Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fid-29 ta’ Jannar 2016 – “SEGRO” Kft. vs Vas Megyei Kormányhivatal Sárvári Járási Földhivatala

(Kawża C-52/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: “SEGRO” Kft.

Konvenut: Vas Megyei Kormányhivatal Sárvári Járási Földhivatala

Domandi preliminari

L-Artikoli 49 u 63 TFUE u l-Artikoli 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprevedi – mingħajr ma tikkunsidra kriterji oħra – obbligu li jitħassru d-drittijiet ta’ użufrutt u d-drittijiet ta’ użu gravanti fuq art agrikola li jkunu ġew irreġistrati favur operaturi ekonomiċi u persuni fiżiċi li ma humiex membri tal-familja fil-qrib tal-proprjetarji tal-art agrikola, u dan mingħajr ma kontemporanjament tipprevedi kumpens pekunjarju għad-detenturi tad-drittijiet ta’ użufrutt u ta’ użu mitlufa, liema kumpens, anki jekk huwa marbut ma’ kuntratt validu, ma jistax jiġi mitlub fil-kuntest ta’ ftehim għas-saldu bejn il-partijiet tal-imsemmija kuntratt?

L-Artikoli 49 u 63 TFUE u l-Artikoli 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprevedi – mingħajr ma tikkunsidra kriterji oħra – obbligu li jitħassru d-drittijiet ta’ użufrutt u d-drittijiet ta’ użu gravanti fuq art agrikola li jkunu ġew irreġistrati favur operaturi ekonomiċi u persuni fiżiċi li ma humiex membri tal-familja fil-qrib tal-proprjetarji tal-art agrikola, abbażi ta’ kuntratti gravanti fuq tali artijiet agrikoli konklużi qabel it-30 ta’ April 2014, filwaqt li tipprevedi kumpens pekunjarju tad-detenturi ta’ drittijiet ta’ użufrutt u ta’ użu mitlufa, liema kumpens, anki jekk marbut ma’ kuntratt validu, ma jistax jiġi mitlub fil-kuntest ta’ ftehim għas-saldu bejn il-partijiet tal-imsemmija kuntratt?

____________