Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2013 – Rubinum vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/13 R)

“Miżuri provviżorji – Awtorizzazzjoni tal-additivi fl-ikel għall-annimali – Regolament dwar is-sospensjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rubinum SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: C. Bittner u P.-C. Scheel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi, G. von Rintelen u B. Schima, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2013, tal-25 ta’ Marzu 2013, dwar is-sospensjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) kif previst mir-Regolamenti (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005, (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 166/2008 u (KE) Nru 378/2009 (ĠU L 86, p. 15).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

Id-digriet tal-15 ta’ April 2013, Rubinum vs Il-Kummissjoni (T-201/13 R) huwa kkanċellat.

L-ispejjeż huma rriżervati.