Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 25 ta’ Novembru 2014 – Simba Toys vs UASI – Seven Towns (Forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja)

(Kawża T-450/09)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja tridimensjonali – Kuba b’uċuħ li jkollhom struttura ta’ gradilja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ sinjal kompost esklużivament mill-forma ta’ prodott neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku – Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009] – Assenza ta’ sinjal kompost esklużivament mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott – Artikolu 7(1)(e)(i) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(e)(i) tar-Regolament Nru 207/2009] – Assenza ta’ sinjal kompost esklużivament mill-forma li tagħti valur sostanzjali lill-prodott – Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 207/2009] – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009) – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009) – Karattru distintiv miksub bl-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009) – Obbligu ta’ motivazzjoni –L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijietRikorrenti: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Ruhl, avukat)Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seven Towns Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment M. Edenborough, QC, u B. Cookson, solicitor, sussegwentement K. Szamosi u M. Borbás, avukati)SuġġettRikors ippreżentat mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Settemb

ru 2009 (Każ R 1526/2008-2)

, dwar pro

ċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Simba Toys GmbH & Co. KG u Seven Towns Ltd

.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Simba Toys GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

____________

1     ĠU C 11, 16.1.20