta għandu jintlaħaq meta ssir tali traspożizzjoni, irrispettivament mill-marġni diskrezzjonali li jkollhom l-Istati Membri fil-kuntest ta’ din it-traspożizzjoni (109).

187. Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet, li għalhekk huma l-Istati Membri li waqt it-traspożizzjoni ta’ direttiva, u b’mod partikolari ta’ eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet previsti minnha, għandhom jiżguraw li jibbażaw ruħhom fuq interpretazzjoni ta’ dawn tal-aħħar li tippermetti li tiżġura bilanċ ġust bejn id-diversi drittijiet fundamentali protetti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (110).

188. Minn dan isegwi li fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva, l-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri għandhom mhux biss jinterpretaw id-dritt nazzjonali tagħhom b’mod konformi ma’ din l-istess direttiva, iżda għandhom ukoll jiżguraw li ma jibbażawx ruħhom fuq interpretazzjoni tal-imsemmi direttiva li toħloq kunflitt mal-imsemmija drittijiet fundamentali jew mal-prinċipji ġenerali l-oħra tad-dritt tal-Unjoni, bħall-prinċipju ta’ proprozjonalità (111).

189. Dawn il-prinċipji li joħorġu mill-ġurisprudenza japplikaw b’iktar saħħa f’dan il-każ, li jirrigwarda l-istabbiliment ta’ derogi mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja. Fil-fatt, minkejja li dan l-aċċess għandu importanza kunsiderevoli fil-kuntest tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu u huwa marbut mal-prinċipju ta’ trasparenza, li kif irrilevajt fil-punti 38 sa 48 ta’ dawn il-konklużjonijiet għandu portata ta’ dritt primarju, madankollu, huwa ma jaqax taħt id-drittijiet fundamentali.

190. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, f’sitwazzjoni bħal dik ta’ dawn il-kawżi, meta jimplimentaw is-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni kontenuta fir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja prevista mid-Direttiva 2015/849, l-Istati Membri ma jistgħux jastjenu milli jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tas-sjieda benefiċjarja kif previsti mill-Karta.

191. Waqt it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2015/849, irrispettivament mill-marġni diskrezzjonali li din tagħtihom, l-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali minn kull preġudizzju sproporzjonat għal dawn id-drittijiet. Għalhekk, din il-protezzjoni ma hijiex limitata esklużivament għar-riskji sproporzjonati fis-seba’ każijiet ta’ riskju espressament speċifikati fl-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, iżda tkopri id-drittijiet fundamentali kollha tas-sjieda benefiċjarja. Konsegwentement, b’konformità mal-Karta għandu jiġi kkunsidrat li l-Istati Membri ma għandhomx biss il-fakultà li jingħataw derogi, iżda għandhom jagħtu derogi li jillimitaw l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar sid benefiċjarju, f’każ ta’ preġudizzju sproporzjonat għad-drittijiet fundamentali tiegħu.

192. Minn dan isegwi li l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, moqri fid-dawl tal-Karta, u b’mod partikolari tal-Artikolu 51(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri ma għandhomx biss il-fakultà, iżda għandhom jipprevedu derogi mill-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra kontenuta fir-reġistri nazzjonali tas-sjieda benefiċjarja, iżda huma obbligati li jippreveduhom u li jagħtuhom meta dan l-aċċess jesponi s-sid benefiċjarju, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, għal riskju sproporzjonat ta’ preġudizzju għad-drittijiet fundamentali tiegħu, kif previsti mill-Karta.

193. Fil-fehma tiegħi, interpretata b’dan il-mod, ma hemm ebda element li jaffettwa l-validità tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849.

iv)    Fuq leżistenza ta’ garanziji suffiċjenti kontra rriskji ta’ abbuż

194. Fl-aħħar, iqumu serje sħiħa ta’ kwistjonijiet dwar l-eżistenza ta’ garanziji suffiċjenti fil-leġiżlazzjoni inkwistjoni li tinvolvi l-indħil, li jippermettu l-protezzjoni tal-persuni kkonċernati, jiġifieri s-sjieda benefiċjarja kontra r-riskji ta’ abbuż. Dawn ir-rekwiżiti, neċessarji sabiex jiġi żgurat l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jirriżultaw kemm mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 155 ta’ dawn il-konklużjonijiet, kif ukoll minn dispożizzjonijiet differenti tar-RGPD li għalihom tirreferi l-qorti tar-rinviju fil-kuntest tat-tielet domanda tagħha fil-Kawża C‑601/20.

–       Fuq ilprinċipju ta’ limitazzjoni tal-għanijiet

195. Għalhekk, fl-ewwel lok, tqum il-kwistjoni, enfasizzata mill-qorti tar-rinviju fil-kuntest tas-subdomanda (b) tat-tielet domanda, tal-osservanza tal-prinċipju ta’ limitazzjoni tal-għanijiet, previst b’mod espliċitu fl-Artikolu 5(1)(b) tar-RGPD (112).

196. Tqum ukoll il-kwistjoni dwar jekk huwiex kompatibbli mar-rekwiżit ta’ proprozjonalità, fid-dawl tal-imsemmija dispożizzjoni, li d-data dwar is-sjieda benefiċjarja tkun aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali mingħajr ma l-kontrollur ta’ din id-data, jiġifieri l-awtorità jew l-organu responsabbli miż-żamma tar-reġistru, ikun jista’ jiżgura li l-imsemmija data tintuża esklużivament għall-għan li għalih hija nġabret, jiġifieri, essenzjalment, għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (113).

197. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza jirriżulta li kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu, minn naħa, ikun konformi mal-prinċipji relattivi għall-ipproċessar ta’ data stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-RGPD, u min-naħa l-oħra, jissodisfa wieħed mill-prinċipji relattivi għal-legalità tal-ipproċessar elenkati fl-Artikolu 6 tal-imsemmija regolament (114). Kif diġà tfakkar fil-punt 119 ta’ dawn il-konklużjonijiet, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jikkonkretizzaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 8(2) tal-Karta.

198. Meta jkun hemm persuni differenti involuti fl-ipproċessar ta’ ċerta data, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-ġurisprudenza tagħha, teżamina l-operazzjonijiet speċifiċi kkonċernati mill-ipproċessar ta’ din id-data sabiex tidentifika l-kontrollur(i) rilevanti (115). F’tali sitwazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kunċett ta’ “kontrollur” ma jirreferix neċessarjament għal organu uniku u jista’ jirrigwarda diversi atturi, kull wieħed minnhom suġġett għad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam ta’ protezzjoni ta’ data (116).

199. F’dan il-każ, it-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data inkwistjoni għall-pubbliku ġenerali mill-amministratur tar-reġistru u l-aċċess tal-pubbliku ġenerali għal din id-data huma ż-żewġ uċuħ tal-istess munita. Fil-fatt, billi jiżvela, skont l-obbligu previst fl-Artikolu 30(5)(c) tad-Direttiva 2015/849, l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, l-amministratur tar-reġistru jagħti l-possibbiltà lill-membri tal-pubbliku ġenerali jaċċedu b’mod liberu għal din l-informazzjoni. Kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 142 u 171 sa 177 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-previżjoni ta’ dan l-aċċess liberu kien ikkunsidrat neċessarju mil-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu permezz tat-tisħiħ tal-livell ta’ trasparenza fir-rigward tas-sjieda benefiċjarja ta’ kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra.

200. Madankollu, kif ġie rrilevat fil-punt 89 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-membru tal-pubbliku ġenerali jista’ jiġi kkunsidrat ukoll bħala kontrollur fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-RGPD sa mill-mument li fih jaċċedi għad-data kontenuta fir-reġistru kif ukoll minħabba pproċessar sussegwenti (117).

201. Minn dan isegwi li b’applikazzjoni tar-rekwiżit imfakkar fil-punt 197 ta’ dawn il-konklużjonijiet, meta jwettaq kwalunkwe operazzjoni futura ta’ pproċessar ta’ data, il-membru tal-pubbliku ġenerali jkollu għalhekk, jiżgura huwa wkoll li jikkonforma mal-prinċipji relattivi għall-kwalità tad-data stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-RGPD u li jibbaża l-operazzjoni(jiet) ta’ pproċessar tiegħu fuq wieħed mill-każijiet previsti mill-Artikolu 6(1) tar-RGPD (118).

202. F’dan il-kuntest, minn naħa, għal dak li jirrigwarda ċ-ċirkustanza esposta mill-qorti tar-rinviju li l-organu responsabbli miż-żamma tar-reġistru, ma huwiex f’pożizzjoni li jiżgura li l-imsemmija data tintuża esklużivament għall-għan li għalih hija tkun inġabret, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li persuna fiżika jew ġuridika ma tistax titqies bħala kontrollur fil-kuntest ta’ operazzjonijiet preċedenti jew sussegwenti tal-katina ta’ pproċessar li fir-rigward tagħhom hija la tiddetermina l-għanijiet u lanqas il-mezzi (119).

203. Min-naħa l-oħra, mir-rekwiżit imfakkar fil-punt 197 ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li kwalunkwe użu sussegwenti tad-data minn membru tal-pubbliku ġenerali li ma huwiex konformi mal-Artikolu 6 tar-RGPD, ma jkunx legali. Huwa jista’ wkoll ikun l-oġġett ta’ miżuri intiżi sabiex iwaqqfuh, inkluż ta’ talbiet għal tneħħija kontra l-kontrollur tal-mutur ta’ tfittxija skont l-Artikolu 17(1)(d) tar-RGPD.

204. F’dan ir-rigward, nirrileva wkoll li mill-premessa 38 tad-Direttiva 2018/843 jirriżulta li, għall-prevenzjoni tal-użu abbużiv ta’ informazzjoni kontenuta fir-reġistri u biex id-drittijiet tas-sjieda benefiċjarja jiġu bbilanċjati, l-Istati Membri jistgħu jqisu xieraq li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-sid benefiċjarju informazzjoni dwar il-persuna li tagħmel it-talba kif ukoll dwar il-bażi legali tat-talba tagħha.

205. Madankollu, tali possibbiltà tippreżupponi, li l-organu jew l-awtorità responsabbli miż-żamma tar-reġistru tas-sjieda benefiċjarja, bħal f’dan il-każ LBR, ikollhom konoxxenza tal-identità tal-persuni li jaċċedu għad-data hemm kontenuta, li jippreżupponi r-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni, b’mod partikolari online, sabiex wieħed ikun jista’ jaċċedi għall-imsemmija data, tiġi kkunsidrata tali reġistrazzjoni, bħala possibbiltà biss, fl-Artikolu 30(5a) tad-Direttiva 2015/849.

206. Issa, minkejja li fil-punti 99 u 104 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jiena rrilevajt li f’dan il-każ, id-data inkwistjoni ma tidhirx li hija partikolarment sensittiva u li l-effetti potenzjalment dannużi għall-persuni kkonċernati mill-indħil inkwistjoni jistgħu jkunu kkunsidrati moderati, xorta jibqa’ l-fatt li ma jistgħux jiġu esklużi riskji ta’ possibbiltà ta’ użu illegali jew abbużiv ta’ din id-data.

207. Minn dan isegwi li sabiex jiġi żgurat li l-persuni kkonċernati, jiġifieri s-sjieda benefiċjarja, ikollhom garanziji suffiċjenti li jippermettu protezzjoni effettiva kontra r-riskji ta’ abbuż, jirriżulta neċessarju, fil-fehma tiegħi, li l-organi jew l-awtoritajiet responsabbli miż-żamma ta’ reġistru tas-sjieda benefiċjarja fl-Istati Membri jkollhom konoxxenza tal-identità tal-membri tal-pubbliku ġenerali li jaċċedu għal dawn ir-reġistri u fejn dan jirriżulta neċessarju sabiex jiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari dawk iggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, ikunu jistgħu jqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-sid benefiċjarju informazzjoni relattiva għal dawn il-persuni.

208. B’hekk, fil-fehma tiegħi, minn dan isegwi li interpretazzjoni tad-Direttiva 2015/849, li tkun konformi mad-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, teħtieġ li l-possibbiltà prevista fl-Artikolu 30(5a) tad-Direttiva 2015/849 li tikkundizzjona t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni miżmuma fir-reġistri nazzjonali tas-sjieda benefiċjarja għal reġistrazzjoni online, tiġi kkunsidrata bħala obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw li l-organi jew l-awtoritajiet responsabbli miż-żamma ta’ reġistri tas-sjieda benefiċjarja jkollhom konoxxenza tal-identità tal-persuni li jaċċedu għar-reġistru (120).

–       Fuq lintegrità u lkunfidenzjalità taddata

209. Tqum imbagħad, fit-tieni lok, il-kwistjoni enfasizzata mill-qorti tar-rinviju fil-kuntest tas-subdomanda (d) tat-tielet domanda fil-Kawża C‑601/20, dwar l-osservanza tal-prinċipju ta’ integrità u kunfidenzjalità tad-data kif previst fl-Artikolu 5(1)(b) tar-RGPD.

210. Tqum ukoll il-kwistjoni tal-kompatibbiltà mar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tal-aċċess mingħajr limiti u mingħajr kundizzjonijiet, mingħajr impenn ta’ kunfidenzjalità għad-data personali ta’ sjieda benefiċjarja disponibbli fir-reġistru maħluq skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2015/849, fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-imsemmija dispożizzjoni tar-RGPD li timponi li l-ipproċessar ta’ data għandu jsir b’mod li jiżgura sigurtà xierqa tad-data personali, inkluż il-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali, u b’hekk jiġu ggarantiti l-integrità u l-kunfidenzjalità ta’ din id-data.

211. Il-prinċipju ta’ integrità u kunfidenzjalità jkopri l-prinċipju msejjaħ ta’ “sigurtà tad-data” li jeħtieġ, b’mod partikolari, li miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa jkunu implimentati sabiex jiġu evitati l-effetti dannużi għall-persuna kkonċernata. Dan il-prinċipju huwa marbut ma’ l-Artikoli 24 u 32 tar-RGPD u ssuplimentata b’dawn tal-aħħar, li jinkludu dispożizzjonijiet dwar, ir-responsabbiltà tal-kontrollur u s-sigurtà tal-ipproċessar, rispettivament.

212. Għal dak li jirrigwarda, b’mod speċifiku, l-integrità tad-data, nirrileva li mill-premessa 38 tad-Direttiva 2018/843 jirriżulta li “d-data personali aġġornata u li tikkorrispondi għas-sidien benefiċjarji attwali biss tkun magħmula disponibbli”. Minn dan isegwi li hija biss informazzjoni korretta, bħal dik kkomunikata lir-reġistru mill-kumpannija jew entitajiet ġuridiċi oħra kkonċernati, li għandha tinxtered u tkun aċċessibbli. B’mod koerenti ma’ dak li kien iddikjarat fil-punt 202 ta’ dawn il-konklużjonijiet, f’każ bħal dak inkwistjoni, l-amministratur ma jistax jiġi kkunsidrat bħala responsabbli minn eventwali modifiki jew manipulazzjonijiet magħmula fil-kuntest ta’ pproċessar sussegwenti.

213. Madankollu, huma l-Istati Membri li għandhom jiżguraw li l-organu jew l-awtorità responsabbli miż-żamma tar-reġistru tas-sjieda benefiċjarja jistabbilixxu miżuri tekniċi u organizzattivi suffiċjenti sabiex jipprekludu kull ipproċessar mhux awtorizzat tad-data kontenuta fir-reġistru. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, b’mod konkret, jekk dan huwiex il-każ fil-każ inkwistjoni (121).

v)      Fuq ilkejl ibbilanċjat bejn lgħan ta’ interess ġenerali u ddrittijiet fundamentali inkwistjoni

214. Huwa billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha analizzati f’dawn il-konklużjonijiet, li fil-fehma tiegħi, għandu jintlaħaq il-kejl ibbilanċjat bejn l-għan ta’ interess ġenerali mfittex mis-sistema ta’ aċċess pubbliku għar-reġistru tas-sjieda benefiċjarja stabbilit mid-Direttiva 2015/849 u d-drittijiet fundamentali inkwistjoni, jiġifieri d-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta.

215. Qabelxejn, fil-punti 110 sa 118 ta’ dawn il-konklużjonijiet ġie rrilevat li huwa biss fir-rigward tal-lista ta’ data kontenuta fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, li l-limitazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ drittijiet li jirriżultaw minn din is-sistema huma previsti mil-liġi b’konformità mal-Artikolu 52 tal-Karta. Għalhekk, dan il-kejl ser jirrigwarda esklużivament din id-data u mhux l-“informazzjoni addizzjonali” msemmija fil-punti 105 sa 107, 114, 116, 159 u 165 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

216. Imbagħad, kif ġie rrilevat fil-kuntest tal-analiżi tal-indħil, speċifikament fil-punti 91 sa 94 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-imsemmija sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar sjieda benefiċjarja tiżgura aċċess wiesa’ ħafna għal din l-informazzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta’ prova ta’ xi interess għal dan l-aċċess. Flimkien mal-modalitajiet ta’ aċċess awtomatizzati, bħal fil-Lussemburgu, l-aċċess liberu permezz tal-internet, din is-sistema tista’ tagħti lok għal tixrid ta’ livell għoli tad-data inkwistjoni relattiva għas-sjieda benefiċjarja.

217. Madankollu, din is-sistema ma twassalx, fil-fehma tiegħi, għal indħil sproporzjonat fid-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati, u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għar-rispett tal-ħajja privata kif ukoll id-dritt tagħhom għall-protezzjoni ta’ data personali, iggarantiti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta.

218. Fil-fatt, fl-ewwel lok, kif jirriżulta mill-punti 95 sa 102 ta’ dawn il-konklużjonijiet – mingħajr ħsara għall-imsejħa “informazzjoni addizzjonali” – din is-sistema tippermetti l-aċċess pubbliku biss għal numru pjuttost limitat ta’ data personali (122). Għalhekk, minkejja li din is-sistema tista’ twassal għal tixrid ta’ livell għoli ta’ din id-data, minħabba l-portata limitata tad-data personali oġġett tal-indħil u tan-natura tagħha mhux partikolarment sensittiva, l-effetti potenzjalment dannużi, għall-persuni kkonċernati mill-indħil huma moderati.

219. Fit-tieni lok, kif ġie rrilevat fil-punt 91 ta’ dawn il-konklużjonijiet, is-sistema ta’ aċċess pubbliku stabbilita mid-Direttiva 2015/849, ma tirrigwardax numru indefinit u indifferenzjat ta’ persuni, iżda teħtieġ relazzjoni bejn dawn il-persuni, jiġifieri s-sjieda benefiċjarja, u l-għan tal-ipproċessar, jiġifieri l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

220. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li huwa ġġustifikat li l-persuni fiżiċi li jagħżlu li jipparteċipaw fil-kummerċ permezz ta’ kumpannija jew entitajiet ġuridiċi oħra jkunu obbligati li jirrendu pubblika d-data relatata mal-identità u mal-funzjonijiet jew interessi tagħhom fi ħdanhom, minħabba t-tfittxija ta’ għanijiet ta’ interess ġenerali li huma, b’xi mod, marbuta ma’ din l-għażla (123).

221. Kif tfakkar fil-punt 79 ta’ dawn il-konklużjonijiet, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta ma humiex prerogattivi assoluti, iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-funzjoni tagħhom fis-soċjetà. F’dan il-kuntest, fil-fehma tiegħi, jidher ġustifikabbli li jiġu imposti limitazzjonijiet mhux serji għal dawn id-drittijiet għal persuni li għażlu li jipparteċipaw fil-kummerċ permezz ta’ kumpanniji jew entitajiet ġuridiċi oħra, għall-finijiet tal-prevenzjoni ta’ attivitajiet kriminali serji bħall-ħasil tal-flus jew relatati mas-sigurtà u mal-ordni pubbliku bħall-finanzjament tat-terroriżmu.

222. F’dan ir-rigward, inżid li huwa minnu, li s-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni tas-sjieda benefiċjarja tirrigwarda b’mod globali lil dawn is-sjieda benefiċjarja kollha, mingħajr ma huwa neċessarju li l-persuni li d-data tagħhom tiġi żvelata jkunu, anki indirettament, f’sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal suspetti ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Għalhekk, hija tapplika wkoll għal persuni li għalihom ma jeżisti ebda indizju ta’ natura li jagħti x’jifhem li l-aġir tagħhom jista’ jkollu rabta, anki indiretta jew mill-bogħod, mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu (124).

223. Madankollu fit-tielet lok, is-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, minbarra li twassal għal indħil serju fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, tipprovdi, fl-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, kif emendat, is-sistema ta’ derogi mill-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-imsemmija informazzjoni, imsemmija fil-punti 182 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet. Din is-sistema ta’ derogi, kienet introdotta b’mod espliċitu bl-iskop li tiżgura approċċ proprozjonat u bilanċjat u sabiex tiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali (125). Din tipparteċipa b’mod sħiħ fil-bilanċ żgurat mil-leġiżlatur tal-Unjoni bejn l-interessi inkwistjoni u tikkostitwixxi element essenzjali tas-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja li jillimita kwalunkwe dannu serju possibbli u jipproteġihom kontra eventwali abbuż tad-drittijiet fundamentali tagħhom (126).

224. L-approċċ sostnut mid-Direttiva 2015/849, fir-relazzjoni, fil-paragrafi 5 u 9 tal-Artikolu 30, bejn minn naħa, l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, u min-naħa l-oħra, is-sistema ta’ derogi, huwa barra minn hekk, koerenti mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, minn din jirriżulta li, minkejja li fil-kejl li għandu jsir bejn l-għan ta’ interess pubbliku mfittex u d-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, fid-dawl tal-importanza tal-għan ta’ interess ġenerali mfittex mil-limitazzjonijiet ta’ dawn id-drittijiet, flimkien mal-gravità moderata tal-indħil, bħala prinċipju, għandha tipprevalixxi n-neċessità tal-prevenzjoni tal-kriminalità serja u ta’ ksur possibbli tas-sigurtà pubblika, ma jistax madankollu jiġi eskluż li jistgħu jeżistu sitwazzjonijiet partikolari li fihom raġunijiet prominenti u leġittimi relatati mal-każ konkret tal-persuna kkonċernata jiġġustifikaw b’mod eċċezzjonali li l-aċċess għad-data personali li tirrigwardahom irreġistrata fir-reġistru jkun limitat (127).

225. Barra minn hekk u fir-raba’ lok, id-Direttiva 2015/849, tipprovdi l-applikazzjoni tar-RGPD għall-ipproċessar ta’ data personali li jitwettaq fil-kuntest ta’ din is-sistema. Għalhekk, dan l-ipproċessar huwa suġġett għal regoli intiżi sabiex jiżguraw is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data inkwistjoni (128).

226. F’dan il-kuntest, sabiex jiġi limitat l-indħil u b’mod speċifiku r-riskji, jew limiti, ta’ tfassil ta’ profil ekonomiku tal-persuna kkonċernata, diskussi fil-punti 102 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-Istati Membri, fil-kuntest tal-marġni ta’ manuvra tagħhom mogħti mid-Direttiva 2015/849, huma obbligati jimplimentaw modalitajiet ta’ aċċess għad-data inkwistjoni, u b’mod partikolari modalitajiet ta’ tfittxija fid-database li tikkostitwixxi r-reġistru, intiżi sabiex inaqqsu l-indħil fid-drittijiet fundamentali tas-sjieda benefiċjarja.

227. Fl-aħħar, kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 207 u 208 ta’ dawn il-konklużjonijiet, sabiex jiġi żgurat li l-persuni kkonċernati, jiġifieri s-sjieda benefiċjarja, ikollhom garanziji suffiċjenti li jippermettu l-protezzjoni effettiva tagħhom kontra r-riskji ta’ abbuż, it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni miżmuma fir-reġistri nazzjonali tas-sjieda benefiċjarja għandu jkun ikkundizzjonat għal reġistrazzjoni, b’mod partikolari online, b’tali mod li l-organi jew l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli miż-żamma ta’ reġistri tas-sjieda benefiċjarja jkun jista’ jkollhom konoxxenza tal-identità tal-persuni li jaċċedu għar-reġistru u jkunu jistgħu, fejn dan jirriżulta neċessarju sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari dawk iggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, iqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-sid benefiċjarju informazzjoni relattiva għal dawn il-persuni.

228. Interpretati b’dan il-mod, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(5) u l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, li jistabbilixxu s-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, ma għandhomx jiġu kkunsidrati invalidi fid-dawl tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali ggarantiti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta rispettivament.

229. Mill-banda l-oħra mill-kunsiderazzjonijiet li għamilt fil-punti 105 sa 107, 114, 116, 159 u 165 ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li, fil-fehma tiegħi, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, għandu jiġi ddikjarat parzjalment invalidu u li t-tielet subparagrafu tal-istess dispożizzjoni għandu jiġi ddikjarat invalidu.

4.      Konklużjoni dwar ilvalidità tassistema ta’ aċċess pubbliku stabbilita midDirettiva 2015/849

230. Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li, fil-fehma tiegħi, ir-risposta għall-ewwel domanda u għat-tieni subdomanda(b) tat-tieni domanda magħmula fil-Kawża C‑601/20 għandha tkun kif ġej:

–      it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, huwa invalidu sa fejn jipprovdi li kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali huwa awtorizzat li jkollu aċċess “tal-inqas” għad-data hemm indikata, u billi jagħti għalhekk, il-possibbiltà lil kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali jaċċedi għal data dwar is-sjieda benefiċjarja minbarra dik indikata fl-istess subparagrafu;

–      it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, huwa invalidu;

–      l-Artikolu 30(5a) tad-Direttiva 2015/849, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li huma l-Istati Membri li għandhom jiżguraw li l-organi jew awtoritajiet nazzjonali responsabbli miż-żamma ta’ reġistri tas-sjieda benefiċjarja jkollhom konoxxenza tal-identità tal-persuni li jaċċedu għall-imsemmi reġistru;

–      l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, moqri fid-dawl tal-Karta, u b’mod partikolari tal-Artikolu 51(1) tagħha, interpretat fis-sens li l-Istati Membri ma għandhomx biss il-fakultà, li jipprevedu derogi mill-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra kontenuta fir-reġistri nazzjonali tas-sjieda benefiċjarja, iżda huma obbligati li jippreveduhom u li jagħtuhom meta, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, dan l-aċċess jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu, kif previsti mill-Karta huwa validu;

–      l-eżami tal-ewwel domanda u tas-subdomanda (b) tat-tieni domanda, magħmula fil-Kawża C‑601/20, ma jqajjem ebda element ieħor ta’ natura li taffettwa l-validità tal-Artikolu 30(5) u (9) tad-Direttiva 2015/849.

C.      Fuq ittielet domanda magħmula filKawża C601/20 dwar linterpretazzjoni tarRGPD

231. Fil-kuntest tat-tielet domanda tagħha fil-Kawża C‑601/20, il-qorti tar-rinviju tagħmel sitt (sub)domandi intiżi, essenzjalment, sabiex jivverifikaw il-kompatibbiltà tas-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja stabbilita mid-Direttiva 2015/849, ma’ diversi dispożizzjonijiet tar-RGPD.

232. F’dan ir-rigward, qabelxejn, fil-punti 63 sa 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet nesponi r-raġunijiet li għalihom, fil-fehma tiegħi, ir-RGPD, fih innifsu, ma jistax jikkostitwixxi parametru ta’ legalità sabiex tiġi evalwata l-validità tad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2015/843 u 2018/849. Ippreċiżajt ukoll li dawn id-direttivi għandhom madankollu, jiġu interpretati b’mod koerenti mad-dispożizzjonijiet tar-RGPD, b’konformità, barra minn hekk, ma’ dak previst b’mod espliċitu fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2015/843, kif emendat mid-Direttiva 2019/2177.

233. Imbagħad, inqis li fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti fil-kuntest tal-analiżi tal-validità tal-imsemmija sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informzzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, fil-punti 74 sa 229 ta’ dawn il-konklużjonijiet, ma hemmx lok li tingħata risposta għas-subdomandi (a) sa (e) tat-tielet domanda magħmula fil-Kawża C‑601/20. Fil-fatt, id-dubji kollha esposti mill-qorti tar-rinviju fil-kuntest ta’ dawn is-subdomandi fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet differenti tar-RGPD ingħataw risposta fl-imsemmija analiżi.

234. Għalhekk, jibqa’ biss l-eżami tas-subdomanda (f) ta’ din it-tielet domanda. Permezz ta’ din is-subdomanda l-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment, dwar ir-relazzjoni bejn l-imsemmija sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja u l-Artikoli 44 sa 50 tar-RGPD, li jissuġġettaw għal kundizzjonijiet stretti t-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiż terz, b’mod partikolari minħabba l-fatt li d-data ta’ sid benefiċjarju rreġistrata f’reġistru tas-sjieda benefiċjarja hija aċċessibbli, fi kwalunkwe każ, għal kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali mingħajr ġustifikazzjoni ta’ interess leġittimu u mingħajr limitazzjonijiet dwar il-lokalizzazzjoni ta’ dan il-pubbliku.

235. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Kapitolu V tar-RGPD, li jinkludi l-Artikoli 44 sa 55, jirregola t-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali.

236. F’dan il-kuntest, kif irrilevaw il-Kummissjoni u l-Gvern Finlandiż, l-Artikolu 49 tar-RGPD jipprovdi – fl-assenza ta’ deċiżjoni dwar l-adegwatezza, skont l-Artikolu 45(3) tar-RGPD jew ta’ garanziji xierqa skont l-Artikolu 46 tar-RGPD – ċertu numru ta’ derogi li jirrigwardaw sitwazzjonijiet partikolari li fihom jista’ jseħħ trasferiment jew sett ta’ trasferimenti ta’ data personali lejn pajjiż terz.

237. B’mod partikolari, l-Artikolu 49(1)(g) tar-RGPD jirregola b’mod speċifiku t-trasferimenti mwettqa minn reġistri li skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt tal-Istati Membri, huma maħsuba sabiex jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku.

238. Minn din id-dispożizzjoni, kif ukoll mill-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, moqrija fid-dawl tal-premessa 111 tar-RGPD, jirriżulta li din id-deroga tapplika meta: l-ewwel, it-trasferiment isir minn reġistru li skont id-dritt tal-Istati Membru tal-Unjoni huwa maħsub biex jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku (u li huwa miftuħ għall-konsultazzjoni mill-pubbliku inġenerali jew lil kwalunkwe persuna li tista’ turi interess leġittimu); it-tieni, it-trasferiment isir biss sa fejn jiġu osservati l-kundizzjonijiet ta’ konsultazzjoni stipulati mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt ta’ Stat Membru; u t-tielet, it-trasferiment ma jistax jirrigwarda d-data personali kollha jew il-kategoriji ta’ data personali kollha kontenuti fir-reġistru.

239. F’dan ir-rigward, nosserva li kif semmiet ġustament il-Kummissjoni, l-Artikolu 49(1)(g) u (2) tar-RGPD japplika speċifikament għal kwalunkwe trasferiment “minn” reġistru pubbliku. Madankollu, il-fatt stess li reġistru huwa pubbliku ma jikkostitwixxix fih innifsu trasferiment.

240. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-risposta għas-subdomanda (f) tat-tielet domanda magħmula fil-Kawża C‑601/20, għandha tkun li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-RGPD għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux reġistru parzjalment aċċessibbli għall-pubbliku, mingħajr obbligu ta’ prova ta’ interess leġittimu u mingħajr ebda limitazzjoni fir-rigward tal-lokalizzazzjoni tal-pubbliku. Madankollu, it-trasferiment imwettaq minn dan ir-reġistru jista’ jitwettaq b’konformità mal-Artikolu 49(1)(g) tar-RGPD biss, jekk il-kundizzjonijiet ta’ konsultazzjoni tar-reġistru previsti mil-liġi jiġu ssodisfatti u sakemm din il-konsultazzjoni ma tinvolvix ir-reġistru kollu.

D.      Fuq linterpretazzjoni talArtikolu 30(9) tadDirettiva 2015/849, (lewwel, ittieni u ttielet domanda filKawża C37/20 u ssubdomanda (a) tattieni domanda filKawża C601/20)

241. Fil-kuntest tad-domandi preliminari magħmula fil-Kawża C‑37/20, kif ukoll tas-subdomanda (a) tat-tieni domanda fil-Kawża C‑601/20, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, li jipprovdi s-sistema ta’ derogi mill-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni kontenuta fir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja.

242. Diġà eżaminajt din is-sistema u din id-dispożizzjoni fil-punti 182 sa 193 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Madankollu, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet magħmula fl-imsemmija punti, għandhom jiġu analizzati d-domandi speċifiċi magħmula mill-qorti tar-rinviju.

1.      Fuq ilkunċett ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali” (lewwel domanda filKawża C37/20)

243. L-ewwel domanda magħmula fil-Kawża C‑37/20 tirrigwarda l-kunċett ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali”, kif previst fl-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849. Din id-domanda tinqasam f’żewġ partijiet.

244. Fl-ewwel parti, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849għandhiex tiġi interpretata fis-sens li Stat Membru jista’ jiddefinixxi fid-dritt nazzjonali tiegħu l-kunċett ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali” previst f’din id-dispożizzjoni sempliċement bħala l-ekwivalenti ta’ “riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni”, kunċetti li, skont l-imsemmija dispożizzjoni, jikkostitwixxu diġà fi kwalunkwe każ kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ derogi li jillimitaw l-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja. Fit-terminu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar is-setgħat tagħha u l-kriterji li għandha tuża sabiex tiddetermina l-kontenut tal-kunċett ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali”, fil-każ fejn id-dritt nazzjonali ta’ traspożizzjoni ma jkunx iddefinixxa dan il-kunċett ħlief permezz ta’ referenza għaċ-ċirkustanzi diġà espressament imsemmija fl-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849.

245. F’dan ir-rigward, nirrileva, qabelxejn, li r-referenza espliċita għad-dritt nazzjonali, kontenuta fl-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, għad-definizzjoni ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-previżjoni ta’ derogi li jillimitaw l-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, turi l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jħalli marġni diskrezzjonali lill-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ dawn iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali.

246. Madankollu, kif ġie espost fil-punti 186 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet, mill-ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, irrispettivament mill-marġni diskrezzjonali li għandhom fit-traspożizzjoni ta’ direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali kontra kull ksur sproporzjonat.

247. Minn dawn il-punti jirriżulta wkoll li l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, moqri fid-dawl tal-Artikolu 51(1) tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom jagħtu derogi mill-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra kontenuta fir-reġistri nazzjonali ta’ sjieda benefiċjarja, meta f’ċirkustanzi eċċezzjonali, dan l-aċċess jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu, kif previsti mill-Karta.

248. Għalhekk, id-dmir ta’ protezzjoni impost fuq l-Istati Membri ma huwiex limitat esklużivament għar-riskji sproporzjonati fis-seba’ każijiet ta’ riskji espressament speċifikati fl-imsemmi Artikolu 30(9), iżda jkopri r-riskji sproporzjonati ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali kollha tas-sjieda benefiċjarja.

249. F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849 għandu jiġi interpretat fis-sens li huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu fid-dritt nazzjonali tagħhom is-sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu “ċirkustanzi eċċezzjonali” skont din id-dispożizzjoni. Peress li din ma tinkludix preskrizzjoni addizzjonali li tindika taħt liema forma l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw dan il-kunċett, xejn ma jipprekludi Stat Membru, kif għamel il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, milli jiddefinixxi ċ-“ċirkustanzi eċċezzjonali” sempliċement permezz ta’ referenza għall-każijiet diġà previsti mill-imsemmija dispożizzjoni, sakemm, madankollu, it-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva fid-dritt nazzjonali tippermetti l-protezzjoni tas-sjieda benefiċjarja kontra ksur sproporzjonat tad-drittijiet fundamentali tagħhom.

250. Kif ġie rrilevat fil-punti 188 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-qorti nazzjonali għandha tinterpreta d-dritt nazzjonali b’mod konformi mad-direttiva, iżda għandha wkoll tiżgura li ma tibbażax ruħha fuq interpretazzjoni ta’ din id-direttivali twassal għal kunflitt mad-drittijiet fundamentali. Għalhekk din il-qorti għandha tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva li jawtorizzaw derogi li, filwaqt li tosserva l-formulazzjoni tagħhom u tħares l-effett utli tagħhom, tkun kompletament konformi mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta (129).

251. Kif ġustament tiddikjara l-Kummissjoni, għal dan il-għan il-qorti nazzjonali jista’ jkollha tiddetermina hija stess b’mod konkret in-natura u l-portata taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li jawtorizzaw derogi mill-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, sa fejn dan ikun neċessarju sabiex tipproteġi bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali ta’ dawn tal-aħħar biss.

252. Fid-dawl ta’ din id-determinazzjoni li l-qorti nazzjonali għandha eventwalment twettaq sabiex tinterpreta d-Direttiva 2015/849 b’mod konformi mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta, nirrileva, l-ewwel, li l-imsemmija determinazzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-evalwazzjoni dettaljata tan-natura “eċċezzjonali” taċ-ċirkustanzi għandha ssir każ b’każ, kif jirriżulta mit-test stess tal-Artikolu 30(9) ta’ din id-direttiva.

253. It-tieni, f’din id-determinazzjoni, il-qorti għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li, peress li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849 tipprovdi derogi minn regola ġenerali jiġifieri mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benenfiċjarja, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija għandha, bħala prinċipju, tkun is-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta (130).

254. It-tielet lok, fl-imsemmija determinazzjoni, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni li l-użu tal-kelma “eċċezzjonali” jindika li ċ-ċirkustanzi li jistgħu jiġġustifikaw id-deroga għandhom ikunu barra mill-ordinarju u jagħtu lok għal riskju sproporzjonat ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali (131). F’dan il-kuntest, ir-referenza espliċita fid-dispożizzjoni inkwistjoni għal riskji li jirrigwardaw id-drittijiet għall-ħajja, għall-integrità u għas-sigurtà tal-persuna, protetti rispettivament mill-Artikoli 2, 3 u 6 tal-Karta tagħti referenza għad-determinazzjoni tal-livell, għoli, ta’ gravità tal-ksur tad-drittijiet fundamentali li jista’ jiġġustifika deroga.

2.      Fuq ilkunċett ta’ “riskju” (it-tieni domanda filKawża C37/20)

255. It-tieni domanda preliminari magħmula fil-Kawża C‑37/20, tirrigwarda l-kunċett ta’ “riskju” previst fl-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849. Hija tinqasam fi tliet partijiet.

256. Fl-ewwel parti ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849dispożizzjoni għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-eżistenza ta’ “riskju sproporzjonat” tikkostitwixxi raġuni awtonoma li tiġġustifika d-deroga mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja jew jekk, alternattivament, ir-rekwiżit li r-riskju jkun sproporzjonat jikkostitwixxix kundizzjoni li tapplika għar-riskji speċifiċi msemmija f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri r-riskju ta’ frodi, ħtif, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni.

257. Din id-domanda ssib ir-raġunament tagħha fil-fatt, invokat mill-qorti tar-rinviju, li teżisti diverġenza fil-formulazzjoni bejn verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, kif ukoll diverġenza, f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi, bejn it-test ta’ din id-dispożizzjoni u l-formulazzjoni tal-premessa 36 tad-Direttiva 2018/843 li tispjega u timmotiva l-verżjoni emendata tad-Direttiva 2015/849 (132).

258. Madankollu, skont il-ġurisprudenza stabbilita, il-formulazzjoni użata f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tistax isservi bħala l-unika bażi għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jew tingħata prijorità fuq il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom, fil-fatt, jiġu interpretati u applikati b’mod uniformi, fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti fil-lingwi kollha tal-Unjoni. Fil-każ ta’ diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ test tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata skont il-kuntest u l-iskop tal-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (133).

259. Barra minn hekk, mill-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 185 sa 192 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jirriżulta li ma hijiex biss l-eżistenza ta’ riskju sproporzjonat fis-seba’ każijiet ta’ riskju espressament speċifikati fl-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, li tista’ tiġġustifika deroga mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, iżda kull riskju sproporzjonat, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tas-sid benefiċjarju.

260. Għal dak li jirrigwarda, b’mod speċifiku, l-evalwazzjoni intiża sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ tali riskju sproporzjonat ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tas-sid benefiċjarju, din għandha ssir każ b’każ. Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi evalwazzjoni dettaljata taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali u għandha tkun ibbażata fuq analiżi tal-elementi kollha rilevanti għall-każ konkret.

261. Permezz tat-tieni parti ta’ din it-tieni domanda magħmula fil-Kawża C‑37/20, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849 għandux jiġi interpretat fis-sens li għandha tiġi ddeterminata l-eżistenza jew in-natura sproporzjonata tar-riskju li tikkundizzjona l-limitazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni biss ir-rabtiet li s-sid benefiċjarju inkwistjoni għandu mal-entità ġuridika li fir-rigward tagħha jintalab il-limitazzjoni tal-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni jew billi jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll ir-rabtiet bejn dan is-sid benefiċjarju u entitajiet ġuridiċi oħra. F’dan l-aħħar każ, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk għandhiex tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-kwalità ta’ sid benefiċjarju jew kwalunkwe rabta ma’ entitajiet ġuridiċi oħra. Dejjem f’dan il-każ, hija tixtieq tkun taf jekk in-natura tar-rabta għandhiex effett fuq l-evalwazzjoni tal-eżistenza tar-riskju u tal-kobor tiegħu.

262. F’dan ir-rigward, nirrileva li fit-test tad-Direttiva 2015/849 ma hemmx indikazzjoni preċiża dwar dawn il-kwistjonijiet. Madankollu, kif ġie rrilevat fil-punt 260 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-evalwazzjoni intiża sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ riskju sproporzjonat ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tas-sid benefiċjarju għandha ssir każ każ, billi jiġu evalwati ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali u bl-intenzjoni li tiġi żgurata protezzjoni adegwata tas-sid benefiċjarju kontra ksur sproprozjonat tad-drittijiet fundamentali tiegħu.

263. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi eskluż li f’ċerti każijiet, sabiex tiġi żgurata tali protezzjoni adegwata jkun neċessarju li jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss ir-rabtiet bejn is-sid benefiċjarju u l-entità ġuridika suġġett tat-talba għal deroga speċifika, iżda wkoll rabtiet oħra li dan is-sid benefiċjarju għandu ma’ entitajiet ġuridiċi oħra.

264. F’dan ir-rigward, minn naħa, naqbel mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni li peress li din hija evalwazzjoni tar-riskji li taffaċċja persuna bħala sid benefiċjarju ta’ entità ġuridika waħda jew iktar, ir-rabtiet inkwistjoni għandhom ikunu inerenti għall-kwalità ta’ sid benefiċjarju ta’ dawn l-entitajiet, b’tali mod li kwalunkwe rabtiet oħra ma jistgħux, bħala prinċipju, jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni.

265. Mill-banda l-oħra, huwa s-sid benefiċjarju jew l-entità li titlob li tingħata l-benefiċċju ta’ deroga mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni li għandha tipprova li r-rabtiet li s-sjieda benefiċjarja għandhom ma’ entitajiet ġuridiċi oħra minbarra dawk previsti mit-talba għal deroga, jikkostitwixxu element rilevanti għall-evalwazzjoni tar-riskju sproporzjonat ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha u li dawn ir-rabtiet jiġġustifikaw jew isostnu l-eżistenza ta’ tali riskju sproporzjonat jew tan-natura sproporzjonata tiegħu. Tali tqassim tal-oneru tal-prova (134), li jimponi fuq min jagħmel it-talba l-prova tal-eżistenza u tar-rilevanza tal-imsemmija rabtiet għall-finijiet tal-għoti tad-deroga, huwa essenzjali sabiex jiġi evitat li, kif previst mill-Gvern Awstrijak, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jsibu ruħhom suġġetti għall-obbligu li jipproċedu ex officio għal investigazzjonijiet ta’ portata irraġonevoli sabiex ikunu jistgħu jeskludu l-eżistenza ta’ riskji sproporzjonati ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tas-sjieda benefiċjarja.

266. Permezz tat-tielet parti tat-tieni domanda magħmula fil-Kawża C‑37/20, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, għandux jiġi interpretat fis-sens li deroga mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tista’ tingħata meta din l-informazzjoni tkun faċilment aċċessibbli għal terzi permezz ta’ mezzi ta’ informazzjoni oħra.

267. Dwar dan il-punt, inqis, bħall-Kummissjoni u l-Gvern Awstrijak, li peress li kif diġà ġie rrilevat fil-punti 260 u 262 ta’ dawn il-konklużjonijiet, id-Direttiva 2015/849 timponi fuq l-Istati Membri li jiżguraw li d-derogi mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja jingħataw abbażi ta’ evalwazzjoni dettalja tan-natura eċċezzjonali taċ-ċirkustanzi u b’referenza għar-riskji li jirriżultaw mill-iżvelar ta’ din l-informazzjoni, l-Artikolu 30(9) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jeskludi b’mod impliċitu l-possibbiltà li tali deroga tingħata meta l-imsemmija informazzjoni tkun faċilment aċċessibbli għal terzi permezz ta’ mezzi ta’ informazzjoni oħra.

3.      Fuq irrekwiżit ta’ prova tarriskju sproporzjonat (subdomanda (a) tattieni domanda fil-Kawża C601/20)

268. Permezz tas-subdomanda (a) tat-tieni domanda magħmula fil-Kawża C‑601/20, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment, dwar ir-rekwiżiti tal-prova tar-riskju sproprozjonat u taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li għandha tiġi prodotta sabiex tiġġustifika deroga skont l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849.

269. Għal dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, l-oneru tal-prova, ma huwiex ikkontestat li dan jaqa’ fuq is-sid benefiċjarju. Huwa għandu juri lill-awtorità jew l-organu responsabbli miż-żamma tar-reġistru li l-kundizzjonijiet għal deroga skont l-Artikolu 30(9) tal-imsemmija direttiva huma ssodisfatti. F’din il-perspettiva, l-imsemmija awtorità jew l-imsemmi organu ma jistax ikun meħtieġ iwettaq attivitajiet ta’ investigazzjoni speċifiċi, li jista’ jkollhom, potenzjalment, portata globali, sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali u tar-riskju sproprozjonat. L-imsemmija awtorità jew korp għandhom jibbażaw ruħhom fuq l-elementi pprovduti mis-sid benefiċjarju jsostnu tat-talba tiegħu għall-applikazzjoni tad-deroga.

270. Fit-tieni lok, għal dak li jirrigwarda l-livell tal-prova, inqis li s-sid benefiċjarju għandu jistabbilixxi l-eżistenza tar-riskju sproporzjonat ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu u tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali bi grad suffiċjenti ta’ probabbiltà.

271. F’din il-perspettiva, is-sempliċi preżenza ta’ riskju fil-bogħod jew ipotetiku ta’ ksur ma tistax tkun suffiċjenti. Barra minn hekk, il-perċezzjoni tar-riskju sproporzjonat ma tistax tkun suġġettiva, iżda għandha tkun ibbażata fuq elementi oġġettivi konkreti, reali u attwali. Għal dan il-għan, is-sid benefiċjarju għandu jipprovdi indikazzjonijiet konkreti, preċiżi u sostanzjali dwar it-theddid ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu u ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali.

4.      Fuq ilkriterju tal“isproporzjon” (ittielet domanda fil-Kawża C37/20)

272. Fil-kuntest tat-tielet domanda preliminari magħmula fil-Kawża C‑37/20, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kriterju tal-“isproporzjon” tar-riskju li jiġġustifika l-limitazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni, kif previst fl-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/843.

273. Din il-qorti tistaqsi liema huma l-interessi diverġenti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ riskju sproporzjonat għas-sid benefiċjarju, skont l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, li tiġġustifika deroga mill-aċċess għall-informazzjoni li tirrigwardah. Hija tikkunsidra li dan il-kriterju jitlob, b’mod ġenerali, l-ibbilanċjar bejn żewġ interessi paralellament denji ta’ protezzjoni tistaqsi dwar liema huma l-interessi kunflittwali li għandhom jinżammu fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha. Fil-fehma tagħha, jidher li l-opponenti huma, minn naħa, l-għan ta’ trasparenza mfittex mid-Direttiva 2015/849, u min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-integrità fiżika, morali u partimonjali tas-sid benefiċjarju, prevista permezz tal-prevenzjoni ta’ riskju b’mod ġenerali u/jew ta’ riskji speċifiċi indikati fl-Artikolu 30(9) ta’ din id-direttiva. Madankollu, il-premessa 36 tad-Direttiva 2018/843 tinvoka wkoll id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali.

274. F’dan ir-rigward, fil-punti 138 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet ġie rrilevat li l-għan ta’ prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu permezz tat-tisħiħ tal-livell ta’ trasparenza fir-rigward tas-sjieda benefiċjarja ta’ kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra jikkostitwixxi l-għan primarju tas-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja stabbilita wara l-emendi introdotti mid-Direttiva 2018/843. Madankollu, dan l-għan ma jaqax direttament taħt id-drittijiet fundamentali. Għandu jiġi osservat ukoll li d-derogi mill-aċċess prinċipali tal-pubbliku għal din l-informazzjoni, previsti fl-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, li bħala tali għandhom jingħataw interpretazzjoni stretta, huma intiżi sabiex isibu bilanċ ġust bejn dan l-għan, li kif jindikaw il-punti 38 sa 48, 144 u 189 ta’ dawn il-konklużjonijiet, huwa marbut mar-rekwiżiti tal-portata tad-dritt primarju, u r-rispett tad-drittijiet fundamentali tas-sjieda benefiċjarja, kif barra minn hekk, jirriżulta mill-premessa 34 tad-Direttiva 2018/843. Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-prinċipji ġurisprudenzjali msemmija fil-punti 188 u 250 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2015/849 ma għandhiex tidħol f’kunflitt mad-drittijiet fundamentali previsti mill-Karta.

275. F’dan il-kuntest, pjuttost milli ssir referenza, kif għamlet il-qorti tar-rinviju, għall-ibbilanċjar ta’ “interessi diverġenti”, jidhirli iktar xieraq li l-analiżi ssir b’referenza għall-eżistenza ta’ derogi mill-prinċipju ġenerali tal-aċċess tal-pubbliku, intiżi sabiex jipprevjenu ksur tad-drittijiet fundamentali tas-sid benefiċjarju, li f’ċirkustanzi eċċezzjonali, jistgħu jirriżultaw minn dan l-aċċess. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kompitu tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-evalwazzjoni ta’ talba intiża sabiex tingħata deroga huwa dak li jivverifikaw l-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li jesponu lis-sid benefiċjarju għal riskju sproprozjonat ta’ ksur ta’ dritt fundamentali wieħed jew iktar previst mill-Karta.

276. Issa, ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja huma espressi fil-premessi 30 u 31 tad-Direttiva 2018/843 u ssemmew fil-punti 139 sa 142 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Dawn jirrigwardaw, fost oħrajn, l-ewwel, il-possibbiltà ta’ kontroll wiesa’ tal-informazzjoni mis-soċjetà ċivili li tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tal-fiduċja fl-integrità tat-tranżazzjonijiet ta’ negozju u tas-sistema finanzjarja, it-tieni, il-kontribuzzjoni għall-ġlieda kontra l-użu abbużiv ta’ kumpanniji u arranġamenti ġuridiċi oħra għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll, it-tielet, l-iffaċilitar tat-tqegħid għad-dispożizzjoni effikaċi u f’waqtu ta’ informazzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet involuti fil-ġlieda kontra dawn ir-reati.

277. Barra minn hekk, fil-punti 220 u 221 ta’ dawn il-konklużjonijiet diġà rrilevajt li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jidher iġġustifikat li l-persuni fiżiċi li jagħżlu li jipparteċipaw fil-kummerċ bħala sjieda benefiċjarja ta’ kumpanniji jew entitajiet ġuridiċi oħra, ikunu obbligati li jqiegħdu għad-dispożizzjoni u jirrendu aċċessibbli ċerta informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom bħala sjieda benefiċjarja ta’ dawn l-entitajiet ġuridiċi, iktar u iktar meta dawn ikunu jafu b’dan l-obbligu fil-mument meta jiddeċiedu li jagħtu bidu għal tali attività (135).

278. Madankollu, fil-kuntest tal-evalwazzjoni li għandha ssir fl-applikazzjoni tal-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, minkejja li mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fil-kejl li għandu jsir fil-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni, jipprevali, bħala prinċipju ġenerali, l-interess tal-pubbliku li jkollu aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, huwa espressament previst li jistgħu jeżistu sitwazzjonijiet partikolari li fihom raġunijiet prevalenti u leġittimi fir-rigward tal-każ konkret tas-sid benefiċjarju kkonċernat jiġġustifikaw b’mod eċċezzjonali li l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni li tikkonċernah ikun limitat, sabiex jiġi evitat li jiġi espost għal riskju sproporzjonat ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu (136).

279. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, fil-fehma tiegħi, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun fis-sens li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ riskju sproporzjonat għas-sid benefiċjarju li, skont l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, tiġġustifika deroga mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni li tikkonċernah, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, minn naħa, ir-riskji speċifiċi msemmija f’din id-dispożizzjoni, kif ukoll id-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, protetti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta rispettivament, u min-naħa l-oħra, l-interess tal-pubbliku u tas-soċjetà kollha li jkollhom konoxxenza tal-identità tas-sjieda benefiċjarja fid-dawl tal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu.

IV.    Konklużjonijiet

280. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mit-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu, il-Lussemburgu) fil-Kawżi C‑37/20 u C‑602/20:

1)      It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Mejju 2018, huwa invalidu sa fejn jipprovdi li kwalunkwe membru tal-pubbliku huwa awtorizzat ikollu aċċess “tal-inqas” għad-data hemm indikata, u billi jagħti għalhekk, il-possibbiltà lil kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali li jaċċedi għal data dwar is-sjieda benefiċjarja minbarra dik indikata fl-istess subparagrafu;

2)      It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2015/849, kif emendat mid-Direttiva 2018/843 huwa invalidu;

3)      L-Artikolu 30(5a) tad-Direttiva 2015/849, kif emendat mid-Direttiva 2018/843, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li huma l-Istati Membri li għandhom jiżguraw li l-organi jew awtoritajiet nazzjonali responsabbli miż-żamma ta’ reġistri tas-sjieda benefiċjarja jkollhom konoxxenza tal-identità tal-persuni li jaċċedu għall-imsemmi reġistru;

4)      L-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, kif emendat mid-Direttiva 2018/843 moqri fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari tal-Artikolu 51(1) tagħha, interpretat fis-sens li l-Istati Membri ma għandhomx biss il-fakultà li jipprevedu derogi mill-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ kumpanniji u entitajiet ġuridiċi oħra kontenuta fir-reġistri nazzjonali tas-sjieda benefiċjarja, iżda huma obbligati li jippreveduhom u li jagħtuhom, meta, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, dan l-aċċess jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu, kif previsti mill-Karta huwa validu;

5)      L-eżami tal-ewwel domanda u s-subdomanda (b) tat-tieni domanda, magħmula fil-Kawża C‑601/20, ma jqajjem ebda element ieħor ta’ natura li taffettwa l-validità tal-Artikolu 30(5) u (9) tad-Direttiva 2015/849, kif emendat mid-Direttiva 2018/843;

6)      Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux reġistru parzjalment aċċessibbli għall-pubbliku, mingħajr obbligu li jiġi pprovat interess leġittimu u mingħajr ebda limitazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni tal-pubbliku. Madankollu, it-trasferiment magħmul minn dan ir-reġistru jista’ jsir biss, b’konformità mal-Artikolu 49(1)(g), meta l-kundizzjonijiet ta’ konsultazzjoni tar-reġistru previsti mil-liġi jkunu ssodisfatti u sakemm din il-konsultazzjoni ma jimplikax ir-reġistru kollu;

7)      L-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849 kif emendata bid-Direttiva 2018/843 għandu jiġi interpretat fis-sens li huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu fid-dritt nazzjonali tagħhom is-sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu “ċirkustanzi eċċezzjonali” skont din id-dispożizzjoni. Peress li dan ma jinkludi ebda preskrizzjoni addizzjonali li tindika taħt liema forma l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw dan il-kunċett, xejn ma jipprekludi Stat Membru milli jiddefinixxi ċ-“ċirkustanzi eċċezzjonali” sempliċement b’referenza għall-każijiet diġà previsti mill-imsemmija dispożizzjoni, sakemm, madankollu, it-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva fid-dritt nazzjonali tippermetti l-protezzjoni l-benefiċjarji attwali tal-benefiċjarji attwali minn ksur sproporzjonat tad-drittijiet fundamentali tagħhom. Għal dan il-għan, il-qorti nazzjonali jista’ jkollha tiddetermina hija stess b’mod konkret in-natura u l-portata taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li jawtorizzaw derogi mill-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar l-benefiċjarji attwali, sa fejn dan ikun neċessarju għall-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet fundamentali ta’ dawn tal-aħħar biss. Din id-determinazzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt: l-ewwel, li l-evalwazzjoni dettaljata tan-natura “eċċezzjonali” taċ-ċirkustanzi għandha ssir każ b’każ; it-tieni, li peress li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni tirrigwarda derogi minn regola ġenerali hija għandha, bħala prinċipju, tkun is-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta u t-tielet, li ċ-ċirkustanzi li jistgħu jiġġustifikaw id-deroga għandhom ikunu barra mill-ordinarju u jagħtu lok għal riskju sproporzjonat ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali;

8)      L-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, kif emendat mid-Direttiva 2018/843, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit tal-isproporzjon tar-riskju jikkostitwixxi kundizzjoni li tapplika għar-riskji speċifiċi msemmija f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri r-riskju ta’ frodi, ħtif, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni, kif ukoll għal kwalunkwe ksur tad-drittijiet fundamentali tas-sid benefiċjarju li jiġġustifika deroga mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwaru. L-eżistenza u n-natura sproporzjonata ta’ tali riskju jistgħu, jekk ikun il-każ, jiġu ddeterminati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rabtiet li s-sid benefiċjarju inkwistjoni għandu ma’ kumpanniji, u entitajiet ġuridiċi oħra, kif ukoll ma’ trusts u arranġamenti ġuridiċi li għandhom struttura jew funzjonijiet simili għal dawk ta’ trusts, bħala sid benefiċjarju ta’ dawn l-entitajiet, minbarra dawk li fir-rigward tagħhom issir it-talba għal deroga mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni li tirrigwardah. Madankollu, huwa s-sid benefiċjarju jew l-entità li titlob il-benefiċċju ta’ deroga mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni, li għandha tipprova li dawn ir-rabtiet jikkostitwixxu element rilevanti li jiġġustifika jew isostni l-eżistenza ta’ riskju sproporzjonat ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tas-sid benefiċjarju inkwistjoni. L-imsemmi artikolu 30(9), jeskludi l-possibbiltà li deroga mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar sid benefiċjarju tingħata meta din l-informazzjoni tkun faċilment aċċessibbli għal terzi permezz ta’ mezzi ta’ informazzjoni oħra;

9)      Huwa s-sid benefiċjarju interessat li għandu jipprovdi l-prova tar-riskju sproporzjonat u ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, li jistgħu jiġġustifikaw deroga skont l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, kif emendata mid-Direttiva 2018/843. Għal dan il-għan, is-sid benefiċjarju għandu jistabbilixxi l-eżistenza tar-riskju sproporzjonat ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu u tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali bi grad suffiċjenti ta’ probabbiltà u għandu jipprovdi indikazzjonijiet konkreti, preċiżi u sostanzjali dwar it-theddid ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu u taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali;

10)      Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ riskju sproporzjonat għas-sid benefiċjarju, li skont l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849, kif emendat mid-Direttiva 2018/843, tiġġustifika deroga mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni li tikkonċernah, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, minn naħa, ir-riskji speċifiċi msemmija f’din id-dispożizzjoni, kif ukoll id-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u d-dritt tal-protezzjoni ta’ data personali, protetti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali rispettivament, u min-naħa l-oħra, l-interess tal-pubbliku u tas-soċjetà kollha li jkollhom konoxxenza tal-identità tas-sjieda benefiċjarja fid-dawl tal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu.


1      Lingwa oriġinali: il-Franċiż.


2      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU 2015, L 141, p. 73).


3      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU 2018, L 156, p. 43).


4      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1 rettifika ĠU 2018, L 127, p. 2, iktar ’il-quddiem ir-“RĠPD”)


5      It-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu 3(6)(a)(i) jistabbilixxi li “[i]l-pussess ta’ ishma ta’ 25 % u sehem wieħed jew interess ta’ sjieda ta’ aktar minn 25 % fil-klijent miżmum minn persuna fiżika, għandu jkun indikazzjoni ta’ sjieda diretta. Il-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ 25 % u sehem wieħed jew interess ta’ sjieda ta’ aktar minn 25 % fil-klijent miżmum minn entità korporattiva, li tkun taħt il-kontroll ta’ persuna fiżika jew persuni fiżiċi, jew minn entitajiet korporattivi multipli, li jkunu taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika jew persuni fiżiċi, għandha tkun indikazzjoni ta’ sjieda indiretta”.


6      L-Artikolu 1(15) tad-Direttiva 2018/843 emenda, u anki ssostitwixxa, il-paragrafi 1, sa 7, 9 u 10 tal-verżjoni oriġinali tal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2018/849 u daħħal fih ukoll il-paragrafu 5a.


7      Dan l-artikolu ġie mmodifikat bid-Direttiva (UE) 2019/2177 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), id-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU 2019 L 334, p. 155).


8      Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li hemm proċedura pendenti quddiem il-Maġistrat President tal-Kamra tal-Kummerċ fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta’ rifjut li jirrigwardaw il-kumpanniji kummerċjali l-oħra.


9      Norberto, B., Il futuro della democrazia, edizzjoni. Einaudi, Turin, p. 76.


10      Ara wkoll l-Artikolu 298(1) TFUE, kif ukoll l-Artikolu 42 tal-Karta.


11      F’dan ir-rigward, ara l-premessa 2 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 331), kif ukoll is-sentenza tal‑4 ta’ Settembru 2018, ClientEarth vs Il‑Kummissjoni (C‑57/16 P, EU:C:2018:660, punt 75 u l-ġurisprudenza ċċitata).


12      Sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert (C‑92/09 u C‑93/09, EU:C:2010:662, punt 68). F’dan ir-rigward, ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Sharpston f’dawn il-kawżi (EU:C:2010:353, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata).


13      Ara s-sentenza tat‑18 ta’ Lulju 2017, Il‑Kummissjoni vs Breyer (C‑213/15 P, EU:C:2017:563, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata).


14      Ara b’mod partikolari, il-punt 75 tas-sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert (C‑92/09 u C‑93/09, EU:C:2010:662).


15      Sentenza tat‑18 ta’ Ġunju 2020, Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija (Trasparenza Assoċjattiva) (C‑78/18, EU:C:2020:476).


16      Ara s-sentenza tat-18 ta’ Ġunju 2020, Trasparenza assoċjattiva (C‑78/18, EU:C:2020:476, punt 79).


17      F’dan ir-rigward, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Richard de la Tour fil-kawża Ecotex BULGARIA (C‑544/19, EU:C:2020:931, punt 46).


18      Ara l-premessa 1 tad-Direttiva 2018/843.


19      L-Istati Membri jistgħu jużaw għal dan il-għan bażi ta’ data ċentrali li tiġbor l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, jew ir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji jew reġistru ċentrali ieħor.


20      Regoli speċifiċi jirrigwardaw l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ trusts jew arranġamenti legali li għandhom struttura jew funzjonijiet simili huma previsti fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2015/849.


21      Skont il-premessa 30 tad-Direttiva 2018/843 “[l]-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja jippermetti skrutinju ikbar tal-informazzjoni mis-soċjetà ċivili, inkluż mill-istampa jew l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u jikkontribwixxi għall-preservazzjoni tal-fiduċja fl-integrità tat-tranżazzjonijiet ta’ negozju u tas-sistema finanzjarja. Huwa jista’ jikkontribwixxi biex jiġi miġġieled l-użu ħażin ta’ entitajiet korporattivi u entitajiet ġuridiċi oħrajn u arranġamenti legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kemm minħabba li jgħin għall-investigazzjonijiet kif ukoll minħabba l-effetti fuq ir-reputazzjoni, peress li kull min jista’ jidħol fi tranżazzjonijiet huwa konxju mill-identità tas-sidien benefiċjarji. Dan jiffaċilita wkoll id-disponibbiltà f’waqtha u effiċjenti ta’ informazzjoni kemm għall-istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll għall-awtoritajiet, inklużi l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, involuti fil-ġlieda kontra tali reati. L-aċċess għal dik l-informazzjoni jgħin ukoll l-investigazzjonijiet dwar il-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu”.


22      Skont il-premessa 31 tad-Direttiva 2018/843 “[i]l-kunfidenza fis-swieq finanzjarji mill-investituri u l-pubbliku ġenerali tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-eżistenza ta’ reġim preċiż għall-iżvelar li jipprovdi t-trasparenza fis-sjieda benefiċjarja u l-istrutturi tal-kontroll tal-kumpaniji. Dan huwa partikolarment veru għal sistemi ta’ governanza korporattiva li huma kkaratterizzati minn sjieda kkonċentrata, bħalma hija dik fl-Unjoni. Fuq naħa waħda, investituri kbar bi drittijiet sinifikanti tal-votazzjoni u tal-fluss tal-flus jistgħu jinkoraġġixxu t-tkabbir fuq terminu twil u l-prestazzjoni tad-ditta. Min-naħa l-oħra, madankollu, il-kontroll tas-sidien benefiċjarji bi blokok tal-votazzjoni kbar jista’ jkollu inċentivi biex ikunu ddevjati assi korporattivi u opportunitajiet għall-gwadann personali għad-detriment ta’ investituri minoritarji. Iż-żieda potenzjali fil-fiduċja fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li titqies bħala effett sekondarju pożittiv u mhux l-għan taż-żieda fit-trasparenza, li huwa li jinħoloq ambjent bi probabbiltà anqas li jintuża għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu”.


23      Skont il-premessa 32 tad-Direttiva 2018/843 “[i]l-fiduċja fis-swieq finanzjarji mill-investituri u l-pubbliku inġenerali tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-eżistenza ta’ reġim preċiż għall-iżvelar li jipprovdi trasparenza fir-rigward tas-sjieda benefiċjarja u l-istrutturi ta’ kontroll kemm ta’ entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħra kif ukoll ta’ ċerti tipi ta’ trusts u arranġamenti legali simili. L-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja b’mod suffiċjentement koerenti u kkoordinat, billi jistabbilixxu regoli ċari ta’ aċċess mill-pubbliku, sabiex b’hekk partijiet terzi jkunu f’qagħda li jaċċertaw, madwar l-Unjoni, min huma s-sidien benefiċjarji kemm ta’ entitajiet korporattivi u entitajiet ġuridiċi oħrajn kif ukoll ta’ ċerti tipi ta’ trusts u arranġamenti legali simili”.


24      Skont il-premessa 33 tad-Direttiva 2018/843 “[l]-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jippermettu l-aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja dwar entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħrajn b’mod biżżejjed koerenti u koordinat, permezz tar-reġistri ċentrali li fihom l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, billi tkun stabbilita regola ċara tal-aċċess pubbliku, hekk li terzi persuni jkunu f’qagħda li jaċċertaw, madwar l-Unjoni, min huma s-sidien benefiċjarji ta’ entitajiet korporattivi u entitajiet ġuridiċi oħrajn”.


25      Ara l-premessa 31 tad-Direttiva 2018/843, riprodotta fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, ta’ dawn il-konklużjonijiet, b’mod speċjali l-aħħar sentenza.


26      Ibidem.


27      Skont l-ewwel sentenza tal-premessa 34 tad-Direttiva 2018/843 “[f]il-każijiet kollha, kemm fir-rigward ta’ entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħra, kif ukoll fir-rigward tat-trusts u arranġamenti legali simili, jenħtieġ li jiġi mfittex bilanċ ġust b’mod partikolari bejn l-interess tal-pubbliku ġenerali fil-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u d-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data”.


28      Skont il-premessa 36 tad-Direttiva 2018/843 “[b]arra minn hekk, bl-għan li jkun żgurat approċċ proporzjonat u bbilanċjat u biex ikunu ggarantiti d-drittijiet għal ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu għal eżenzjonijiet fl-iżvelar permezz tar-reġistri ta’ informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja u fl-aċċess għal tali informazzjoni, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn dik l-informazzjoni tesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat ta’ frodi, ħtif ta’ persuna, rikattar, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Istati Membri jirrikjedu reġistrazzjoni online sabiex jidentifikaw kwalunkwe persuna li titlob informazzjoni mir-reġistru, kif ukoll il-ħlas ta’ tariffa għal aċċess għall-informazzjoni fir-reġistru”.


29      Ara f’dan is-sens is-sentenza tat‑28 ta’ Ġunju 2012, Il‑Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob (C‑404/10 P, EU:C:2012:393, punt 110). Ara wkoll, is-sentenza tad‑29 ta’ Ġunju 2010, Il‑Kummissjoni vs Bavarian Lager (C‑28/08 P, EU:C:2010:378, punt 56).


30      Fil-fatt, huwa dan l-ipproċessar ta’ data personali li huwa “soġġett” għar-RGPD, u mhux id-direttiva fiha nnifisha. Barra minn hekk, nosserva li l-kelma “soġġett” kienu użata wkoll fil-verżjoni oriġinali tal-Artikolu 41 għal dak li jirrigwarda d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).


31      Lanqas teżisti relazzjoni ta’ natura “lex generalislex specialis” bejn ir-RGPD u ż-żewġ direttivi fuq imsemmija, għall-kuntrarju ta’ dak li jista’ jkun il-każ, bejn ir-RGPD u direttivi oħra (ara b’mod partikolari, f’dan ir-rigward, l-premessa 173 u l-Artikolu 95 tar-RGPD).


32      Ara f’dan is-sens, b’referenza, fost oħrajn, għall-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 95/46, korrispondenti għall-Artikoli 5 u 6 tar-RGPD, is-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/15, EU:C:2017:197, punt 40). Għal analiżi reċenti ħafna tal-portata tar-RGPD ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Richard de la Tour fil-kawża Facebook Ireland (C‑319/20, EU:C:2021:979, punti 50 sa 52).


33      Ara f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, Facebook Ireland u Schrems (C‑311/18, EU:C:2020:559, punt 170 u l-ġurisprudenza ċċitata).


34      Ara s-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, Facebook Ireland u Schrems (C‑311/18, EU:C:2020:559, punt 172 u l-ġurisprudenza ċċitata).


35      Ara f’dan is-sens is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, La Quadrature du Net et (C‑511/18, C‑512/18 u C‑520/18, EU:C:2020:791, punt 122).


36      Ara f’dan is-sens is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, La Quadrature du Net et (C‑511/18, C‑512/18 u C‑520/18, EU:C:2020:791, punt 124 u l-ġurisprudenza ċċitata).


37      Ara is-sentenza tat‑18 ta’ Ġunju 2020, Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija (Trasparenza Assoċjattiva) (C‑78/18, EU:C:2020:476, punt 122 u l-ġurisprudenza ċċitata).


38      Id-determinazzjoni tal-livell ta’ gravità tal-indħil hija neċessarja meqjusa r-relazzjoni, irrikonoxxuta mill-ġurisprudenza, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, bejn il-gravità tal-indħil li tinkludi limitazzjoni tal-imsemmija drittijiet u l-importanza tal-għan ta’ interess ġenerali mfittex minn din il-limitazzjoni li tippermetti li tiġi ġġustifikata. Ara f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, is-sentenzi tat‑2 ta’ Ottubru 2018, Ministerio Fiscal (C‑207/16, EU:C:2018:788, punt 55 u tat‑2 ta’ Marzu 2021, Prokuratuur (Kundizzjonijiet ta’ aċċess għal data dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi) (C‑746/18, EU:C:2021:152, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, f’iktar dettall, il-ġurisprudenza msemmija fil-punti 152 u 153 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


39      Ara b’mod partikolari, l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada) tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, punt 122 u l-ġurisprudenza ċċitata).


40      Ara b’analoġija, is-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/15, EU:C:2017:197, punt 34). F’dan ir-rigward, ara wkoll id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “data personali” prevista fl-Artikolu 4(1) tar-RGPD.


41      Sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/15, EU:C:2017:197, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).


42      Sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, La Quadrature du Net et (C‑511/18, C‑512/18 u C‑520/18, EU:C:2020:791, punt 115 u l-ġurisprudenza ċċitata).


43      Ara b’analoġija, is-sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert (C‑92/09 u C‑93/09, EU:C:2010:662, punt 58).


44      Ara f’dan is-sens, l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada) tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, punt 126 u l-ġurisprudenza ċċitata).


45      Barra minn hekk, l-Artikolu 4(2) tar-RGPD jiddefinixxi bħala pproċessar, fost oħrajn, “it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’xi mezz ieħor” ta’ data.


46      Ara f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/15, EU:C:2017:197, punt 35) u tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikax Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 101).


47      Ara f’dan is-sens, is-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 101), li madankollu tirrigwarda data li taqa’ fil-kategorija ta’ data relattiva għal kundanni kriminali u reati, u anki għal garanziji speċifiċi skont l-Artikolu 10 tar-RGPD.


48      Ara b’analoġija, is-sentenza tat‑2 ta’ Ottubru 2018, Ministerio Fiscal (C‑207/16, EU:C:2018:788, punt 51). Ara wkoll, is-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, Facebook Ireland u Schrems (C‑311/18, EU:C:2020:559, punt 171 u l-ġurisprudenza ċċitata).


49      Fis-sens tal-Artikolu 4(7) tar-RGPD. F’dan ir-rigward, ara b’analoġija, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża SS (Ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet fiskali) (C‑175/20, EU:C:2021:690, punt 45).


50      Għall-analiżi ta’ każ li fih in-numru ta’ persuni li setgħu jiġu kkunsidrati kkonċernati mill-indħil kien limitat, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Saugmandsgaard Øe fil-kawża Ministerio Fiscal (C‑207/16, EU:C:2018:300, punt 34).


51      Dwar l-għan ta’ interess ġenerali mfittex mis-sistema ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, ara, f’iktar dettall, il-punti 137 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


52      Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ttrattat diversi drabi każ ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ data personali. Barra minn hekk, sentenzi diġà ċċitati tad‑9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert (C‑92/09 u C‑93/09, EU:C:2010:662), tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/15, EU:C:2017:197) u tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504), kawża simili għadha pendenti hija l-Kawża C‑184/20, Vyriausioji tarnybinės etikos komisija, u li tirrigwarda leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-pubblikazzjoni fuq l-internet ta’ data personali kontenuta f’dikjarazzjonijiet ta’ interess għall-finijiet ta’ prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess u tal-korruzzjoni fis-settur pubbliku (ara, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Pikamäe f’din il-kawża (EU:C:2021:991).


53      Ara f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Prokuratuur (Kundizzjonijiet ta’ aċċess għal data dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi) (C‑746/18, EU:C:2020:18, punt 79).


54      Ara f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Saugmandsgaard Øe fil-kawża Ministerio Fiscal (C‑207/16, EU:C:2018:300, punt 35).


55      Ara f’dan ir-rigward u f’dan is-sens, il-kunsiderazzjonijiet kontenuti fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruż Villalón fil-kawżi magħquda Digital Rights Ireland et (C‑293/12 u C‑594/12, EU:C:2013:845, punti 64, 65 u 74).


56      Ara f’dan is-sens, is-sentenza tat‑2 ta’ Ottubru 2018, Ministerio Fiscal (C‑207/16 EU:C:2018:788, punt 60, fl-aħħar).


57      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2018, Ministerio Fiscal (C-207/16, EU:C:2018:788, punt 60, in fine).


58      F’dan ir-rigward, infakkar li r-RGPD jipprovdi fl-Artikolu 9 tiegħu, regoli partikolari għall-ipproċessar ta’ data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku jew l-isħubija fi trade union, kif ukoll l-ipproċessar ta’ data ġenetika, data bijometrika sabiex tidentifika b’mod uniku persuna fiżika, data dwar is-saħħa jew data dwar il-ħajja sesswali u l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika.


59      Din il-kwistjoni hija analizzata fil-punti 114 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


60      Ara fost oħrajn, is-sentenzi tas‑16 ta’ Lulju 2020, Facebbok Ireland u Schrems (C‑311/18, EU:C:2020:559, punt 175), tat‑8 ta’ Settembru 2020, Recorded Artists Actors Performers (C‑265/19, EU:C:2020:677, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Privacy International (C‑623/17, EU:C:2020:790, punt 65).


61      Ara fost oħrajn, is-sentenzi tal-Qorti EDB tat‑8 ta’ Ġunju 2006, Lupsa vs Ir‑Rumanija (CE:ECHR:2006:0608JUD001033704, § 32 u 33) u tal‑15 ta’ Diċembru 2020, Piskin vs It-Turkija (CE:ECHR:2020:1215JUD00333991, § 206). Dwar in-neċessità li tingħata lill-espressjoni “prevista mil-liġi” fl-Artikolu 52(1) tal-Karta, l-istess interpretazzjoni bħal dik sostnuta mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-kawża WebMindLicenses (C‑419/14, EU:C:2015:606, punti 134 sa 143).


62      Ara s-sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2005 WebMindLicences (C‑419/14, EU:C:2015:832, punt 81).


63      Ir-rekwiżit ta’ trasparenza tal-ipproċessar ta’ data personali huwa previst b’mod espliċitu fl-Artikolu 5(1)(a) tar-RGPD u huwa msemmi mill-qorti tar-rinviju fil-kuntest tas-subdomanda numru 1 tat-tielet domanda preliminari fil-Kawża C‑601/20.


64      Ara f’dan ir-rigward, l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, punt 160).


65      Kif ukoll li jirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. Dwar dan l-aspett, ara l-punt 165 infra.


66      Ara għall-kuntrarju, is-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 135).


67      Sitwazzjoni komparabbli tqum fil-kawża Ligue des droits humains (C‑817/19), li l-konklużjonijiet tiegħi fiha ser ikunu ppreżentati dalwaqt.


68      Ara l-premessa 40 tar-RGPD.


69      Il-qorti tar-rinviju tinvoka r-rekwiżit ta’ legalità tal-ipproċessar skont l-Artikolu 5(1) tar-RGPD fil-kuntest tas-subdomanda (a) tat-tielet domanda magħmula fil-Kawża C‑601/20.


70      Ara b’mod partikolari, is-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 99 u l-ġurisprudenza ċċitata).


71      Ara b’analoġija, fir-rigward tal-awtorità responsabbli miż-żamma tar-reġistru tal-kumpanniji, is-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/17, EU:C:2017:197, punt 42).


72      Ara f’dan ir-rigward ukoll, is-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 99, l-aħħar sentenza).


73      F’dan ir-rigward ara, f’iktar dettall, il-punti 137 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


74      Ara f’dan is-sens, b’mod espliċitu s-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punti 103 u 104). L-istess il-kawża li tat lok għas-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/15, EU:C:2017:197) dwar l-aċċess ta’ terzi għal reġistru li jinkludi data personali.


75      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Saugmandsgaard Øe fil-kawża Facebook Ireland u Schrems (C‑311/18, EU:C:2019:1145, punt 272).


76      Għal analiżi fid-dettall tal-kwistjoni tar-rispett tal-kontenut essenzjali tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, nirrinvija għall-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Lingue des droit humains (C‑817/19) li ser ikunu ppreżentati dalwaqt.


77      Ara f’dan is-sens, l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, punt 150).


78      Ara f’dan is-sens, l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, punt 150).


79      Dawn il-premessi huma riprodotti fin-noti ta’ qiegħ il-paġna numri 21 sa 24, 27 u fil-punti 161, 181, 184, 204u 212 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


80      Ara l-premessa 31, tad-Direttiva 2018/843, b’mod speċifiku l-aħħar sentenza, riprodotta fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


81      Ara l-premessa 4 in fine tad-Direttiva 2018/843.


82      Fil-fatt, dan l-għan jaqa’ fil-kuntest ta’ żvilupp fuq il-livell internazzjonali, intiż għat-titjib tat-trasparenza globali tal-ambjent ekonomiku u finanzjarju. Ara l-Proposta tal-Kummissjoni fid-dawl tal-adozzjoni tad-Direttiva 2018/843 (COM(2016) 450 final, p. 4). Ara wkoll, il-premessa 4 tad-Direttiva 2018/843.


83      Ara f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑25 ta’ April 2013, Jyske Bank Gibraltar (C‑212/11, EU:C:2013:270, punti 62 u 64 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata) u tal‑10 ta’ Marzu 2016, Safe Interenvíos (C‑235/14, EU:C:2016:154, punt 102). Għal dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ara wkoll is-sentenzi u tal‑31 ta’ Mejju 2018, Zheng (C‑190/17, EU:C:2018:357, punt 38).


84      Ara s-sentenza tal‑25 ta’ April 2013, Jyske Bank Gibraltar (C‑212/11, EU:C:2013:270, punt 64) u tal‑10 ta’ Marzu 2016, Safe Interenvíos (C‑235/14, EU:C:2016:154, punt 102).


85      Sentenzi tat‑2 ta’ Ottubru 2018, Ministerio Fiscal (C‑207/16, EU:C:2018:788, punti 56 u 57), tas‑6 ta’ Ottubru 2020, La Quadrature du Net et (C‑511/18, C‑512/18 u C‑520/18, EU:C:2020:791, punt 140) kif ukoll tat‑2 ta’ Marzu 2021, Prokuratuur (Kundizzjonijiet ta’ aċċess għad-data dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi) (C‑746/18, EU:C:2021:152, punt 35). Ara wkoll, l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, punt 149).


86      Ara b’mod partikolari, is-sentenza tat‑8 ta’ April 2014, Digital Rights Ireland et (C‑293/12 u C‑594/12, EU:C:2014:238, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).


87      Barra minn hekk dan joħroġ mill-premessa 4 tad-Direttiva 2018/843 li tistabbilixxi li “l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu ma tistax tkun madankollu effettiva jekk ma jkunx hemm ambjent ostili għal dawk il-kriminali li jkunu qed ifittxu kenn għall-finanzi tagħhom permezz ta’ strutturi mhux trasparenti”.


88      Ara l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, punt 140), kif ukoll is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, La Quadrature du Net et (C‑511/18, C‑512/18 u C‑520/18, EU:C:2020:791, punt 130 u l-ġurisprudenza ċċitata).


89      Ara f’dan is-sens, is-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punti 109 u 110). Ara wkoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Pikamäe fil-kawża, Vyriausioji tarnybinės etikos komisija (C‑184/20, EU:C:2021:991, punt 54).


90      Ara l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, punt 140), kif ukoll is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, La Quadrature du Net et (C‑511/18, C‑512/18 u C‑520/18, EU:C:2020:791, punt 130 u l-ġurisprudenza ċċitata).


91      Ara f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑2 ta’ Ottubru 2018, Ministerio Fiscal, C‑207/16, (EU:C:2018:788, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata), tas‑6 ta’ Ottubru 2020, La Quadrature du Net et (C‑511/18, C‑512/18 u C‑520/18, EU:C:2020:791, punt 131) kif ukoll tat‑2 ta’ Marzu 2021, Prokuratuur (Kundizzjonijiet ta’ aċċess għad-data dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi) (C‑746/18, EU:C:2021:152, punt 32).


92      Ara l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, punt 141) u s-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, La Quadrature du Net et (C‑511/18, C‑512/18 u C‑520/18, EU:C:2020:791, punt 132).


93      Ara b’mod partikolari, f’dan is-sens, is-sentenza tat-8 ta’ April 2014, Digital Rights Ireland et (C‑293/12 u C‑594/12, EU:C:2014:238, punt 57). Dwar ir-rekwiżit li l-kategoriji ta’ data previsti minn miżura ta’ aċċess ikunu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju għall-għan imfittex, ara, fl-aħħar lok, is-sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2021, Prokuratuur (Kundizzjonijiet ta’ aċċess għal data dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi) (C‑746/18, EU:C:2021:152, punt 38).


94      Ara f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Diċembru 2019 Asociaţia de Proprietari bloc M5A-ScaraA (C‑708/18, EU:C:2019:1064, punt 48). Ara wkoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Pikamäe fil-kawża Vyriausioji tarnybinės etikos komisija (C‑184/20, EU:C:2021:991, punt 64).


95      Ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017 (EU:C:2017:592, punt 154).


96      Il-premessa 34 tad-Direttiva 2018/843 tistabbilixxi wkoll li “[f]ir-rigward tal-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li informazzjoni dwar in-nazzjonalità tiġi inkluża fir-reġistru ċentrali b’mod partikolari fir-rigward ta’ sidien benefiċjarji mhux nattivi. Sabiex jiġu ffaċilitati l-proċeduri tar-reġistru u peress li l-maġġoranza l-kbira tas-sidien benefiċjarji se jkunu ċittadini tal-istat li jżomm ir-reġistru ċentrali, l-Istati Membri jistgħu jippreżumu li sid benefiċjarju jkollu l-istess nazzjonalità bħal tagħhom meta ma ssir l-ebda entrata f’sens kuntrarju”.


97      F’dan ir-rigward, nosserva li l-qorti tar-rinviju, fis-subdomanda (c) tat-tielet domanda fil-Kawża C‑601/20, tistaqsi dwar iż-żieda mil-leġiżlazzjoni Lussemburgiża, b’applikazzjoni tal-marġni ta’ manuvra mħolli lill-Istati Membri mit-tielet subparagrafu tal-imsemmi Artikolu 30(5), tad-data ta’ twelid kompluta bil-ġurnata kif ukoll tal-post ta’ twelid tas-sid benefiċjarju. Fl-osservazzjonijiet tagħha, Sovim ikkontestat ukoll in-neċessità taż-żieda ta’ din id-data.


98      Ara n-noti ta’ qiegħ il-paġna numri 22 sa 25 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


99      Ara l-premessi 30 sa 32 tad-Direttiva 2018/843, riprodotti fin-noti ta’ qiegħ il-paġna numri 22 sa 24 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


100      F’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Pikamäe fil-kawża Vyriausioji tarnybinės etikos komisija (C‑184/20, EU:C:2021:991, nota ta’ qiegħ il-paġna 49).


101      Ara f’dan ir-rigward il-punt 48 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


102      Fil-fehma tiegħi, dan l-għan ta’ prevenzjoni ma jistax jintlaħaq esklużivament mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti mill-identifikazzjoni u r-repressjoni tal-attivitajiet kriminali inkwistjoni. Għalhekk, ma naqbilx mar-riferiment f’dan ir-rigward, magħmul mill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni ta’ Data waqt is-seduta, fil-punt 88 tas-sentenza tal‑20 ta’ Mejju 2003, Österreichischer Rundfunk et (C‑465/00, C‑138/01 u C‑139/01, EU:C:2003:294).


103      Dokument SWD(2016) 223 final tal‑5 ta’ Lulju 2016, ara b’mod speċifiku l-paġni 99 sa 104.


104      Dokument COM(2016) 450 final tal‑5 ta’ Lulju 2016.


105      Possibbiltà oħra li ma tidhirx li ġiet ikkunsidrata (jew tal-inqas dan ma jirriżultax mid-dokumenti disponibbli) setgħet tkun li jiġi ddefinit fuq livell tad-dritt tal-Unjoni il-kunċett ta’ interess leġittimu, li kellu jiġġustifika l-aċċess għar-reġistru. Madankollu, apparti d-diffikultajiet sabiex jiġi ddefinit dan il-kunċett u r-riskju dejjem eżistenti li l-awtoritajiet u l-organi responsabbli mir-reġistru jinterpretaw jew japplikaw b’mod diverġenti l-istess kunċett fl-Istati Membri differenti, huwa ċar li kull prova ta’ xi interess fl-aċċess għar-reġistru tikkostitwixxi ostakolu għal dan l-aċċess u tista’ għalhekk tirrendi l-aċċess għall-informazzjoni inqas rapidu u effikaċi.


106      Kif jirriżulta mill-premessa 25 tad-Direttiva 2018/843 “[i]l-ħtieġa għal informazzjoni preċiża u aġġornata dwar is-sid benefiċjarju hija fattur importanti fil-lokalizzazzjoni ta’ kriminali li inkella jistgħu jkunu f’qagħda li jaħbu l-identità tagħhom wara struttura korporattiva”.


107      Ir-riferiment għal din id-dispożizzjoni jirrispondi, fil-fehma tiegħi, għall-argumenti mressqa minn Sovin fl-osservazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-inkompatibbiltà tas-sistema ta’ aċċess pubbliku inkwistjoni mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 14 RGPD, li jirriżultaw mid-dmir ta’ trasparenza skont l-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament.


108      Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna numru 29 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


109      Ara s-sentenzi tad‑29 ta’ Lulju 2019, Pelham et (C‑476/17, EU:C:2019:624, punt 79), tad‑29 ta’ Lulju 2019, Spiegel Online (C‑516/17, EU:C:2019:625, punt 20) u s-sentenza tal‑15 ta’ April 2021, Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie) et (C‑798/18 u C‑799/18, EU:C:2021:280, punt 31).


110      Ara, għal dak li jirrigwarda l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), is-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Spiegel Online (C‑516/17, EU:C:2019:625, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).


111      Ara s-sentenzi tad‑29 ta’ Lulju 2019, Spiegel Online (C‑516/17, EU:C:2019:625, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tas‑27 ta’ Marzu 2014, UPC Telekabel Wien (C‑314/12, EU:C:2014:192, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).


112      L-istess kwistjoni hija prevista wkoll, fir-rigward tal-Artikolu 25(5) tar-RGPD, fil-kuntest ta’ dan it-tielet inċiż tas-subdomanda (e) tat-tielet domanda.


113      Fis-subdomanda (b) tat-tielet domanda tagħha fil-Kawża C‑601/20, il-qorti tar-rinviju tenfasizza wkoll li l-pubbliku ġenerali ma huwiex l-organu responsabbli milli jinforza l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Dwar dan il-punt, nirreferi għall-kunsiderazzjonijiet li għamilt fil-punt 169 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


114      Ara b’mod partikolari, is-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikax Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 96 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/15, EU:C:2017:197, punt 41).


115      F’dan ir-rigward, ara l-punt 44 tal-konklużjoniijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża SS (Ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet fiskali) (C‑175/20, EU:C:2021:690), li jirreferi għas-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Fashion ID (C‑40/17, EU:C:2019:629, speċifikament il-punti 72 sa 74).


116      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża SS (Ipproċessar ta’ data personali għal skopijiet ta’ taxxa) (C‑175/20, EU:C:2021:690, punt 44), li jirreferu għas-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Fashion ID (C 40/17, EU:C:2019:629, speċifikament il-punti 72 sa 74). F’dan ir-rigward, ara wkoll, is-sentenza tal‑10 ta’ Lulju 2018, Jehovan todistajat (C‑25/17, EU:C:2018:551, punt 65).


117      Ara f’dan is-sens u b’analoġija, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża SS (Ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet fiskali) (C‑175/20, EU:C:2021:690, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata).


118      Ara, f’dan is-sens u b’analoġija, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża SS (Ipproċessar ta’ data personali għal skopijiet ta’ taxxa) (C‑175/20, EU:C:2021:690, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata).


119      Sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Fashion ID (C‑40/17, EU:C:2019:629, speċifikament il-punti 72 sa 74. Ara wkoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża SS (Ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet fiskali) (C‑175/20, EU:C:2021:690, punt 44).


120      Fil-fehma tiegħi, din ir-risposta tirrendi inutli li tingħata risposta għall-ewwel inċiż tas-subdomanda (e) tat-tielet domanda magħmula fil-Kawża C‑601/20.


121      F’dan ir-rigward, nirrileva li fl-osservazzjonijiet tagħha, Sovim iddikjarat li eżempji reċenti ta’ artikli ppubblikati fuq l-istampa wrew l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ sigurtà marbuta mal-assenza ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa stabbiliti mil-LBR. Dawn in-nuqqasijiet ippermettew ipproċessar mhux awtorizzat tad-data kontenuta fir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja fil-Lussemburgu. B’mod partikolari, id-database tar-reġistru kienet l-oġġett ta’ estrazzjoni li ppermettiet tfittxijiet f’din id-database mhux biss abbażi tal-isem tal-kumpannija, iżda abbażi tal-isem tal-persuni tas-sjieda benefiċjarja.


122      Ara f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/15, EU:C:2017:197, punt 58).


123      Ara f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/15, EU:C:2017:197, punt 59).


124      Fl-osservazzjonijiet tagħha, Sovim enfasizzat din iċ-ċirkustanzi billi rreferiet, b’analoġija, għas-sentenza tat‑8 ta’ April 2014, Digital Rigts Ireland et (C‑293/12 u C‑594/12, EU:C:2014:238, ara b’mod speċifiku, il-punt 58).


125      Ara l-premessa 36 tad-Direttiva 2018/843, riprodotta fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


126      Dan l-element jagħmel dan il-każ sostanzjalment differenti mis-sitwazzjoni analizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat‑8 ta’ April 2014, Digital Rights Ireland et (C‑293/12 u C‑594/12, EU:C:2014:238).


127      Ara f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/15, EU:C:2017:197, punt 59).


128      Dan l-element jagħmel dan il-każ sostanzjalment distinta mis-sitwazzjoni analizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat‑8 ta’ April 2014, Digital Rights Ireland et (C‑293/12 u C‑594/12, EU:C:2014:238).


129      Ara s-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019 Spiegel Online (C‑516/17, EU:C:2019:625, punt 59).


130      Ara s-sentenzi tad‑29 ta’ Lulju 2019, Spiegel Online (C‑516/17, EU:C:2019:625, punt 53), u tas‑17 ta’ Jannar 2013, Il‑Kummissjoni vs Spanja (C‑360/11, EU:C:2013:17, punt 18 u l-ġurisprudenza ċċitata).


131      Dwar il-kriterju ta’ “sproporzjon”, ara wkoll ta’ dawn il-konklużjonijiet, ir-risposta għat-tielet domanda magħmula fil-Kawża C‑37/20.


132      Għalhekk, f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi, fosthom il-verżjonijiet fil-lingwa Franċiża, Spanjola u Ingliża, it-test emendat tal-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2015/849 jipprevedi s-sitwazzjoni li fiha l-aċċess għall-informazzjoni jesponi lis-sid benefiċjarju “à un risque disproportionné, à un risque de fraude, d’enlèvement, de chantage, d’extorsion, de harcèlement, de violence ou d’intimidation”, filwaqt li l-premessa 36 tad-Direttiva 2018/843 tipprevedi s-sitwazzjoni li fiha dan l-aċċess jesponi lis-sid benefiċjarju għal “à un risque disproportionné de fraude, d’enlèvement, de chantage, d’extorsion de fonds, de harcèlement, de violence ou d’intimidation”. F’dawn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti, il-formulazzjoni tad-dispożizzjoni tagħti l-idea li r-“riskju sproporzjonat” jikkostitwixxi każ ta’ riskju awtonomu meta mqabbel mas-seba’ tipi ta’ riskji oħra elenkati, filwaqt li, mill-banda l-oħra, mit-test ta’ din il-premessa donnu jirriżulta li r-rekwiżit tal-isproporzjon jikkostitwixxi pjuttost kundizzjoni sabiex l-espożizzjoni għal dawn is-seba’ tipi ta’ riskji tkun tista’ tiġġustifika deroga mill-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja (fl-osservazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni tiddikjara li l-verżjonijiet fil-lingwa Ċeka, Daniża, Kroata, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena u Svediża donnhom jappartjenu wkoll għal dan il-grupp ta’ verżjonijiet lingwistiċi). F’verżjonijiet lingwistiċi oħra fosthom dawk tal-lingwa Ġermaniża u Taljana, ma hemmx din id-diverġenza (fl-osservazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni tiddikjara li l-verżjonijiet fil-lingwa Griega, Ungeriża, Slovakka u Slovena jappartjenu wkoll għal dan il-grupp ta’ verżjonijiet lingwistiċi).


133      Ara b’mod partikolari, is-sentenza tat‑23 ta’ Jannar 2020, Bundesagentur für arbeit (C‑29/19, EU:C:2020:36, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata).


134      Dwar ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-prova, ara wkoll ta’ dawn il-konklużjonijiet, ir-risposta għas-subdomanda (a) tat-tieni domanda magħmula fil-Kawża C‑601/20.


135      Ara b’analoġija, is-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/15, EU:C:2017:197, punt 59).


136      Ara f’dan is-sens, b’analoġija, is-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/15, EU:C:2017:197, punt 60).