Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší správny súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fit-13 ta’ Ġunju 2023 – Mesto Rimavská Sobota vs Ministerstvo pôdohospodárstva a rozvoja vidieka Slovenskej republiky

(Kawża C-370/23, Mesto Rimavská Sobota)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší správny súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mesto Rimavská Sobota

Konvenut: Ministerstvo pôdohospodárstva a rozvoja vidieka Slovenskej republiky

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(b) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tqegħid fis-suq ta’ injam jinkludi wkoll il-bejgħ bi ħlas ta’ injam mhux irfinat jew ta’ ħatab fis-sens tal-anness tal-imsemmi regolament, jekk il-ħsad tal-injam li jsir permezz ta’ kuntratt isir mix-xerrej abbażi tal-istruzzjonijiet tal-bejjiegħ u taħt is-superviżjoni ta’ dan tal-aħħar ?

____________

1     ĠU 2010, L 295, p. 23.