Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2021 – Rolex vs EUIPO - PWT (Rappreżentazzjoni ta’ kuruna)

(Kawża T-726/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rolex SA (Geneva, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Suerias Villalobos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: PWT A/S (Aalborg, id-Danimarka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni tat-trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ kuruna) – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Nru 1 263 679

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 2389/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti, jew sussidjarjament (jekk tintervjeni l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell) lill-EUIPO u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell in solidum għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________