Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Mejju 2008 - infeurope vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-188/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: infeurope SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li l-Kummissjoni ma annullatx id-deċiżjoni ta' għoti kuntratti ta' qafas ta' l-UASI taħt il-proċedura ta' sejħa għal offerti AO/026/06 għal kuntratt ta' servizzi ta' konsulenza, awditjar u studji;

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea ma tterminatx il-kuntratti speċifiċi konklużi taħt l-imsemmija kuntratti ta' qafas ;

tordna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 35 950 kif ukoll interessi bir-rata ta' 4 % fuq l-ammont ta' EUR 33 050 mid-19 ta' Diċembru 2006, interessi bir-rata ta' 4 % fuq l-ammont ta' EUR 2 900 mill-14 ta' Diċembru 2007 ; u rispettivament interessi bir-rata ta' 8 % fuq is-somma ta' EUR 35 950 mid-data tas-sentenza;

tordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 646 631,27 flimkien ma' interessi bir-rata ta' 4 % fuq din is-somma mill-14 ta' Mejju 2008, u rispettivament interessi bir-rata ta' 8 % fuq l-imsemmija somma mid-data tas-sentenza ;

tordna lill-Kummissjoni tipproduċi ċerti dokumenti relatati mal-proċedura ta' evalwazzjoni ta' l-offerti ;

tikkundanna il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li l-Kummissjoni ma annullatx id-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASi) li jagħti diversi kuntratti ta' qafas taħt il-proċedura ta' sejħa għal offerti AO/026/06 ta' l-UASI dwar "E-Alicante: servizzi ta' konsulenza, awditjar u studji" 1 u li ma tterminatx il-kuntratti speċifiċi korrispondenti konklużi taħt l-imsemmija kuntratti ta' qafas.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali mqajma mir-rikorrenti huma idenitiċi għal dawk li ġew imqajma fil-kawża T-176/08 infeurope vs Il-Kummissjoni.

____________

1 - Suppliment għall-ĠU 2006 210-223510