Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Ġunju 2010 - Z vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-173/09) 1

"Aċċess għad-dokumenti - Inammissibbiltà - Ordni"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Z (Hannoversch Münden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grau u N. Jäger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, V. Bottka u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Tordna lill-Kummissjoni, l-ewwel nett, sabiex tindika lir-rikorrent, billi tagħtih aċċess għall-fajl tal-proċedura fil-Każ COMP/39.406 (pajpijiet tal-baħar) u b'mod partikolari tqiegħdlu għad-dispożizzjoni tiegħu kopja tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta' Jannar 2009, li timponi multa, jekk ismu jissemma speċifikament f'din id-deċiżjoni u, f'dan il-każ, tindika l-kuntest li fih ismu jissemma, it-tieni nett, telimina, b'mod li għad irid jiġi ppreċiżat wara l-għoti tal-aċċess għall-fajl, kull fejn jissemma ismu fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta' Jannar 2009 u, fit-tielet nett, ma tiċċitahx speċifikament u ma tagħmel ebda referenza għal ismu fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tat-28 ta' Jannar 2009.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Z huwa kkundannat għall-ispejjeż, inkluż dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 167, 18.07.2009