Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-101/18) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Industrija nukleari – Għajnuna prevista mill-Ungerija għall-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari ġodda fis-sit ta’ Paks – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern bil-kundizzjoni li jiġu osservati ċerti impenji – Artikolu 107(3)(c) TFUE – Konformità tal-għajnuna mad-dritt tal-Unjoni minbarra d-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat – Rabta inseparabbli – Promozzjoni tal-enerġija nukleari – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 192 tat-Trattat Euratom – Prinċipji ta’ protezzjoni tal-ambjent, ta’ min iniġġes iħallas, ta’ prekawzjoni u ta’ sostenibbiltà – Determinazzjoni tal-attività ekonomika kkonċernata – Nuqqas fis-suq – Distorsjoni tal-kompetizzjoni – Proporzjonalità tal-għajnuna – Neċessità ta’ intervent mill-Istat – Determinazzjoni tal-elementi tal-għajnuna – Proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: J. Schmoll, F. Koppensteiner, M. Klamert u T. Ziniel, aġenti, assistiti minn H. Kristoferitsch, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, K. Herrmann u P. Němečková, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: A. Germeaux u T. Schell, aġenti, assistiti minn P. Kinsch, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, T. Müller, J. Pavliš u L. Halajová, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. de Moustier u P. Dodeller, aġenti), L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, aġent, assistit minn P. Nagy, N. Gràcia Malfeito, B. Karsai, avukati u C. Bellamy, KC), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent), Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: S. Ondrášiková, aġent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: F. Shibli, L. Baxter u S. McCrory, aġenti, assititi minn T. Johnston, barrister)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Repubblika tal-Awstrija titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2112 tas-6 ta’ Marzu 2017 dwar il-miżura/l-iskema ta’ għajnuna/l-għajnuna mill-Istat SA.38454 - 2015/C (ex 2015/N) li l-Ungerija qiegħda tippjana li timplimenta biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari ġodda fl-impjant tal-enerġija nukleari Paks II ĠU 2017, L 317, p. 45).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 152, 30.4.2018.