Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Technion u Technion Research & Development Foundation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-480/11) 1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti meħuda inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ awditu finanzjarju fuq l-eżekuzzjoni ta’ ċerti kuntratti ta’ riċerka konklużi fil-kuntest tas-sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp tekonoloġiku u ta’ dimostrazzjoni – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ attivitajiet ta’ ispezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali – Interess pubbliku ikbar”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Technion – Israel Institute of Technology (Haïfa, Iżrael); u Technion Research & Development Foundation Ltd (Haïfa) (rappreżentanti: inizjalment D. Grisay u D. Piccininno, sussegwentement D. Grisay u C. Hartman, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Costa de Oliveira u C. ten Dam, sussegwentement F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2011 li tirrifjuta lil Technion – Israel Institute of Technology l-aċċess għal dokumenti meħuda inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ awditu finanzjarju fuq l-eżekuzzjoni ta’ ċerti kuntratti ta’ riċerka konklużi fil-kuntest tas-sitt programm kwadru tal-Komunità Ewropea dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp tekonoloġiku u ta’ dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni ta’ spazju Ewropew tar-riċerka u tal-innovazzjoni

(2002-2

006)DispożittivIr-reikors huwa miċħud.Technion – Israel Institute of Technology u Technion Research & Development Foundation Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.