Language of document : ECLI:EU:T:2012:594





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Novembru 2012 — tesa vs UASI — Superquímica (tesa TACK)

(Kawża T-555/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva tesa TACK — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti TACK Ceys — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8 (1)(b)) (ara l-punti 20-22, 25, 52)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi tesa TACK u TACK Ceys (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8 (1)(b)) (ara l-punt 23, 24, 39, 43, 44, 47, 56-58)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Lulju 2011 (Każ R 866/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn La Superquímica, SA u tesa SE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

tesa SE hija kkundannata għall-ispejjeż.