Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2021 – Gruppe Nymphenburg Consult vs EUIPO (Limbic® Types)

(Kawża T-96/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Limbic® Types – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Deċiżjoni meħuda wara li l-Qorti Ġenerali annullat deċiżjoni preċedenti – Rinviju quddiem il-Bord tal-Appell Estiż – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) – Żball ta’ liġi – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001 – Awtorità ta’ res judicata – Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001 – Kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell Estiż”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gruppe Nymphenburg Consult AG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kunze, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 1276/2017-G), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Limbic® Types bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 1276/2017-G) hija annullata.

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 191, 8.6.2020.