Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – European Dynamics Luxembourg et vs EUIPO

(Kawża T-556/11) 1

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Żvilupp ta’ softwer u servizzi ta’ manutenzjoni — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Klassifikazzjoni ta’ offerenti fi proċedura ta’ kaskata –Raġunijiet għall-esklużjoni — Kunflitt ta’ interessi — Ugwaljanza fit-trattament — Dmir ta’ diliġenza — Kriterji ta’ għoti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Telf ta’ opportunità)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu), European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment N. Korogiannakis, M. Dermitzakis u N. Theologou, sussegwentement I. Ampazis u finalment M. Sfyri, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u M. Paolacci, sussegwentement N. Bambara, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO, ikkomunikata permezz tal-ittra tal-11 ta’ Awwissu 2011 u adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO/029/10, intitolata “Żvilupp ta’ softwer u servizzi ta’ manutenzjoni”, li tiċħad l-offerta ppreżentata minn European Dynamics Luxembourg d-deċiżjonijiet l-oħra kollha konnessi tal-EUIPO adottati fil-kuntest tal-istess proċedura, inklużi dawk li jagħtu l-kuntratt lil offerenti oħra, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), ikkomunikata permezz tal-ittra 11 ta’ Awwissu 2011, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO/029/10, intitolata “Żvilupp ta’ softwer u servizzi ta’ manutenzjoni”, li tiċħad l-offerta ppreżentata minn European Dynamics Luxembourg SA u d-deċiżjonijiet l-oħra relatati tal-EUIPO, adottati fil-kuntest tal-istess proċedura, fosthom dawk li jagħtu l-kuntratt lil tliet offerenti oħra, bħala offerenti magħżula tal-ewwel sat-tielet postijiet skont il-proċedura ta’ kaskata, huma annullati.

L-EUIPO għandu jikkumpensa d-dannu subit minn European Dynamics Luxembourg għal telf ta’ opportunità li tingħata l-kuntratt qafas bħala, minn tal-inqas, it-tielet kontraenti skont il-proċedura ta’ kaskata.

Il-partijiet għandhom jittrażmettu lill-Qorti Ġenerali, f’terminu ta’ tliet xhur dekorribbli mid-data tal-għoti tas-sentenza, l-ammont pagabbli tal-kumpens, stabbilit bi ftehim komuni.

Fin-nuqqas ta’ ftehim, il-partijiet għandhom jibagħtu lill-Qorti Ġenerali, fl-istess terminu, it-talbiet tagħhom espressi f’ċifri.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 ĠU C 6, 7/1/2012.