Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Mejju 2008 - JOOP! vs L-UASI (rappreżentazzjoni ta' esklamazzjoni)

(Kawża T-191/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: JOOP! GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Schmidt-Hollburg, W. Möllering, A. Löhde, H. Leo, A. Witte, T. Frank, A. Theil, H.-P. Rühland, B. Willers u T. Rein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern mogħtija fis-6 ta' Marzu 2008 fil-każ R 1822/2007-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : trade mark figurattiva, li tirrappreżenta punt ta' esklamazzjoni, għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 (applikazzjoni Nru 5 332 176)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: rifjut ta' l-applikazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1, inkwantu t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha karattru distintiv u m'għandhiex tinżamm għad-dispożizzjoni libera ta' kulħadd.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE), ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja.