Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013 - Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawżi magħquda T-346/11 u T-347/11) 

("Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni li titneħħa l-immunità - Attività mingħajr rabta mal-kariga ta' deputat - Proċedura ta' tneħħija tal-immunità - Deċiżjoni li l-privileġġi u l-immunitajiet ma jiġux difiżi - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bruno Gollnisch (Limonest, Franza) (rappreżentant: G. Dubois, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos, D. Moore u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament ta' deċiżjoni li l-immunità tar-rikorrent titneħħa, adottata mill-Parlament fl-10 ta' Mejju 2011, kif ukoll talba għal kumpens għad-danni subiti minnu f'din l-okkażjoni u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament ta' deċiżjoni li l-immunità tar-rikorrent ma tiġix difiża, adottata mill-Parlament fl-10 ta' Mejju 2011, kif ukoll talba għal kumpens għad-danni subiti minnu f'din l-okkażjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors għal annullament u r-rikors għad-danni fil-Kawża T-346/11 huma miċħuda.

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors għal annullament fil-Kawża T-347/11.

Ir-rikors għad-danni fil-Kawża T-347/11 huwa miċħud.

Bruno Gollnisch huwa kkundannat għall-ispejjjeż, inklużi dawk relattivi għall-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawżi T-346/11 u T-347/11.

____________

1 - ĠU C 252, 27.08.2011.