Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2013 – Cartoon Network vs UASI – Boomerang TV (BOOMERANG)

(Kawża T-285/12)1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BOOMERANG – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Boomerang TV – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta' konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Cartoon Network, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: I. Starr, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Boomerang TV, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ April 2012 (Każ R 699/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Boomerang TV, SA u The Cartoon Network, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

The Cartoon Network, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 273, 8.9.2012