Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Diċembru 2010 - Bianchin vs UASI - Grotto (GASOLINE)

(Kawża T-380/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċeduri għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komuitarja verbali GASOLINE - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti GAS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luciano Bianchin (Asolo, l-Italja) (rappreżentanti: G. Massa u P. Massa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grotto SpA (Chiuppano, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta' Lulju 2009 (Każ R 1455/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Grotto SpA u Luciano Bianchin.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Luciano Bianchi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009.