Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Lulju 2012 - Torrefacção Camelo vs UASI - Pato Hermanos (Dekorazzjoni ta' ippakkjar għall-kafe)

(Kawża T-302/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Torrefacção Camelo Lda (Campo Maior, il-Portugall) (rappreżentant: J. Massaguer Fuentes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lorenzo Pato Hermanos, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkunsidra li dan l-att flimkien mal-kopji tiegħu u mad-dokumenti mehmuża miegħu, ġew ippreżentati, tiddikjarhom ammissibbli, u konsegwentement tikkunsidra li r-rikors intiż kontra d-Deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tas-17 ta' April 2012, fil-Każ R 2378/2010-3 ġie ppreżentat fil-ħin u fil-forma meħtieġa u, wara li tadotta l-miżuri preliminari meħtieġa, tiddeċiedi favur dan ir-rikors billi tannulla d-deċiżjoni kkontestata u billi tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tas-26 ta' Novembru 2010 li annullat id-Disinn Komunitarju Nru 0 0070 6940-0001, u tikkundanna lil Lorenzo Patos Hermanos, SA għall-ispejjeż jekk hija tikkontesta dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : disinn fuq sfond aħmar, fażola tal-kafe bil-kontorni bojod mqassmin b'mod aleatorju fuq l-isfond, u żewġ strixxi orizzontali fuq u isfel ta' kulur isfar u sovrapposti fuq l-isfond aħmar, għal prodotti fil-klassi Locarno Nru 99-00 - Disinn Komunitarju rreġistrat Nru 0 0070 6940-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Lorenzo Pato Hermanos, SA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: ksur tal-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002

____________