Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2011 - CHEMK u KF vs Il-Kunsill

(Kawża T-190/08) 

("Dumping - Importazzjonijiet ta' ferrosilikon li joriġinaw minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, miċ-Ċina, mill-Eġittu, mill-Każakistan u mir-Russja - Determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni - Marġni ta' profitt - Impenn fir-rigward tal-prezz - Ħsara - Rabta kawżali - Ilment - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) (Chelyabinsk, ir-Russja); u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) (Novokuznetsk, ir-Russja) (rappreżentant: P. Vander Schueren, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, sussegwentement minn G. Berrisch, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, sussegwentement H. van Vliet u M. França, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008, tal-25 ta' Frar 2008, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ferrosilikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja (ĠU L 55, p. 6), sa fejn dan ir-regolament jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 197, 02.08.2008.