Language of document : ECLI:EU:T:2009:154





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2009 – CHEMK u KF vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-190/08)

“Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Inammissibbiltà parzjali – Intervent”

1.                     Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att li għandu jiġi nnotifikat – Kalkolu – Skadenza tat-terminu – Inammissibbiltà (il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 101(1) u 102(2)) (ara l-punti 19-23)

2.                     Proċedura – Intervent – Parti li ma tistax titqies bħala waħda mill-konvenuti minħabba l-preżentata tardiva tar-rikors għal annullament dirett kontriha – Ammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 115 u 116) (ara l-punti 24-26)

Suġġett

Talba għall-annulament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ferro-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja (ĠU L 55, p.6) u, sussidjarjament, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2008, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti intiża għas-sospensjoni tad-dazji antidumping.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Frar 2008, li tiċħad it-talba ta’ Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) intiża għas-sospensjoni tad-dazji antidumping.

2)

Il-Kummissjoni hija ammessa tintervjeni fil-Kawża T‑190/08 insostenn tat-talbiet tal-Kunsill.

3)

Ir-Reġistratur għandu jibgħat lill-Kummissjoni kopja tal-atti ta’ proċedura kollha nnotifikati lill-partijiet.

4)

Għandu jiġi ffissat terminu sabiex il-Kummissjoni tippreżenta nota ta’ intervent.

5)

Id-deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u għal miżuri istruttorji hija rriżervata.

6)

CHEMK u KF huma kkundannati għall-ispejjeż li jikkonċernaw l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà. Il-kumplament tal-ispejjeż huma rriżervati.