Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2009 - Infeurope vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-188/08)1

("Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti dwar il-provvista ta' servizzi ta' konsulenza, awditjar u studji - Appell amministrattiv quddiem il-Kummissjoni - Deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tal-Kummissjoni - Talbiet ġodda - Rabta bejn rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u rikors għad-danni - Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: infeurope (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, prinċipalment, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset milli tieħu azzjoni sa fejn hija astjeniet illegalment milli tannulla d-deċiżjoni ta' għoti tal-kuntratti qafas wara l-proċedura ta' sejħa għal offerti AO/026/06 tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għall-provvista ta' servizzi ta' konsulenza, awditjar u studji kif ukoll li ttemm il-ftehim speċifiku konkluż wara dawn il-kuntratti qafas u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-appell amministrattiv tar-rikorrenti tat-13 ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-imsemmija sejħa għal offerti u, it-tieni nett, talba intiża għall-kumpens tad-dannu allegatament subit minħabba l-allegati nuqqasijiet illegali tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Infeurope hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 171, 5.7.2008.