Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – Zaklady Farmaceutyczne Polpharma vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-228/23) 1

(“Rikors għal annullament – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Dimethyl fumarate Polpharma - dimethyl fumarate – Ittra tal-Kummissjoni li tiġbed il-konsegwenzi ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Att li ma jistax jiġi appellat – Inammissibbiltà – Atti ipotetiċi – Inammissibbiltà manifesta”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Zaklady Farmaceutyczne Polpharma S.A. (Starogard Gdański, il-Polonja) (rappreżentanti: K. Roox, T. De Meese, J. Stuyck, M. Van Nieuwenborgh u C. Dumont, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Valero u E. Mathieu, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni fl-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Marzu 2023, bir-referenza SANTE.DDG1.B.5/AL/mmc (2023) 2915860, dwar l-interpretazzjoni u l-konsegwenzi tas-sentenza tas-16 ta’ Marzu 2023, Il-Kummissjoni et vs Pharmaceutical Works Polpharma (C-438/21 P sa C-440/21 P, EU:C:2023:213).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa intiż kontra d-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Marzu 2023, bir-referenza SANTE.DDG1.B.5/AL/mmc (2023) 2915860, dwar l-interpretazzjoni u l-konsegwenzi tas-sentenza tas-16 ta’ Marzu 2023, Il-Kummissjoni et vs Pharmaceutical Works Polpharma (C-438/21 P sa C-440/21 P, EU:C:2023:213).

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli sa fejn huwa intiż kontra kull deċiżjoni ulterjuri għad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Marzu 2023, bir-referenza SANTE.DDG1.B.5/AL/mmc (2023) 2915860, dwar l-interpretazzjoni u l-konsegwenzi tas-sentenza tas-16 ta’ Marzu 2023, Il-Kummissjoni et vs Pharmaceutical Works Polpharma (C-438/21 P sa C-440/21 P, EU:C:2023:213), sa fejn tipperpetwa u/jew tissostitwixxi din id-deċiżjoni, inkluż kull miżura leġiżlattiva ta’ segwitu, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.

Zaklady Farmaceutyczne Polpharma S.A. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 235, 3.7.2023.