Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 – CQ vs Il-Parlament

(Kawża F-12/13) 1

(Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Interpreti tal-konferenzi li huma membri tal-persunal (AIC) – Artikolu 90 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Fastidju psikoloġiku – Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal – Regoli interni rigward il-kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol – Kunfidenzjalità tax-xogħol tal-imsemmi kumitat – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CQ (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u E. Taneva, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-ilment ta’ fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.CQ għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.