Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Luju 2010 - Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-266/08 P) 1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Bidla fl-assenjazzjoni - Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal -Interessi tas-servizz - Żnaturament tal-fatti u tal-provi - Obbligu ta' motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Drittijiet tad-difiża")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Mejju 2008, Kerstens vs Il-Kummissjoni (F-119/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li huwa ntiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Petrus Kerstens għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 247, 27.9.2008.