Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Mayaleh vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-307/12 u T-408/13) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Funzjonijiet ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja – Rikors għal annullament – Komunikazzjoni ta’ att li għandu miżuri restrittivi – Terminu tar-rikors – Ammissibbiltà – Drittijiet tad-difiża – Smigħ xieraq – Obbligu ta’ motivazzjoni – Oneru tal-prova – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Dritt għall-ħajja privata u tal-familja – Applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet fil-qasam ta’ dħul lil ċittadin ta’ Stat Membru – Moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adib Mayaleh (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: G. Karouni u C. Dumont, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, l-ewwel nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 126, p. 9), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 126, p. 3), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK (ĠU L 330, p. 21), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013 tat-22 ta’ April 2013 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 111, p. 1, rettifika fil-ĠU L 127, p. 27), il-ħames nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill  2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14).DispożittivIr-rikors fil-Kawża T-307/12 huwa miċħud.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors fil-Kawża T-408/13.Adib Mayaleh huwa kkundannat għall-ispejjeż.