Language of document : ECLI:EU:T:2009:376





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009 – JOOP! vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ punt esklamattiv f’rettangolu)

(Kawża T-191/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta punt esklamattiv f’rettangolu – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (3)) (ara l-punti 25-30, 42-47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Marzu 2008 (Każ R 1822/2007‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

JOOP! GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva li tirrappreżenta punt esklamattiv f’rettangolu, għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 – Applikazzjoni Nru 5332176

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JOOP! Gmbh hija kkundannata għall-ispejjeż.