Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ottubru 2009 - Cybergun vs UASI - Umarex Sportwaffen (AK 47)

(Kawża T-419/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cybergun (Bondoufle, Franza) (rappreżentant: S. Guyot, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Umarex Sportwaffen GmbH & Co. KG (Arnsberg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Awwissu 2009 sa fejn din iddikjarat bħala invalida t-trade mark AK 47 minħabba l-karattru deskrittiv tagħha fuq il-bażi tal-Artikolu 51(1)(a), bażi ġuridika mhux prevista fil-kuntest ta' appell,

tikkundanna, skont l-Artikoli 87(2) u 91 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-UASI għall-ispejjeż li jinkludu l-ispejjeż tar-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedura preżenti, b'mod partikolari l-ispejjeż tat-traduzzjoni tad-dokumenti, l-onorarji tal-avukat tagħha, u, jekk ikun il-każ, tal-akkomodazzjoni u tat-trasport; il-Qorti tal-Prim'Istanza hija mitluba li tistabbilixxi din is-somma għal EUR 20 000.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "AK 47" għal prodotti fil-klassi 28 - trade mark Komunitarja Nru 4 528 378

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Umarex Sportwaffen GmbH & Co. Kommanditgesellschaft

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-kanċellazzjoni annullata u dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja

Motivi invokati:

Il-bażi legali, jiġifieri l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009], li fuqa kien ibbażat l-annullament tat-trade mark minħabba l-karattru deskrittiv tagħha, qatt ma ġiet invokata fin-noti skambjati quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell u barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv tat-trade mark kienet żbaljata.

____________