Language of document : ECLI:EU:T:2014:933





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 —
FIS’D vs Il‑Kummissjoni


(Kawża T‑283/12)

“Programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus — Ftehim qafas ta’ partenarjat — Ftehim speċifiku ta’ sussidju — Deċiżjoni tal-EACEA li tirrexxindi l-ftehim qafas u li temenda l-ftehim speċifiku — Azzjoni amministrattiva quddiem il-Kummissjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-azzjoni amministrattiva bħala infondata — Ksur tal-ftehimiet u tal-manwal amministrattiv u finanzjarju”

Rikors għal annullament — Motivi — Programm ta’ azzjoni għat-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla u għall-promozzjoni tal-komprensjoni interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) — Ftehim qafas ta’ partenarjat u ftehim speċifiku ta’ sussidju — Adozzjoni ta’ deċiżjoni, mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), dwar ir-rexissjoni tal-ftehim qafas u dwar l-emenda tal-ftehim speċifiku — Użu ħażin ta’ poter — Assenza (Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1298/2008) (ara l-punt 113)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ April 2012 [referenza Ares (2012) 446225], li tiċħad l-azzjoni amministrattiva mressqa kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), tat-13 ta’ Jannar 2012, li permezz tagħha din tal-aħħar irrexxindiet qabel iż-żmien il-ftehim qafas ta’ partenarjat 2011/0181 li kienet ikkonkludiet mal-Università degli Studi Mediterranea di Reggio Calabria (Università tal-Istudji Mediterranji ta’ Reggio Calabria, l-Italja) u emendat il-ftehim speċifiku ta’ sussidju li kienet ikkonkludiet ma’ din l-università.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FIS’D — Formazione integrata superiore del design għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.