Language of document : ECLI:EU:T:2015:469





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2015 —
L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑44/11)

“FAEGG — Taqsima Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Għajnuna għall-produzzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat — Irregolaritajiet jew negliġenza attribwibbli lill-awtoritajiet amministrattivi jew organi tal-Istati Membri — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Terminu raġonevoli”

1.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4) u 8(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, kif emendat mir-Regolament Nru 2245/1999, Artikolu 8) (ara l-punti 25-29, 158)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 78-80)

3.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG, il-FAEG u l-FAEŻR — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Evalwazzjoni tat-telf subit mill-Fond — Infiq irregolari li ma jistax jiġi ddeterminat bi preċiżjoni suffiċjenti — Evalwazzjoni bbażata fuq korrezzjonijiet b’rata fissa — Ammissibbiltà — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Artikolu 5(4) TUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/1995) (ara l-punti 85-89, 94)

4.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Prinċipji — Obbligu ta’ diliġenza tal-Istati Membri fl-irkupru tal-ammonti mħallsa irregolarment — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq it-tul tal-proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali mill-operaturi ekonomiċi — Inammissibbiltà — Applikazzjoni effikaċi mill-Istat Membru tad-dritt nazzjonali fil-qasam tal-irkupru — Ċirkustanza li ma tistabbilixxix id-diliġenza (Artikolu 4(3) TUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 8, Nru 1258/1999, Artikolu 8, u Nru 1290/2005, Artikolu 9(1), u 32(8)) (ara l-punti 130-132, 142-145)

5.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Obbligi tal-Istati Membri — Adozzjoni ta’ miżuri tali li jiżguraw ir-regolarità tal-infiq — Portata (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikoli 2, 3 u 8(1), Nru 1258/1999, Artikoli 2, 3 u 8(1), u Nru 1290/2005, Artikoli 3 u 9(1)) (ara l-punti 139-141)

6.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implementata minn Stat Membru — Possibbiltà, għall-Kummissjoni, li tirrifjuta t-teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż kollha — Applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa — Ammissibbiltà — Kundizzjoni — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4), u Nru 1290/2005, Artikoli 31 u 32(8)) (ara l-punti 162, 163)

7.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implementata minn Stat Membru — Korrezzjoni b’rata fissa ta’ 50 % tal-infiq — Ammont li jinkludi somom marbuta ma’ irregolaritajiet li diġà kienu s-suġġett ta’ korrezzjoni finanzjarja, iżda li ma kinux għadhom totalment irkuprati — Ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem — Assenza (Regolamenti tal-Kunsill Nru 595/91, Artikolu 3, Nru 1258/1999, Artikolu 8(2), u Nru 1290/2005, Artikolu 32(5); Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/327) (ara l-punti 169, 171, 172)

8.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Proċedura — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ksur — Konsegwenzi — Nuqqas ta’ wiri ta’ ksur tad-dritt għal smigħ — Assenza ta’ effett tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu raġonevoli fuq il-validità tal-proċedura (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, premessa 5, u Artikolu 7(4), u Nru 1290/2005, premessa 6 u Artikolu 31(3)) (ara l-punti 182-184, 188, 189, 191)

9.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet — Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni (ara l-punt 193)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 288, p. 24), sa fejn teskludi ċertu nfiq li sar mir-Repubblika Taljana.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huma miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.