Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Mejju 2011 - Région Nord-Pas-de-Calais u Communauté d'agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-267/08 u T-279/08) 1

"Għajnuna mill-Istat - Manifattura ta' materjal tal-ferroviji - Ħlasijiet bil-quddiem rimborsabbli - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Aġġustament tat-talbiet - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta' motivazzjoni - Riżorsi tal-Istat - Imputabbiltà lill-Istat - Kriterju tal-investitur privat - Impriża fid-diffikultà"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Région Nord-Pas-de-Calais (Franza) (rappreżentanti: M. Cliquennois u F. Cavedon, avukati) (Kawża T-267/08); u Communauté d'agglomération du Douaisis (Franza) (rappreżentanti: M.Y. Benjamin u D. Rombi, avukati) (Kawża T-279/08)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1 089 finali, tat-2 ta' April 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/2007 (ex NN 45/2007) implimentata minn Franza favur Arbel Fauvet Rail SA, sussegwentement, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4112 finali, tat-23 ta' Ġunju 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/2007 (ex NN 45/2007) implementata minn Franza favur Arbel Fauvet Rail.

Dispożittiv

1)    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 1 089 finali, tat-2 ta' April 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/2007 (ex NN 45/2007) implimentata minn Franza favur Arbel Fauvet Rail SA.

2)    Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż, minbarra dawk sostnuti mir-région Nord-Pas-de-Calais u mill-communauté d'agglomération du Douaisis wara l-komunikazzjoni, lil dawn tal-aħħar, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4112 finali, tat-23 ta' Ġunju 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/2007 (ex NN 45/2007) implementata minn Franza favur Arbel Fauvet Rail, li rtirat id-Deċiżjoni C (2008) 1 089 finali.

____________

1 - ĠU C 247, 27.09.2008.