Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Ġunju 2012 - EI du Pont de Nemours vs UASI - Zueco Ruiz (ZYTEL)

(Kawża T-288/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EI du Pont de Nemours and Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Enrique Zueco Ruiz (Zaragoza, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta' Marzu 2012, fil-Każ R 464/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "ZYTEL" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12 u 37

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 369314, tat-trade mark verbali "ZYTEL", għal prodotti fil-klassijiet 1 u 17; trade mark li għandha reputazzjoni "ZYTEL", għal prodotti fil-klassijiet 1 u 17

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

____________