Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2011 - Transnational Company "Kazchrome" u ENRC Marketing vs Il-Kunsill

(Kawża T-192/08) 

("Dumping - Importazzjonijiet ta' ferrosilikon li joriġinaw minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, miċ-Ċina, mill-Eġittu, mill-Każakistan u mir-Russja - Rabta kawżali - Interess tal-Komunità - Nuqqas ta' kooperazzjoni - Data disponibbli - Status ta' impriża li topera f'ekonomija tas-suq - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Transnational Company "Kazchrome" AO (Aqtöbe, il-Każakistan); u ENRC Marketing AG (Kloten, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment L. Ruessmann u A. Willems, sussegwentement A. Willems u S. de Knop, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, sussegwentement minn G. Berrisch, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, aġenti); u Euroalliages (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Bourgeois, Y. van Gerven u N. McNelis, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008, tal-25 ta' Frar 2008, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ferrosilikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja (ĠU L 55, p. 6), sa fejn japplika għar-rikorrenti.

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud.

Transnational Company "Kazchrome" AO u ENRC Marketing AG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u ta' Euroalliages.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 197, 02.08.2008.