Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (Darjeeling)

(Kawża T-627/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Trade mark figurattiva Darjeeling – Trade marks Komunitarji kollettivi, verbali u figurattivi preċedenti DARJEELING - Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Tea Board (Calcutta, l-Indja) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Delta Lingerie (Cachan, Franza) (rappreżentanti: G. Marchais u P. Martini-Berthon, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1387/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Tea Board u Delta Lingerie.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1387/2012-2), hija annullata fir-rigward tal-prodotti koperti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u li jaqgħu fil-klassi 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u tas-“servizzi ta’ be

jgħ bl-imnut

ta’ ħwejjeġ ta’ taħt tan-nisa u ilbies ta’ taħt tan-nisa, fwejjaħ, ilma mfewwaħ għall-użu fuq il-ġilda u lozjonijiet kosmetiċi, bjankerija u bjankerija għall-kamra tal-banju”, koperti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u li jaqgħu fil-klassi 35 tal-Ftehim ta’ Nice.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 45, 15.2.2014.