Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2014 – De Luca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-200/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad – Ħatra f’pożizzjoni ta’ grupp ta’ funzjonijiet ogħla wara kompetizzjoni ġenerali – Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza wara rinviju lill-Qorti Ġenerali – Dħul fis-seħħ tal-Istatut il-ġdid – Dispożizzjonijiet tranżitorji – Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tal-Istatut”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Patrizia De Luca (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi u J. N.  Louis, avukati, sussegwentement S. Orlandi)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent) u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti : M. Bauer u A. Bisch, aġenti)SuġġettAppell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2013, De Luca vs Il-Kummissjoni (F-20/06 RENV, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivL-appell huwa miċħud.Patrizia De Luca u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom fiż-żewġ proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u fiż-żewġ proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu fiż-żewġ proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u fiż-żewġ proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.