Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Arcelormittal Spain Holding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Arcelormittal Spain Holding, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Ottubru 2014 irreġistrata bin-Nru C (2014) 7280, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.355550 (13/C) (ex 12/CP) implementata minn Spanja;

sussidjarjament tannulla l-Artikolu 4(2) tal-imsemmija deċiżjoni għall-motivi esposti, utikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.Motivi u argumenti prinċipaliId-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander y Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15 Ferrovial, SA et vs Il-Kummissjoni.Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk diġà invokati fl-imsemmija kawżi.

____________