Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2024 – Thomas Henry vs EUIPO – Shanghai Chengzhi Enterprise Service Center (MATE MATE)

(Kawża T-505/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MATE MATE – Kawża ta’ nullità assoluta – Natura deskrittiva – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Henry GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, D. Mienert, J. Si-Ha Selbmann u K. Uzman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Shanghai Chengzhi Enterprise Service Center (Shanghai, iċ-Ċina)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Ġunju 2023 (Każ R 2364/2022-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C, C/2023/33, 9.10.2023.