Language of document : ECLI:EU:T:2011:454





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 – Ergo Versicherungsgruppe vs UASI – DeguDent (ERGO)

(Kawża T-382/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ERGO – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti CERGO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar l-appell kollu – Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell – Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 61, 62, 66)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 44/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DeguDent GmbH u Ergo Versicherungsgruppe AG.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 44/2008‑4), hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell naqas milli jiddeċiedi dwar l-appell li ġie ppreżentat quddiemu fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 5.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ergo Versicherungsgruppe AG, DeguDent GmbH u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.