Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2013 – M.E.M. vs UASI (MONACO)

(Kawża T-197/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: MARQUES DE L’ÉTAT DE MONACO (M.E.M.) (Monako, Monako) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Jannar 2013, fil-Każ R 113/2012-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l-Unjoni Ewropea bit-trade mark verbali “MONACO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 14, 16, 18, 25, 28, 35, 38, 39, 41 u 43 – Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l-Unjoni Ewropea Nru 1 069 254

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 5, 7(1)(b) u (c), u 7(2) tar-Regolament Nru 2007/2009It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt fl-interpretazzjoni tal-karattru distintivIt-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjon tal-karattru distintivIr-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, jew fuq motivazzjoni insuffiċjenti, jew fuq kontraddizzjoni tal-motivi fir-rifjut ta’ reġistrazzjoni għall-prodotti fil-klassi 9 Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, kif ukoll tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem minħabba motivazzjoni insuffiċjenti