Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2024 – Purwana vs EUIPO - (EAST INDIES GIN)

(Kawża T-73/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Victor Waskito Purwana (Petojo utara, l-Indoneżja) (rappreżentant: N. Scholz-Recht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva EAST INDIES GIN li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 709 139 li tindika l-Unjoni.

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 1927/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 7(1)(c) u 7(2), kif ukoll tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(g) kif ukoll tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________