Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 – FIS’D vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-283/12) 1

(“Programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus – Ftehim qafas ta’ partenarjat – Ftehim speċifiku ta’ sussidju – Deċiżjoni tal-EACEA li tirrexxindi l-ftehim qafas u li temenda l-ftehim speċifiku – Azzjoni amministrattiva quddiem il-Kummissjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-azzjoni amministrattiva bħala infondata – Ksur tal-ftehimiet u tal-manwal amministrattiv u finanzjarju”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: FIS’D – Formazione integrata superiore del design (Catanzaro, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Bariatti u A. Sodano, sussegwentement F. Sutti u A. Boso Caretta, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Van Hoof, sussegwentement C. Cattabriga u D. Roussanov u finalment C. Cattabriga, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentanti: H. Monet, aġent, assistit minn M. Merola u C. Santacroce, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ April 2012 [referenza Ares (2012) 446225], li tiċħad l-azzjoni amministrattiva mressqa kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), tat-13 ta’ Jannar 2012, li permezz tagħha din tal-aħħar irrexxindiet qabel iż-żmien il-ftehim qafas ta’ partenarjat 2011/0181 li kienet ikkonkludiet mal-Università degli Studi Mediterranea di Reggio Calabria (Università tal-Istudji Mediterranji ta’ Reggio Calabria, l-Italja) u emendat il-ftehim speċifiku ta’ sussidju li kienet ikkonkludiet ma’ din l-università.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.FIS’D – Formazione integrata superiore del design għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.