Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Wong (GT RACING)

(Kawża T-463/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GT RACING – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta linji grassi u fil-korsiv, vertikali u orizzontali – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti GT – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) – Trade marks nazzjonali preċedenti mhux irreġistrati – Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001) – Sistema tal-azzjoni tal-common law ta’ abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) – Assenza ta’ preżentazzjoni qarrieqa – Użu fil-kummerċ li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali – Ftehim dwar l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni u tal-Eurato”)

Lingwa tal-kawża: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Wai Leong Wong (Glasgow, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Mejju 2020 (Każ R 1612/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sony Interactive Entertainment Europe u M. Wong.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sony Interactive Entertainment Europe Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

____________

1     ĠU C 313, 21.9.2020.