Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Novembru 2012 - tesa vs UASI - Superquímica (tesa TACK)

(Kawża T-555/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva tesa TACK - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti TACK Ceys - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: tesa SE (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Schwab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u O. Mondéjar Ortuño, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: La Superquímica, SA (L'Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Lulju 2011 (Każ R 866/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn La Superquímica, SA u tesa SE.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

tesa SE hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 6, 07.01.2012.